SME Chamber

Il-GRTU issostni l-impenn kontra l-kuntrabandu

Vince

Il-GRTU ilha zmien tilmenta mad-dwana, mal-awtoritajiet fiskali u mal-Malta Resources Authority, b'appogg ghat-tgergir kontinwu minn naha tas-sidien tal-petrol stations li l-bejgh ta` diesel lil certi klijenti kien naqas drastikament u l-bejgh generali kien qed juri tnaqqis li ma jirriflettix il-waqgha fix-xoghol ta` dawn l-istess klijenti. Dawn qalu lill-GRTU li hassew li kien hemm xi haga mhux tas-soltu li kien qed jindika lejn kummerc illecitu ta` fuel.

 

Il-GRTU illum hi sodisfatta li l-awtoritajiet qed jiehdu l-passi mehtiega u s-success li kellha d-dwana dan l-ahhar f'qabdiet konsiderevoli ta` diesel li ddahhal bil-kuntrabandu juri bic-car li t-tgergir tal-GRTU hemm bazi soda ghalih.

Illum fuq pressjoni tal-GRTU l-awtoritajiet ghandhom is-sahha legali li jintervjenu bl-istess mod u poter li ghandha l-Gwardja di Finanza fl'Italja. Ghalkemm f'Malta qatt ma qamet il-htiega li jkollna forza separata bhal ma hi l-Gwardja di Finanza fl-Italja il-GRTU ilha tinsisti sabiex il-Gvern johloq forza koordinattiva w effettiva bejn l-awtoritajiet kollha li ghandhom is-sahha u n-nies biex jikkumbattu l-kummerc illecitu u l-kuntrabandu.

Il-GRTU tappella ghal kooperazzjoni tas-sidien tan-negozji sabiex jaghtu huma wkoll sehemhom billi jirrapurtaw mal-ewwel kull kaz li jaraw ta' abbuzi ta' kummerc illecitu ghaliex dan qieghed johloq kompetizzjoni ingusta maghhom. Il-GRTU taghmel ukoll ezercizzji regolari fost il-petrol stations biex tizgura li dawn jikkollaboraw bis-shih sabiex jinqata` l-kuntrabandu tal-fuel.

Hu fid-dover ta` kullhadd li jirrapporta abbuzi u dan jghodd ghall-konsumaturi ukoll, li avolja jiehdu vantagg bi prezzijiet orhos, hu fid-dmir taghhom li jirraportaw u mhux izommu halqhom maghluq.

"Il-Glieda kontra l-kuntrabandu hi taghna lkoll. Il-GRTU f'isem in-negozjant serju tinsisti u tizgura li l-abbuzi kollha, kemm f'dak li hu negozju ta` prodotti b'marki foloz, dak li jidhol f'Malta bi ksur tal-ligijiet tad-dwana, VAT u regolazzjoni tal-kummerc u anke b'evazzjoni sfaccata ta` l-income tax ghandu kollu jinstab tarf tieghu. Ahna nifirhu lill-awtoritajiet kull meta jirnexxilhom jaqbdu dawk li jabbuzaw, pero l-azzjoni tal-enforcement trid tkun kontinwa u bis-sapport ta` kulhadd. L-awgurju taghna hu li jkun hemm aktar kooperazzjoni min kulhadd sabiex il-pjaga tal-kummerc illecitu tinqata`". Qal Vince Farrugia, Direttur Generali tal-GRTU.

Il-GRTU minn naha taghha qed toffri l-koperazzjoni kollha lil awtoritajiet u ghalhekk il-GRTU tappella wkoll lil dawk kollha li jiltaqghu ma' kazi ta' negozju illecitu biex jinfurmaw lil GRTU fuq 21232881 jew email fuq .

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).