Il-Knisja harget stqarrija dwar il-proprjeta fis-suq bla ma kkunsultat mal-istakeholders f’dan il-qasam. Il-GRTU tirraprezenta l-akbar numru ta’ property developers u l-maggoranza assoluta tal-imsiehba tal-GRTU u tan-negozjanti Maltin huma sidien tal-proprjeta. Il-GRTU ghalhekk tqies li hi stakeholder importanti u kienet tistenna, bi prudenza, li kellha tkun ikkonsultata qabel ma harget l-istqarrija. Il-GRTU thoss li ghalhekk hadd ma kellu jiehu fastidju meta l-GRTU ikkumentat fuq l-istqarrija pubblika li saret. Il-GRTU fil-verita ma ppuntat subaghajha lejn hadd.
Il-kumment tal-GRTU kien car, mhux bizzejjed li tikkumenta u tgerger fuq kwistjoni importanti u difficli bhal ma hi l-kwistjoni tal-prezzijiet fis-suq tal-proprjeta u l-impatt socjali tal-prezzijiet mis-suq hieles tal-proprjeta f’pajjizna. Imma hu aktar importanti li tipproponi x’ghandu jsir u tiehu passi biex dak li jista’ jsir, isir.
Dan il-GRTU qed taghmlu. Kif jaf kulhadd il-Knisja ghandha esperjenza kbira fejn tidhol bejgh ta’ proprjeta u illum il-Knisja taghmel parti integrali mill-amministrazzjoni tal-Joint Office. Il-Joint Office, amministrat mill-Gvern u l-Knisja huwa wiehed mill-akbar land owners f’Malta. Wara t-tibdiliet ricenti fil-konfini tal-izvilupp aktar art li taqa’ taht il-Joint Office illum saret fabbrikabbli u tista’ tithaddem b’mod intelligenti biex tikkalma l-girja sfrenata ta’ prezzijiet gholjin fis-suq tal-proprjeta u biex jinbnew aktar affordable houses ghal Maltin li ma jifilhux ghal prezzijiet tas-suq hieles. Sfortunatament, ghal ragunijiet li hadd barra l-Joint Office ma jafhom, dan l-Ufficju ghadu lanqas biss irregistra l-proprjeta kollha li hu nkarigat jamministra. Barra minn hekk ftit li xejn nafu xi skemi godda li qed iwettaq jew ghandu progettat biex il-volum kbir ta’ proprjeta amministrata mill-Joint Office tintuza biex tittaffa l-problema kbira tal-gholi tal-proprjeta kkawzata l-aktar minn nuqqas kbir ta’ art disponibbli ghal min irid jibni djar bla ma jsallab lil min irid jixtri bi prezzijiet gholjin tas-suq.
Il-GRTU ilha s-snin taghmel proposti kif din il-proprjeta tista’ tintuza skond il-kriterji miftehma bejn il-Gvern u l-Knisja meta l-Knisja ghaddiet din l-art lil Gvern bi prezz miftiehem u mhallas. Il-GRTU ipproponiet, u ghadha tipproponi kif ghamel il-BICC f’isem l-industrija kollha tal-kostruzzjoni, li din l-art tintuza biex fuqha l-privat jibni djar u appartamenti moderni li jkunu jistghu jinbieghu bi prezzijiet baxxi. Dan ghaliex meta mill-prezz tal-bini jitnehha l-prezz tal-art, fuq l-ispejjez tal-kostruzzjoni biss, il-prezz tal-bini lest ma jkunx gholi. Il-GRTU issostni li jekk l-art tal- Joint Office tghaddi lil privat bi prezz nominali u mhux kif qed isir issa bil-prezz tas-suq u tkun trasferita b’kundizzjonijiet cari, li dik l-art tintuza biss ghal bini tar-residenzi ghal Maltin u b’kundizzjonijiet cari wkoll li l-art trasferita ma tintuzax ghal ispekulazzjoni, fuq is-suq johorgu bizzejjed bini bi prezz baxx biex il-Maltin, specjalment il-kopji godda jsibu proprjeta bi prezz gust. B’hekk min ikun irid dar jew appartament ikollu ghazliet ohra barra dik li jhallas prezz gholi tas-suq ghax jew jikri, jew jixtri b’cens, jew jixtri, jew jikri, mill-bini li jinbena fuq l-art tal-Joint Office trasferita bil-kundizzjonijiet specjali.
Il-GRTU insistit ukoll li l-kundizzjoni tal-bejgh tkun li din il-proprjeta tkun trasferibbli biss taht certi kundizzjonijiet li jizguraw li din il-proprjeta mibnija fuq art tal-Joint Office ma tintuza qatt ghall-ispekolazzjoni fuq il-valur tal-art, kundizzjoni li qatt ma saret fuq bejgh la tal-proprjeta tal-Gvern u lanqas tal-Knisja. Fil-fatt hafna art li qed tkun spekulata llum bi prezzijiet esagerati hi art li jew kienet tal-Gvern jew kienet tal-Knisja.
Li ssostni l-GRTU hu li l-Gvern m’ghandux jintervjeni fis-suq hieles b’xi kontrolli imma jista’ biss jimmanuvra bil-proprjeta tieghu u tal-Joint Office u bi programm intelligenti ta’ agevolazzjonijiet fiskali li jippremjaw il-good practice.
Il-GRTU wkoll ipproponiet u stinkat biex iddahhal fl-ahhar Budget skemi li jqajjmu s-suq tal-kiri tal-proprjeta jew tal-bejgh tal-proprjeta b’cens biex min ma jiflahx ihallas il-prezz tax-xiri jkun jista’ jew jikri b’kera jew jixtri b’cens. Il-proposta tal-GRTU hi li l-Gvern ifittex johloq rata ta’ taxxa agevolata – il-GRTU ssuggeriet withholding tax ta’ 5% – kemm fuq dhul minn kera kif ukoll minn cens. B’hekk il-proprjetarji tal-art ikunu mhajra jibnu u jpoggu fuq is-suq bini ghal kiri jew ghal bejgh b’cens jew tahlita tal-parti cens u parti bejgh.
B’dan il-mod il-proprjeta tkun tista’ tinbiegh jew kollha jew parti f’cens u min irid jixtri jkollu ghazla ta’ proprjeta bi prezz orhos. Il-GRTU wkoll ssuggeriet li min jixtri wkoll ikollu agevolazzjoni fiskali biex dak li jhallas f’kera jew f’cens ma jbatix taxxa qawwija fuq il-hlasijiet li jaghmel.
Il-GRTU wkoll issuggeriet li l-Gvern ihaddem skema li tinkoragixxi lil min ghandu flus mhux dikjarati ghall-fini ta’ taxxa biex juza dawn il-miljuni f’investimenti fi proprjeta li tkun tista’ tinbiegh, tinkera jew tinbiegh b’cens taht kundizzjonijiet stabbiliti.
Il-GRTU trid li d-dibattitu ikun dwar x’ghandu jsir biex il-Maltin ma jbatux mill-prezzijiet gholjin tal-proprjeta u fl-istess waqt is-sidien tal-proprjeta ma jbatux telf fuq l-investimenti taghhom b’xi imposizzjoni bla sens li titfa’ lil pajjizna lura flok ‘l quddiem.
Il-GRTU ghamlet proposti konkreti u tistenna li ohrajn inkluzi l-Knisja jaghmlu wkoll proposti konkreti. Il-GRTU tistenna wkoll li lkoll, inkluz il-Knisja, nuzaw l-influwenza taghna biex isir dak li ghandu jsir bla hafna argumenti zejda.
L-importanti hu li dak li jsir, isir bi ftehim u bi trasparenza u mhux b’imposizzjoni u minn wara dahar l-istakeholders.