Wara li d-diskussjonijiet mal-Gvern ma waslux għal-qbil, il-GRTU laqqgħet il-membri sidien ta’ pompi tal-petrol li ħadu żewġ deċiżjonijiet:
- Min għada, t-Tlieta 22 ta’ Jannar 2019, il-Pompi tal-Petrol se jkunu qeghdin jagħtu servizz fil-ħinijiet li tkun miftuha l-pompa biss. Wara s-6.00pm mhux se jkun possibli li wieħed jieħu fuel.
- Il-Ħlas tal-licenzji tal-Pompi tal-Petrol lir-REWS ser ikunu qed jinżamm.
Dawn l-azzjonijiet se jibqgħu fis-seħħ sakemm jinstab ftehim u mhux eskluż li jiżdiedu fil-jiem li ġejjien.
Il-GRTU għal darba oħra tirrimarka li ppreżentat soluzzjonijiet li bihom ma jiġix affetwat il-konsumatur.