Il-Kumitat tal-Burdnara, membri tal-GRTU flimkien mad-Direttur Generali
s-Sur Vincent Farrugia llum urew lis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru
tal-Portijiet u Kompetittivita, s-Sur Edwin Vassallo u s-Segretarju Permanenti
fil-Ministeru, s-Sur Louis Cilia, d-diffikultajiet li qed ihabbtu wicchom
fix-xoghol ta’ hrug u dhul ta’ containers u trailers mid-Deep Water Quay
fil-Port il-Kbir. Dan sar waqt zjara li saret f’din il-parti tal-Port
l-Kbir.
Il-Kumitat tal-Burdnara appella lil Ministeru biex jittiehdu
passi biex isir uzu ahjar mill-Coal Wharf li llum hi fi stat ta’ abbandun.
Il-burdnara qed jitolbu li dan l-Wharf jibda jintuza biex ikunu jistghu
jipparkjaw it-trailers u l-containers li jkunu qed jistennew biex juzaw id-Deep
Water Quay waqt il-hatt u t-taghbija tal-vapuri. L-uzu ta dan il-Wharf inaqqas
id-dewmien li qed isofru l-burdnara minhabba in-nuqqas ta’ spazju. Il-Kumitat
tal-Burdnara wkoll talab lil Ministru biex jinbeda l-process biex
il-facilitajiet, bankini, mollijietu quays u sheds isir uzu ekonomiku ahjar
minnhom. Illum tezizti telqa kbira u uzu mil-anqas tax-sheds f’dan
il-qasam.
Il-GRTU qed tinsisti li din il-parti tal-Port l-kbir tinghata
l-attenzjoni li jixirqilha ghaliex illum qeghda fi stat dekadenti li ma jixraqx
lil pajjiz li jrid jibni lilu nnifsu bhala centru ta’ kummerc
internazzjonali.
|
|