SME Chamber

Il-GRTU favur it-tnehhija tar-restrizzjoni zejda li fadal biex hwienet jifthu fil-Hdud u Festi

 Il-GRTU tappella lill-Gvern li din il-kwistjoni tal-ftuh tal-hwienet fil-Hdud u l-Festi jaqtaghha darba ghall-dejjem – mhux sewwa min jaffordja ghandu l-ghazla u min ma jaffordjax m'ghandux ghazla. U min ma jhallasx u jiftah jigu jaghlquh il-pulizija qisna f'pajjiz kommunista u jekk is-sid ma joghbdix itelluh il-Qorti qisu kriminal u jekk ma jhallasx il-multi jibghatuh l-habs. Affariijiet ta' barra minn hawn. Dan kollu ghax sid ta' hanut jezercita il-professjoni tieghu li jaqdi lill-pubbliku. U l-Onor Dr Jason Azzopardi biex jwarrab din l-antikalja jrid imur ghand l-MCESD. Affarijiet tad-dahk kieku mhux ghax jolqtu fil-laham il-haj lin-nies taghna. M'hijiex kwistjoni tal-MCESD din. Baqa' biss tariffi bla sens. Ma mmorrux l-MCESD fuq tnehhija ta' tariffi bla sens.

 

Il-GRTU tibqa' issostni li b'risponsabbilta' li s-sidien tal-hwienet ghandhom jiehdu hsieb taghhom infushom u tal-familja taghhom u tal-imjegati u l-familji taghhom u jaghmlu kull sforz ha jgawdu il-Hdud u l-Festi mal-familja, imma l-ghazla ghandha tkun taghhom u mhux imposta bla sens u b'diskriminazzjoni mill-Gvern. Mhux post il-Ministru li jindahal aktar meta ghandu u m'ghandux jiftah il-hanut is-sid li jimxi mal-ligi. Il-pulizija ghandhom hafna aktar x'jaghmlu milli joqghodu jarrestaw lis-sidien tal-hwienet Onorevoli Jason Azzopardi. U l-MCESD m'ghandux hin x'jahli fuq kwistjoni li messa ilha li giet solvuta.

Wara kollox il-Gvern ha id-decizjoni li m'hemm xejn kuntrarju li l-hwienet kollha jifthu l-Hdud u fil-Festi diga' hadha bi ftehiem mal-GRTU u m'hemm l-ebda decizjoni importanti x'jiehu li ghandu ghalfejn idahhal fiha lill-MCESD. Kulhadd jista' jiftah fil-Hdud u l-Festi Onorevoli Jason Azzopardi. Basta jhallas 700 ewro. M'hemmx principji. Kwistjoni biss jekk sid ta' hanut meta jiftah jaqlax bizzejjed biex ihallas is-700 ewro u jifdallu. Kwistjoni jekk hanut jaffordjax jhallas jew le. U jekk inti b'hanut f'Malta. Ghax f'Ghawdex din il-ligi diga' bdilniha. Wkoll bi ftehim mal-GRTU. F'Ghawdex m'hemmx restrizzjonijiet.

Illum min jaffordja jhallas €700 jiftah jekk irid u haddiehor ghax zghir u ma jaffordjax anke jekk irid jiftah ma jiftahx. Ara l-akbar grupp ta' supermarkets diga' habbar li se jiftah il-gurnata kollha kemm f'jum San Pawl u kif wkoll is-Sibt sa l-ghaxra ta' bil-lejl u il-Hadd wkoll. Ghax ghalihom 700 ewro tihmil id-drass. Imma ghaz-zghir hafna  ma jifthulux biex jaghmlulu kompetitizjoni. Ara l-Kamra tal-Kummerc favur din il-kummiedja.

Il-GRTU trid li din il-farsa tispicca. Trid li l-ghazla jekk hanut jiftahx jew le biex jaqdi lil  kommunita'  tkun f'idejn is-sid tal-hanut. Is-sidien tal-hwienet kollha jaqblilhom li ma jkunx hemm aktar xkiel zejjed. Jaqblilhom ghax il-valur tan-negozju taghhom joghla u jinzel skond kemm is-sid ghandu liberta' ta' kemm jista` jiftah fi granet u f'hinijiet li jaqbillu li jiftah il-hanut. Illum hanut f'zona fejn m'hemmx xkiel ta' Hdud u Festi jiswa' mod u l-iehor f'zona fejn ma tistax tiftah jekk ma thallasx is-700 ewro jiswa anqas. Ghalhekk is-sidien intelligenti jridu l-helsien ghax l-ghazla jifthux tkun f'idejhom u in-negozju taghhom jkun jsarraf aktar. Huma jafu jekk jaqblilhomx jifthu jew le. Huma jafu jkejlu jekk is-suq jitilfuhx jekk jibqghu maghluqin jew isalvahwx jekk jifthu. U jekk ma jafux jaghmlu il-kalkoli taghhom u m'ghandhomx il-hila jiddeciedu u jridu lil Gvern jiddeciedi ghalihom allura ghandhom problema gravi. Ghax hadd ma jidhol fin-negozju u jippretendi li il-Gvern joqghod ifissdu. Hekk ghada tahseb il-Kamra tal-Kummerc. Mhux hekk izda ghal-GRTU.

Din kwistjoni li suppost ftehmna li nsolvuha fuq mhedda ta' ghaxar snin billi ndahhlu riformi wahda wara l-ohra sakemm fl-ahhar ngibu bidla lejn il-liberalizzazzjoni shiha. Hekk riedet il-GRTU bidla bil-mod halli kulhadd jipprepara ghaliha. Issa ghadda zmien bizzejjed. Issa kull ma baqghalu jnehhi l-Gvern hi din il-mizata redikola ta' 700 ewro intaxxata fuq min irid jiftah. Il-GRTU b'responsabbilta' tat parir lill-Gvern sa mis-sena l-ohra biex jaghmel il-pass li jmiss. Il-Gvern izda minflok li ha l-parir intelligenti tal-GRTU, l-assoccazzjoni nazzjonali li ilha waheda 63 sena tirraprezenta lin-negozji fil-kommunita', beza' u rega qed ikaxkar saqajh. Is-sena l-ohra talab lill-GRTU ghall-sena ohra. Is-sena ghaddiet u rega qed jibza'. Qisu hemm xi babaw. Kull ma hi decizjoni li jnehhi tariffi bla sens ghax kif issostni l-GRTU id-decizjoni li kulhadd jista' jiftah ilha li ittiehdet.

Id-Direttur Generali tal-GRTU Vince Farrugia f'isem il-GRTU din il-gimgha kiteb lill-Ministru Tonio Fenech u lill-Ministru Jason Azzopardi biex din il-kwistjoni jaqtuha darba ghal dejjem. Dan il-GRTU ghamlitu wara li l-Gvern rega' iddecieda li jirrifjuta t-talba tal-GRTU u jhalli kollox kif inhu, jigifieri li min mhux suppost jiftah u jrid jiftah jkollu jhallas €700 jew jekk jiftah jissogra li jigu l-pulizija jaghlquh u jtellghuh il-qorti qisu xi kriminal. "Il-GRTU issostni li z-zminijiet inbidlu u llum m'ghadux iz-zmien li l-Gvern joqghod jindahal fuq meta konsumaturi ghandhom jaghzlu li jmorru jixtru u meta sid ghandu jiftah jew ma jiftahx" sostna id-Direttur Generali.

"Ir-responsabbilta' minn issa l-hemm ghandha tkun fuq is-sid tan-negozju u ahna nemmnu li b'responsabbilita' l-maggoranza assoluta tas-sidien tal-hwienet fil-komunita' se jaghzlu li l-Hadd jibqghu maghluqin. Hekk jaghmlu l-Ghawdxin ghax f'Ghawdex il-GRTU ilha li helset lis-sidien tal-hwienet ghawdxin  minn dan ix-xkiel. Esperementajna u irnexxiet. Issa l-Gvern ghandu jmexxi u mhux jibqa jkarkar. Illum in-nies biex jixtru juzaw l-internet u jekk il-hanut jinzamm maghluq il-bejgh xorta jsir. Fi zmien tal-e-commerce il-ligijiet restrittivi antiki m'ghadhomx aktar jaghmlu sens. U huma fuq kollox ingusti. Ghalhekk il-GRTU qed tkellem lil Gvern car: tajjar l-ixkil li baqa', u inqala l-barra minn din il-kwistjoni. U m'hemm bzonn l-ebda MCESD biex tiddeciedi. Li l-Kamra tal-Kummerc harget kontra l-pozizzjoni tal-GRTU ma nistghagbu biha xejn. Jidher li fil-Kamra tal-Kummerc hemm min hu komdu bil-fatt li min jaffordja jiftah wahdu bla xkiel ta' kompetizzjoni min negozji z-zghar li ma jaffordjawx is-700 ewro. Dwar is-Sunday trading il-Kamra tal-Kummerc hi ghall-kollox kontra il-kurrent. Probabbli hi l-unika Kamra tal-Kummerc fl-Ewropa li ghadha trid il-pulizija iddejjaq lis-sidien tal-hwienet ghax jifthu f'jum ta' festa u jirroftaw li jhallsu din it-taxxa bla sens. L-unika Kamra probbabli li tahseb li sid ta' hanut li jkollu il-liberta' li jaghzel hu jiftahx jew le jkun imcahhad u mhux egevolat. Ma naqblu xejn ma min fil-Kamra tal-Kummerc qed jirraguna b'dan il-mod" jsostni Vince Farrugia Direttur Generali tal-GRTU

"Ricerka li ghamlet il-GRTU u hafna kummenti li ta' spiss nircievu juru li l-facilita' li tista' tixtri fi x'hin trid mill-internet hi raguni ewlenija ghaliex il-bejgh mill-hwienet naqas drastikament. Ma nistawx nibqghu naghmluha difficli biex il-konsumatur jasal ghand il-hanut meta hu l-iktar komdu ghalih. Illum b'xi mod jew iehor il-konsumatur se jinqeda' jew mill-internet jew mill-hwienet. Il-hanut iz-zghir xorta ghandu postu imma jrid helsien assolut u mhux restrizzjonijiet. Helsien li jsib in-nicca tieghu fis-suq u jikkompeti fejn ghall-haddiehor l-ispejjez ikunu kbar wisq. Jikkompeti kif inhu u bla impozizzjoni. Illum  iz-zghar li ma jifilhux ihallsu ma jistghux jikkompetu. Illum il-hwienet iridu jikkompetu f'kull hin. Il-kuncett ta`xiri illum hu differenti minn dak li kien qabel ghalhekk illum ghandna investimenti massivi bhal The Point u shopping malls godda, ghax iz-zmien inbidel. Iz-zghir irid il-liberta' biex hu wkoll jibdel skond il-mezzi li ghandu u skond l-iskemi favorevoli li l-GRTU tinsisti kontinwament li l-Gvern ghandu jipprovdilu. Iz-zghir ghajnuna jrid mhux xkiel. liberta' mhux protezzjoni ta' zmien il-brodu" jikkonkludi Vince Farrugia

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).