Din l-Gimgha l-GRTU ghan-nom tal-Burdnara (cargo hauliers) membri tal-GRTU kitbet lill-Prim Ministru dwar r-Riforma tal-Port. L-iskop ta' din ir-Riforma kien li jitjieb aktar is-servizz fil-konfront ta' dawn l-operaturi. Il-GRTU infurmat li wara diversi laqghat, diskussjonijiet u lmenti li saru min naha tal-membri taghha jidher li dawn il-problemi baqghu ma gewx solvuti. L-maggoranza tal-membri jhossuhom urtati u ddisgustati ghall-fatt li donnu hadd ma jinteressah jipprova jsolvi jew itaffi dawn il-problemi.
Il-Burdnara ma huma sodisfatti xejn fejn jidhol l-rwol tar-Regulatur, tal-Valletta Gate Terminal (VGT) li suppost gie mahtur sabiex jiffacilita' x-xoghol ta' dawn l-operaturi. Sal-lum dan m'hu qed jaghmel xejn sabiex jwaqqaf kull ostakolu li qed jinholoq gol-Port b'detriment ghal dawn l-operaturi.
Bhalissa kulhadd jaf li ghaddej ix-xoghol fuq it-toroq (Ten T Project). Wahda mit-toroq involuti hija Triq l-Ghassara li ga qed tohloq inkonvinjent kbir ghal dawn l-operaturi pero l-GRTU dan ix-xoghol kienet taf bih u m'ghandha l-ebda hsieb li tohloq tfixkil sabiex dan ma jsirx sakemm s-servizzi tal-membri taghna ma jigux mahnuqa.
Il-Burdnara kuljum jilmentaw li ma jistghux jahdmu l-ghaliex l-Port dejjem qed ikun okkupat b'diversi attivitajiet. L-Avviz Legali li jaghmilha cara li l-containers vojta ghandhom jinzammu Hal Far spicca fuq l-ixkaffa. Qieghda tinkiser il-Ligi kuljum u r-Regolatur m'hu qieghed jaghmel xejn biex isolvi dawn il-problemi. L-ispazju ta' fejn jahdmu dawn l-operaturi qieghed jinkera ghal attivitajiet bhall-films, transhipments ta' karozzi, etc. L-VGT minflok tikkopera permezz ta' laqghat kontinwi ma' Transport Malta sabiex jigi organizzat ahjar it-traffic management qieghda tikri kontinwament shed 3 ghal attivitajiet diversi bi tfixkil ghal dawn l-operaturi. Fl-opinjoni tal-GRTU l-VGT ma hijiex qed tiehu l-passi neccessarj u prattici sabiex dawn l-imsemmija problemi li qeghdin jiffaccjaw l-membri taghna jigu solvuti.
Il-Burdnara qeghdin jilmentaw li l-VGT qieghda timponi spejjez ezorbitanti fuq l-operat taghhom anke sahansitra spejjez tal-area minn fejn il-vettura taghhom tkun ipparkjata fil-hin tal-hadt u tghabbija tax-xoghol. Dawn barra spejjez ohra.
Il-GRTU tinsisti li din hija ngustizzja fuq l-membri taghha u talbet l-intervent tal-Prim Ministru sabiex jintlahaq kompromess u dawn l-operaturi jkunu jistghu joperaw minghajr it-tfixkil, burokraziji zejda u l-kundizzjonijiet difficcli li qeghdin joperaw fihom illum.
Il-GRTU tapprezza jekk tinghata l-possibilta' sabiex tiddiskuti dawn il-problemi mill-aktar fis possibbli.