Fabian Demicoli

Il-GRTU dwar il-Programm ta` Xogholijiet ta` tisbieh u zvilupp fil-Belt Valletta

 F'Laqgha msejha mill-GRTU mall-oghla Ufficjali tal-Ministeru tal-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni (MITC) nhar it-Tnejn 6 ta' Settembru,  il-Gvern u l-GRTU iddiskutew il-program estensiv tal-Gvern biex jizviluppa u jmexxi l-quddiem il-progett ta' restawr, zvilupp u embellishment li l-Gvern ntrabat li jwettaq.

 

Id-Direttur General tal-GRTU, Vince Farrugia ghamilha cara li dan hu progett kbir li ghalih il-GRTU, f'isem dawk kollha li nvestew fi stabilimenti fil-Belt Valletta u li l-ghixien taghhom jiddependi mill-kwalita u l-livell ta' dak kollu li kapaci toffri il-Belt Valletta, ilha ghexiren ta' snin tinsisti li jsir program estensiv bhal dan u ghalhekk zgur mhux se tkun il-GRTU li ttellef biex il-progetti l-godda jitwettqu bl-aktar mod efikaci u fl-iqsar zmien possibli.

Il-GRTU ma qaditx lura li tikkumenta b'mod iebes meta l-konsultazzjonijiet bejn l-awtoritajiet u l-GRTU f'isem in-negozji tal-Belt ma sarux kif kellhom isiru. "Ma jistax il-Gvern waqt li jkunu ghaddejin x-xoghlijiet ma jahsibx fl-impatt li l-gheluq ta' toroq u problemi ohra li tohloq il-kostruzzjoni ma jaffetwawx drastikament id-dhul tal-hwienet li minnu jridu jithallsu l-pagi tal-haddiema u spejjez ohra tan-negozju. Il-Gvern ma jistax jippretendi li l-GRTU tiddedika lin-nies taghha, ghas spejjez tal-membri tal-GRTU, biex jispjegaw lin-nies tan-negozji xi jrid isir u nikkordinaw l-programmi individwali tan-negozji ma' dawk tal-Gvern jekk ahna l-ewwel nett lanqas biss inkunu aggornati u infurmati b'mod strutturat. Ma jistax ikun li l-entitajiet tal-Gvern jibqghu jikkomunikaw b'mod sparodiku, fuq sistema ta' ghidli u nghidlek. Il-GRTU ma tridx li  x-xogholijiet jitkaxkru fuq perjodu twil ta' snin ghax jkun ahjar li dak li ghandu jsir jsir fi zmien kemm jista` jkun qasir basta ippjanat sew. Imma l-Gvern ma jistax ikun li ma jsahhahx il-process ta' konsultazzjoni strutturata mal-GRTU u mhux ma individwi li jirraprezentaw biss l-interessi taghhom personali ghaliex illum huma hafna n-negozji li qed ibatu" enfasizza Vince Farrugia.

Fil-laqgha gew diskussi l-progetti ewlenin li ghandhom x'jaqsmu mall-progetti tal-arkitett  Renzo Piano ghal Pjazza Helsien u Bieb il-Belt, id-ditch, kif wkoll dawk marbuta mar-riforma tat-trasport pubbliku u l-pavimentar, u kif dawn ser jolqtu t-traffic management u l-problema akuta tal-parking. Il-GRTU izzomm wkoll laqgha simili ta' livell gholi mal-Ministeru tar-Rizorsi u l-Affarijiet Rurali li huma responsabbli mill-Progett estenziv tar-restawr tal-bini u swar tal-Belt Valletta

Gie miftiehem mal-oghla ufficjali tal-Ministeru tal-Infrastuttura, Trasport u Komunikazzjoni li ghandhom jibdew jsiru b'mod immedjat laqghat strutturati b'mod regolari bejn l-Ufficjali tal-Gvern inkarigati mill-Progetti fil-Belt u Kumitat elett mil-Laqgha Generali tas-sidien tan-negozji tal-Belt imsejha mill-GRTU u li jibda jinhareg Bulletin bid-dettalji tax-xogholijiet kif ippjanati sabiex l-GRTU tkun tista` tinforma u tiftiehem mas-sidien tan-negozji fiz-zoni milquta. Dan biex ikun assigurat l-ghola livell ta' kooperazzjoni u l-inqas impatt negattiv fuq in-negozji. Il-GRTU hi impenjata li twassal l-ilmenti u s-suggerimenti kollha dwar kif l-ahjar jitwettqu ix-xogholijiet u dwar l-arrangamenti temporanji li jkunu jridu jsiru biex tittaffa l-problema tat-traffiku u tal-parking waqt ix-xogholijiet.

Il-GRTU ser ukoll tikkonsulta mas-sidien tan-negozji tal-Belt biex twassal suggerimenti tan-nies tan-negozji dwar parking. Gie diga miftiehem mal-GRTU fejn il-Gvern behsiebu johloq postijiet godda ta' parking, biex jaghmel tajjeb ghal dak li se jintilef bil-progetti l-godda. Il-Gvern marbut li jibqa' jfittex alternattivi ohra li jistghu jintuzaw bla htiega ta' investimenti kbar u li jiehdu iz-zmien.

Il-President, Paul Abela flimkien mad-Direttur Generali, Vince Farrugia ftit wara din il-laqgha ndirizzaw laqgha gewwa il-Kwartieri Generali tal-GRTU, organizzata ghas-sidien tan-negozji tal-Belt, herqana li jkunu infurmati dwar x'hemm ippjanat. L-impatt ta' dak li qed isir fil-Belt fuq in-negozji tal-Belt hu hazin hafna. Dan hareg min studju li l-GRTU ghada kemm wetqet ma negozji ewlenin fil-Belt min kull settur u ghalhekk il-GRTU hi taht pressjoni mis-sidien tal-Belt biex l-affarijiet jsiru ahjar.

Wara li l-mexxejja tal-GRTU taw rapport ta dak li intqal fil-laqgha u tal-arrangamenti godda li dwarhom sar qbiel, gie elett Kumitat gdid tas-sidien tan-negozji tal-Belt biex jkun responsabbli mit-tahdidiet mal-Gvern. Gie decis wkoll li is-sidien jibqghu jitlaqqghu fuq bazi regolari mill-GRTU halli s-sidien mhux biss jkunu nfurmati izda wkoll ikunu f'posizzjoni li jwettqu dak li hu mehtieg biex hadd ma jbati.

Il-qofol se jkun li kulhadd jkun infurmat permezz ta` Bulletin li johrog b'mod regoli u jinghata lil kulhadd u b'laqghat regolari biex jinstema kulhadd. M'hiex se tithaddem sistema fejn wiehed u tnejn ikunu jafu kollox bil-biza li dawn jdabbru rashom izda li kulhadd jkun infurmat b'mod professjonali. Il-GRTU se tizgura wkoll li dak li kkometta li jaghmel il-Ministeru jaghmlu. La hemm qbiel fuq il-progetti m'ghandux ghalfejn ikun hemm tfixkiel fuq id-dettalji.

"Li jrid isir wkoll izda hu li kull negozju jfassal l-istrategija tieghu ghal quddiem ghalhiex dak li ser isir fil-Belt se jibdel bis-shih il-perception li in-nies Maltin u turisti ghandhom tal-Belt u filwaqt li se jkun hemm opportunitajiet godda ghal certi oqsma ta negozju se jkun hemm ohrajn li jista` jkun li ser ikollhom jibdlu radikalment il-mod kif tradizzjonalment iggestixxu n-negozji taghhom u wkol in-natura tan-negozju taghhom" spjega Vince Farrugia lis-sidien li attendew ghal-laqgha fil-GRTU.

"Dwar dan il-GRTU wkoll qed tohloq servizz gdid ta' assistenza ghal negozji li jsibu ruhhom f'diffikulta minhabba t-tibdil strutturali li qed isir fil-Belt u ser jintlaqat hazin in-negozju taghhom. Il-GRTU qeghda titkellem mal- Ministeru tal-Finanzi biex fejn hu possibbli jinholqu skemi godda ta' assistenza. Il-Gvern diga accetta l-principji li fejn ikun hemm telfien ta' negozju fit-tul ghandu jitfassal l-mekkanizmu ta' kumpens bhal ma gara diga u ghalhekk wiehed jistenna li b'kooperazzjoni shiha l-affarijiet jitmexxew sewwa biex fl-ahhar nilhqu l-ghan li l-Belt Valletta terga verament issir Belt ta' kwalita". ikkonkluda d-Direttur General tal-GRTU Vince Farrugia.

Il-Kumitat ser jibda jiltaqa` mill-Gimgha d-diehla.

What we can do for you

INFORMATION POINT

BUSINESS SERVICES

MEMBERSHIP BENEFITS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

B2B NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

FUNDING ASSISTANCE

COURSES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).