Il-GRTU tappella lill-Gvern li din il-kwistjoni tal-ftuh tal-hwienet fil-Hdud u l-Festi jaqtaghha darba ghall-dejjem – mhux sewwa min jaffordja ghandu l-ghazla u min ma jaffordjax m'ghandux ghazla. U min ma jhallasx u jiftah jigu jaghlquh il-pulizija qisna f'pajjiz kommunista u jekk is-sid ma joghbdix itelluh il-Qorti qisu kriminal u jekk ma jhallasx il-multi jibghatuh l-habs. Affariijiet ta' barra minn hawn. Dan kollu ghax sid ta' hanut jezercita il-professjoni tieghu li jaqdi lill-pubbliku. U l-Onor Dr Jason Azzopardi biex jwarrab din l-antikalja jrid imur ghand l-MCESD. Affarijiet tad-dahk kieku mhux ghax jolqtu fil-laham il-haj lin-nies taghna. M'hijiex kwistjoni tal-MCESD din. Baqa' biss tariffi bla sens. Ma mmorrux l-MCESD fuq tnehhija ta' tariffi bla sens.
Il-GRTU tibqa' issostni li b'risponsabbilta' li s-sidien tal-hwienet ghandhom jiehdu hsieb taghhom infushom u tal-familja taghhom u tal-imjegati u l-familji taghhom u jaghmlu kull sforz ha jgawdu il-Hdud u l-Festi mal-familja, imma l-ghazla ghandha tkun taghhom u mhux imposta bla sens u b'diskriminazzjoni mill-Gvern. Mhux post il-Ministru li jindahal aktar meta ghandu u m'ghandux jiftah il-hanut is-sid li jimxi mal-ligi. Il-pulizija ghandhom hafna aktar x'jaghmlu milli joqghodu jarrestaw lis-sidien tal-hwienet Onorevoli Jason Azzopardi. U l-MCESD m'ghandux hin x'jahli fuq kwistjoni li messa ilha li giet solvuta.
Wara kollox il-Gvern ha id-decizjoni li m'hemm xejn kuntrarju li l-hwienet kollha jifthu l-Hdud u fil-Festi diga' hadha bi ftehiem mal-GRTU u m'hemm l-ebda decizjoni importanti x'jiehu li ghandu ghalfejn idahhal fiha lill-MCESD. Kulhadd jista' jiftah fil-Hdud u l-Festi Onorevoli Jason Azzopardi. Basta jhallas 700 ewro. M'hemmx principji. Kwistjoni biss jekk sid ta' hanut meta jiftah jaqlax bizzejjed biex ihallas is-700 ewro u jifdallu. Kwistjoni jekk hanut jaffordjax jhallas jew le. U jekk inti b'hanut f'Malta. Ghax f'Ghawdex din il-ligi diga' bdilniha. Wkoll bi ftehim mal-GRTU. F'Ghawdex m'hemmx restrizzjonijiet.
Illum min jaffordja jhallas €700 jiftah jekk irid u haddiehor ghax zghir u ma jaffordjax anke jekk irid jiftah ma jiftahx. Ara l-akbar grupp ta' supermarkets diga' habbar li se jiftah il-gurnata kollha kemm f'jum San Pawl u kif wkoll is-Sibt sa l-ghaxra ta' bil-lejl u il-Hadd wkoll. Ghax ghalihom 700 ewro tihmil id-drass. Imma ghaz-zghir hafna ma jifthulux biex jaghmlulu kompetitizjoni. Ara l-Kamra tal-Kummerc favur din il-kummiedja.
Il-GRTU trid li din il-farsa tispicca. Trid li l-ghazla jekk hanut jiftahx jew le biex jaqdi lil kommunita' tkun f'idejn is-sid tal-hanut. Is-sidien tal-hwienet kollha jaqblilhom li ma jkunx hemm aktar xkiel zejjed. Jaqblilhom ghax il-valur tan-negozju taghhom joghla u jinzel skond kemm is-sid ghandu liberta' ta' kemm jista` jiftah fi granet u f'hinijiet li jaqbillu li jiftah il-hanut. Illum hanut f'zona fejn m'hemmx xkiel ta' Hdud u Festi jiswa' mod u l-iehor f'zona fejn ma tistax tiftah jekk ma thallasx is-700 ewro jiswa anqas. Ghalhekk is-sidien intelligenti jridu l-helsien ghax l-ghazla jifthux tkun f'idejhom u in-negozju taghhom jkun jsarraf aktar. Huma jafu jekk jaqblilhomx jifthu jew le. Huma jafu jkejlu jekk is-suq jitilfuhx jekk jibqghu maghluqin jew isalvahwx jekk jifthu. U jekk ma jafux jaghmlu il-kalkoli taghhom u m'ghandhomx il-hila jiddeciedu u jridu lil Gvern jiddeciedi ghalihom allura ghandhom problema gravi. Ghax hadd ma jidhol fin-negozju u jippretendi li il-Gvern joqghod ifissdu. Hekk ghada tahseb il-Kamra tal-Kummerc. Mhux hekk izda ghal-GRTU.
Din kwistjoni li suppost ftehmna li nsolvuha fuq mhedda ta' ghaxar snin billi ndahhlu riformi wahda wara l-ohra sakemm fl-ahhar ngibu bidla lejn il-liberalizzazzjoni shiha. Hekk riedet il-GRTU bidla bil-mod halli kulhadd jipprepara ghaliha. Issa ghadda zmien bizzejjed. Issa kull ma baqghalu jnehhi l-Gvern hi din il-mizata redikola ta' 700 ewro intaxxata fuq min irid jiftah. Il-GRTU b'responsabbilta' tat parir lill-Gvern sa mis-sena l-ohra biex jaghmel il-pass li jmiss. Il-Gvern izda minflok li ha l-parir intelligenti tal-GRTU, l-assoccazzjoni nazzjonali li ilha waheda 63 sena tirraprezenta lin-negozji fil-kommunita', beza' u rega qed ikaxkar saqajh. Is-sena l-ohra talab lill-GRTU ghall-sena ohra. Is-sena ghaddiet u rega qed jibza'. Qisu hemm xi babaw. Kull ma hi decizjoni li jnehhi tariffi bla sens ghax kif issostni l-GRTU id-decizjoni li kulhadd jista' jiftah ilha li ittiehdet.
Id-Direttur Generali tal-GRTU Vince Farrugia f'isem il-GRTU din il-gimgha kiteb lill-Ministru Tonio Fenech u lill-Ministru Jason Azzopardi biex din il-kwistjoni jaqtuha darba ghal dejjem. Dan il-GRTU ghamlitu wara li l-Gvern rega' iddecieda li jirrifjuta t-talba tal-GRTU u jhalli kollox kif inhu, jigifieri li min mhux suppost jiftah u jrid jiftah jkollu jhallas €700 jew jekk jiftah jissogra li jigu l-pulizija jaghlquh u jtellghuh il-qorti qisu xi kriminal. "Il-GRTU issostni li z-zminijiet inbidlu u llum m'ghadux iz-zmien li l-Gvern joqghod jindahal fuq meta konsumaturi ghandhom jaghzlu li jmorru jixtru u meta sid ghandu jiftah jew ma jiftahx" sostna id-Direttur Generali.
"Ir-responsabbilta' minn issa l-hemm ghandha tkun fuq is-sid tan-negozju u ahna nemmnu li b'responsabbilita' l-maggoranza assoluta tas-sidien tal-hwienet fil-komunita' se jaghzlu li l-Hadd jibqghu maghluqin. Hekk jaghmlu l-Ghawdxin ghax f'Ghawdex il-GRTU ilha li helset lis-sidien tal-hwienet ghawdxin minn dan ix-xkiel. Esperementajna u irnexxiet. Issa l-Gvern ghandu jmexxi u mhux jibqa jkarkar. Illum in-nies biex jixtru juzaw l-internet u jekk il-hanut jinzamm maghluq il-bejgh xorta jsir. Fi zmien tal-e-commerce il-ligijiet restrittivi antiki m'ghadhomx aktar jaghmlu sens. U huma fuq kollox ingusti. Ghalhekk il-GRTU qed tkellem lil Gvern car: tajjar l-ixkil li baqa', u inqala l-barra minn din il-kwistjoni. U m'hemm bzonn l-ebda MCESD biex tiddeciedi. Li l-Kamra tal-Kummerc harget kontra l-pozizzjoni tal-GRTU ma nistghagbu biha xejn. Jidher li fil-Kamra tal-Kummerc hemm min hu komdu bil-fatt li min jaffordja jiftah wahdu bla xkiel ta' kompetizzjoni min negozji z-zghar li ma jaffordjawx is-700 ewro. Dwar is-Sunday trading il-Kamra tal-Kummerc hi ghall-kollox kontra il-kurrent. Probabbli hi l-unika Kamra tal-Kummerc fl-Ewropa li ghadha trid il-pulizija iddejjaq lis-sidien tal-hwienet ghax jifthu f'jum ta' festa u jirroftaw li jhallsu din it-taxxa bla sens. L-unika Kamra probbabli li tahseb li sid ta' hanut li jkollu il-liberta' li jaghzel hu jiftahx jew le jkun imcahhad u mhux egevolat. Ma naqblu xejn ma min fil-Kamra tal-Kummerc qed jirraguna b'dan il-mod" jsostni Vince Farrugia Direttur Generali tal-GRTU
"Ricerka li ghamlet il-GRTU u hafna kummenti li ta' spiss nircievu juru li l-facilita' li tista' tixtri fi x'hin trid mill-internet hi raguni ewlenija ghaliex il-bejgh mill-hwienet naqas drastikament. Ma nistawx nibqghu naghmluha difficli biex il-konsumatur jasal ghand il-hanut meta hu l-iktar komdu ghalih. Illum b'xi mod jew iehor il-konsumatur se jinqeda' jew mill-internet jew mill-hwienet. Il-hanut iz-zghir xorta ghandu postu imma jrid helsien assolut u mhux restrizzjonijiet. Helsien li jsib in-nicca tieghu fis-suq u jikkompeti fejn ghall-haddiehor l-ispejjez ikunu kbar wisq. Jikkompeti kif inhu u bla impozizzjoni. Illum iz-zghar li ma jifilhux ihallsu ma jistghux jikkompetu. Illum il-hwienet iridu jikkompetu f'kull hin. Il-kuncett ta`xiri illum hu differenti minn dak li kien qabel ghalhekk illum ghandna investimenti massivi bhal The Point u shopping malls godda, ghax iz-zmien inbidel. Iz-zghir irid il-liberta' biex hu wkoll jibdel skond il-mezzi li ghandu u skond l-iskemi favorevoli li l-GRTU tinsisti kontinwament li l-Gvern ghandu jipprovdilu. Iz-zghir ghajnuna jrid mhux xkiel. liberta' mhux protezzjoni ta' zmien il-brodu" jikkonkludi Vince Farrugia