SME Chamber

Il-GRTU dwar ir-Reg godda b’penalitajiet godda dwar is-sahha u s-sigurta’ fuq il-post tax-xoghol

 Ir-regolamenti l-godda li hareg il-Ministru tas-sahha bhala responsabbli mill-Awtorita' ghas-sahha u s-sigurta' fuq il-post tax-xoghol fl-ahhar ta' Jannar – Regolament tal- 2012 dwar is-sahha u s-sigurta' fuq il-post tax-xoghol (Hlas ta' Penali) – mill-Occupational Health & Safety Authority (OHSA) – jinkorporaw bidla pozittiva li l-GRTU f'isem in-negozji micro, zghar u medji Maltin ilha tirsisti ghalih is-snin. Ghaliex biha il-GRTU rebhet glieda kbira li ilna nahdmu ghaliha.

 

Sal-Lum il-bicca il-kbira tar- regolamenti li kien johrog il-Gvern kienu jfajjru multi f'multi ghal bosta snin fejn insistejna li l-penalitajiet ikunu "dejn civili" u li l-hlasijiet jistghu jithallsu bin-nofs fuq tlett snin. In-negozji li jridu hu li mhux biss jithallsu fil-pront irrispettivament mill-pozizzjoni finanzjarja tan-negozju milqut, imma ukoll il-multi kienu ta' natura kriminali, li jfisser li jekk ma jithallsux is-sid tan-negozju jmur il-habs. Sfortunatament hekk ghadhom hafna regolamenti. Dawn ir-regolamenti izda, b'sodifazzjon ghall-GRTU jibdlu dan kollu u l-multi qed ikunu dikjarati li huma ta' natura civili jigifieri  kienet thobb wisq tikkriminalizza l-izbalji tal-kummercjant.

Il-GRTU kienet wahedha tiggieled kontra s-sistema' antika. Dan ukoll kien commitment personali tal-Onorevoli Lawrence Gonzi lill-GRTU li kull meta jidhlu penali jkunu taht forma ta' "dejn civili" u mhux ta' multi ta' natura kriminali li jistghu jwasslu ghal habs bhal ma huma dawk fil-Ligi tal-VAT u li l-GRTU tant iggieldet u ghadha tiggieled kontrihom. Il-GRTU issostni li jek is-sid ta' intrapriza li jahdem u qatt ma jiehu xejn mill-Gvern, jhaddem in-nies u jkattar il-gid b'xi mod jonqos u m'ghandux jintefa' l-habs izda jinghata kastig ragonevoli.

Il-GRTU pero tipprotesta kontra l-mod negattiv ta' penalitajiet bl-addocc imposti min naha ta' din l-Awtorita'. Il-GRTU temmen li fil-qasam tas-sahha fuq il-post tax-xoghol, l-aktar fejn jidhlu negozji zghar u self-employed hemm hafna lok ghall-aktar tharrig u informazzjoni u edukazzjoni. Minflok aktar edukazzjoni u aktar skemi mill-Malta Enterprise u l-Awtroita' innifisha halli s-sidien ta' intraprizi u self employed ikunu jistghu jaffordjaw jibdlu u jzommu dejjem up to date l-apparat taghhom izda l-Gvern qieghed jiehu t-triq aktar irhisa ta' multi u persekuzzjoni. Il- GRTU hi kontra dan il-mod negattiv lejn l-intrapriza u s-self employed. Il-GRTU tibqa' tinsisti li waqt li l-enforcement ghandu jsir izda hu aktar importanti li l-Gvern jghin lill- intraprizi z-zghar b'aktar tahrig u skemi adatti biex fl-anqas zmien possibli u b'lanqas tbatija finanzjarja ghas- self employed u s-sidien ta' negozji zghar,Malta tilhaq l-ghanijiet ta' aktar sahha u sigurta' fuq il-postijiet tax-xoghol kollha. Ghas- self employed u s-sid tan-negozju z-zghir dan hu mportanti ghaliex is-sahha fin-nofs hi fil-bicca l-kbira tal-kazi tas-sid stess u tal-familja tieghu kif ukoll tal-impjegati tieghu.

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).