Il-Kunsill Ezekuttiv tal-GRTU – Malta Chamber of Small and Medium Enterprises f’isem il-membri taghha jesprimu s-soghba taghhom ghat-telfa tat-trade unjonista Alfred Buhagiar – President tas-CMTU. Alfred Buhagiar kien membru effettiv u b’esperjenza kbira tal-MCESD – Kunsill Malti ghall-Izvilupp Socjali u Ekonomiku. Huwa kien kontributur ewlieni fl-izvilupp tal-process ta’ konsultazzjoni bejn l-imsiehba socjali u l-gvern.
It-telfa tieghu waslet fi zmien krucjali meta l-pajjiz qed ifittex soluzzjoni ghall-problemi ekonomici u socjali bi ftehim bejn l-imsiehba socjali u t-telfa ta’ persuna ta’ hila u esperjenza bhal ma kien Alfred Buhagiar ser tinhass mill-korpi kollha nvoluti f’dan il-process delikat.
Il-GRTU twassal il-kondoljanzi lis-CMTU u lil-MUT u lil familjari kollha tal-mibki Alfred Buhagiar.