Il-GRTU tinnota b’dispjaċir in-nuqqas min-naħa tal-Gvern fejn mhux talli d-diskussjonijiet li ilhom għaddejjin mill-2014 ma waslu mkien, iżda anke il-gvern mar lura fuq dak li kien diġa’ ġie miftiehem.
Fl-2014 il-GRTU ippreżentat lill-Gvern studju dettaljat li sar minn kumpanija serja u indipendenti li wera l-ħtiġijiet ċari ta’ dawn l-operaturi fi sfond tal-avvanzi kontinwi li jiġu meħtieġa u rikjesti mill-liġijiet tal-ERA u r-REWS, li jinkludi r-ristrutturar kbir li jrid isir sa mhux aktar tard mill-2020.
Il-GRTU għamlet bosta laqgħat mall-Ministru Joe Mizzi biex jinstab ftehim sabiex il-Pompi tal-Petrol ikollhom is-sostenn neċessarju biex ikunu jistgħu jagħmlu dak li qed jintalab minnhom pero l-Ministru Mizzi jidher li qed jilgħab biz-zmien u jmur lura fuq progress li diġa’ kien sar.
Għadlaqstant il-GRTU ma teskludix li l-Pompi tal-Petrol ser ikunu qed jieħdu azzjonijiet fil-ġranet li gejjin.