SME Chamber

Il-GRTU kitbet lill-Prim Ministru dwar ir-Riforma fil-Port u l-Valletta Gateway Terminal (VGT)

Din l-Gimgha l-GRTU ghan-nom tal-Burdnara (cargo hauliers) membri tal-GRTU kitbet lill-Prim Ministru dwar r-Riforma tal-Port. L-iskop ta' din ir-Riforma kien li jitjieb aktar is-servizz fil-konfront ta' dawn l-operaturi. Il-GRTU infurmat li wara diversi laqghat, diskussjonijiet u lmenti li saru min naha tal-membri taghha jidher li dawn il-problemi baqghu ma gewx solvuti. L-maggoranza tal-membri jhossuhom urtati u ddisgustati ghall-fatt li donnu hadd ma jinteressah jipprova jsolvi jew itaffi dawn il-problemi.

 

Il-Burdnara ma huma sodisfatti xejn fejn jidhol l-rwol tar-Regulatur, tal-Valletta Gate Terminal (VGT) li suppost gie mahtur sabiex jiffacilita' x-xoghol ta' dawn l-operaturi. Sal-lum dan m'hu qed jaghmel xejn sabiex jwaqqaf kull ostakolu li qed jinholoq gol-Port b'detriment ghal dawn l-operaturi.

Bhalissa kulhadd jaf li ghaddej ix-xoghol fuq it-toroq (Ten T Project). Wahda mit-toroq involuti hija Triq l-Ghassara li ga qed tohloq inkonvinjent kbir ghal dawn l-operaturi pero l-GRTU dan ix-xoghol kienet taf bih u m'ghandha l-ebda hsieb li tohloq tfixkil sabiex dan ma jsirx sakemm s-servizzi tal-membri taghna ma jigux mahnuqa. 

Il-Burdnara kuljum jilmentaw li ma jistghux jahdmu l-ghaliex l-Port dejjem qed ikun okkupat b'diversi attivitajiet. L-Avviz Legali li jaghmilha cara li l-containers vojta ghandhom jinzammu Hal Far spicca fuq l-ixkaffa. Qieghda tinkiser il-Ligi kuljum u r-Regolatur m'hu qieghed jaghmel xejn biex isolvi dawn il-problemi. L-ispazju ta' fejn jahdmu dawn l-operaturi qieghed jinkera ghal attivitajiet bhall-films, transhipments ta' karozzi, etc. L-VGT minflok tikkopera permezz ta' laqghat kontinwi ma' Transport Malta sabiex jigi organizzat ahjar it-traffic management qieghda tikri kontinwament shed 3 ghal attivitajiet diversi bi tfixkil ghal dawn l-operaturi. Fl-opinjoni tal-GRTU l-VGT ma hijiex qed tiehu l-passi neccessarj u prattici sabiex dawn l-imsemmija problemi li qeghdin jiffaccjaw l-membri taghna jigu solvuti. 

Il-Burdnara qeghdin jilmentaw li l-VGT qieghda timponi spejjez ezorbitanti fuq l-operat taghhom anke sahansitra spejjez tal-area minn fejn il-vettura taghhom tkun ipparkjata fil-hin tal-hadt u tghabbija tax-xoghol. Dawn barra spejjez ohra.

Il-GRTU tinsisti li din hija ngustizzja fuq l-membri taghha u talbet  l-intervent tal-Prim Ministru sabiex jintlahaq kompromess u dawn l-operaturi jkunu jistghu joperaw minghajr it-tfixkil, burokraziji zejda u l-kundizzjonijiet difficcli li qeghdin joperaw fihom illum.

Il-GRTU tapprezza jekk tinghata l-possibilta' sabiex tiddiskuti dawn il-problemi mill-aktar fis possibbli.

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).