IL-GRTU kienet, ghada, u tibqa
kontra l-bejgh ta’ merca minn fuq vapuri sorguti fil-portijiet Maltin. Din
il-pozizzjoni il-GRTU ma tibdilha qatt ghaliex meta jsir bejgh minn fuq vapur
gewwa l-Port din tkun tgheddida serja lin-negozzji Maltin. Din mhix kwistjoni
jekk il-prodotti humiex kotba, prodotti tal-ikel, hwejjeg, computers, fridges,
washing machines jew dulliegh, tuffiegh u prodotti friski ohra.
Fil-portijiet taghna ma jsirx bejgh la minn Maltin u lanqas minn
barranin. Il-Gvern ma jistax jaghti permess lil wiehed imbghad meta jkollu
talbiet ohra jghid le. Illum il-gvern Malti la jista jiddiskrimina bejn Maltin u
lanqas cittadini ohra ta’ l-Unjoni Ewropea, u ma jistax jiddiskrimina bejn
prodotti u prodotti ohrajn.
Jekk il-gvern jiftah il-bieb u jaghti permess
darba, jkompli jibqa’ jtieh kemm lill-Maltin kif ukoll lill-barranin kollha
mill-Unjoni Ewropea li jridu jigu Malta jbieghu minn fuq vapur fil-portijiet
taghna.
Din hi pozizzjoni li l-GRTU ghamlitha cara u tghamilha b’aktar
forza illum. U din mhux kwistjoni li xi hadd jghid ghax il-qliegh ser imur
ghall-karita. Illum kotba ghall-fqar, ghada bejgh ta’ fridges ghall-Etijopja u
pitghada ghall-missjoni. Skuza kulhadd jaf isib.
In-negozjant Malti
jahdem is-sena kollha, jhaddem in-nies u jhallas il-pagi, it-taxxi, l-licenzji,
il-VAT u jgorr l-pizijiet kollha is-sena kollha u mhux gust li min jghogbu
jidhol fil-Port bla spejjez ta’ stabbiliment, ta’ haddiema u ta’ kull piz iehor
u fi ftit jiem iharbat il-hobz ta’ haddiehor.
Min irid ikun galantom ikun
galantom b’hobzu u mhux b’hobz il-membri taghna.
|
|