Il-GRTU, Kamra Maltija tan-Negozji Zghar u Medji issellem lill-Perit Dom Mintoff, ex-Prim Ministru u mexxej storiku tal-Partit Laburista Malti u tesprimi is-soghba tal-mexxejja u membri tal-GRTU wara l-mewt tieghu. Il-Perit Dom Mintoff ta' kontribuzzjoni qawwija matul il-hajja politika twila tieghu biex tissahhah l-identita' nazzjonali ta' pajjizna, tissahhah l-infrastruttura ekonomika u tinholoq bazi ghall-industrija u t-turizmu u jinholqu opportunitijiet godda ta' xoghol f'pajjizna ghall-haddiema Maltin.
Kien fundamentali biex f'pajjizna jinbena' l-welfare state, jinqered il-faqar u jissahhu s-snajja tal-Maltin u jikbru l-opportunitajiet ghan-negozji zghar u ghas-self-employed. Il-GRTU bhala l-organizzazzjoni bl-akbar firxa u numru ta' negozji Maltin imsiehba tat is-sehem shih taghha biex il-politika ta' fejda ghall-Maltin imhaddma mill-Perit Mintoff tahdem ghall-gid ta' kullhadd, ghalkemm ir-relazzjonijiet bejn il-GRTU u l-amministrazzjoni tal-Perit Mintoff kienu hafna drabi turbulenti minhabba imgieba li kienet konfliggenti mal-idejali ta' kummerc hieles u liberta' lill-inizjattiva' privata bhala bazi ta' demokrazija u ekonomija hielsa u moderna li huma principji fundamentali ghall-GRTU.
Il-GRTU testendi is-sobgha ghall-mewt tal-Perit Dom Mintoff lill-familjari tieghu u lil dawk kollha li habbewh f'hajtu.