L-GRTU dejjem poġġiet bħala prijorita’ fuq il-programm tagħha l-iżvilupp tal-lokalitajiet bħala fonti ta’ ħolqien ta’ impjieg u avvanz ta’ attivita’ ekonomika. Il-GRTU qiegħda taħdem kontinwament mall-Malta Tourism Authority, Transport Malta, Kunsilli Lokali u s-sidien tal-intrapriżi fil-lokalitajiet bil-ghan li jinħolqu attrazzjonijiet ġodda sabiex niġbdu aktar xogħol lejn il-lokalitajiet.
Aktar kmieni dan ix-xahar is-Sur Paul Abela, President tal-GRTU flimkien mas-Sur Joseph Zerafa, r-rapprezentant ghan-negozzjanti Mostin iltaqghu mas- Sur Edwin Vassallo, Sindku tal-Mosta waqt laqgha organizzata ghan-negozzjanti Mostin. Waqt din l-laqgha gew diskussi diversi issues fosthom li s-sistema tat-traffiku terga tigi lura kif kienet fl-1996. L-arranġament wara l-1996 kellu mpatt qawwi fuq is-sidien tant li f’survey li l-GRTU kkummissjonat dak iż-żmien irriżulta li l-bejgħ kien niżel b’50%.
Il-GRTU żammet diversi laqgħat mal-Kunsill Lokali li dak iż-żmien wasal għal din id-deċiżjoni sabiex issib l-aħjar arranġament possibbli. Kienu għalxejn it-tentattivi li l-GRTU għamlet sabiex din id-deċiżjoni tiġi riversata għaliex f’temp ta’ ftit xhur din is-sistema ġiet introdotta u għadha sal-llum fis-seħħ.
Il-GRTU tħoss li l-Mosta hija wahda mill-lokalitajiet li l-aktar li rnexxew bħala ċentru kummerċjali u dan is-suċċess huwa raġuni mportanti għalhiex l-istandard of living tal-Mostin huwa fost l-għola f’Malta. Skont studji li saru dak iż-żmien mill-Kunsill jirriżulta li kienu jgħaddu ammont sostanzjali ta’ vetturi miċ-ċentru.
Għalkemm hafna mill-Mostin, bħal ħafna lokalitajiet oħra, jaqilgħu l-għixien tagħhom minn barra mill-Mosta, is-sidien tal-ħwienet, l-familji tagħhom u l-familji tal-impjegati tagħhom, jiddependu għal l-għixien tagħhom mis-suċċess kontinwu tal-Mosta bħala lokalita’ li tattira passing business dejjem akbar.
Għal dan il-għan l-GRTU qeghda titlob laqgħa mall-Ministru Joe Mizzi sabiex flimkien mall-entitajiet kollha nvoluti tasal f’kompromess li jkun ta’ benefiċċju għal partijiet kollha kkonċernati.