Addio IPSE
Din li l-Ministru Josef Bonnici qabad u ddecieda
li jaghqqad l-MDC, il-METCO u l-IPSE flimkien minghajr diskussjoni serju hi
tassew stramba. Illum il-Gvern ghandu makkinarju partecipattiv bhal ma hu
l-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Socjali u Ekonomiku (MCESD) u l-Imsiehba Socjali
draw ukoll b’mekkanizmu bhal MEUSAC u forom ohra ta` konsultazzjoni fejn
flimkien mal-Gvern jgharblu u jiddeciedu dwar issues ta` importanza nazzjonali.
Drajna b’seminars fuq din jew dik it-tema. Drajna bi Green u b’White Papers
qabel il-Gvern jiddeciedi. Izda ghal Ministru Josef Bonnici dan kollu ma
jghoddx. Tkellem ma min ghazel hu u daqshekk. Seta kellu ragun. Izda meta
tiddeciedi int u l-ftit li taghzel int, ir-responsabbilta` ta` li jigri tkun
kollha kemm hi tieghek.
Nistghageb kif Kabinett li jemmen li
d-diskussjoni l-aktar wiesa hi l-ahjar mezz, anke jekk kultant il-prezz
f’dewmien irid jithallas, kif fuq kwistjoni hekk important li tolqot bil-kbir
il-futur tal-intrapriza f’pajjizna, il-Kabinett tal-Ministri accetta din
is-segretezza kollha. Jien inhoss li ghalkemm il-Gvern iffirma ic-Charter
Ewropej tal-Intraprizi iz-Zghar f’April li ghadda f’Maribor, Slovenja, li
l-Kabinett tal-Ministri ghadu mhux vera konvint li l-intraprizi iz-zghira kif
jghid dan ic-Charter, hi s-sinsla ta` l-ekonomija. Meta naghsar dak li jsir
bil-fatti u nara l-attitudni li ghandha tirrenja f’pajjizna kull fejn ghandhom
x’jaqsmu n-negozji z-zghar, nifhem li m’hemmx verament ir-rieda li liz-zghir
jegevolawhom. Kieku ma jiehdux decizjoni li jghalqu l-IPSE u jirrifjutaw li
jikkumentaw mal-GRTU, l-akbar organizazzjoni li tirraprezenta lin-negozji
z-zghar. U meta nghidu zghar, nifhmu zghar. Nifhmu dawk l-intraprizi li illum la
huma rapprezentati fuq il-Bord tal-MDC, la fuq il-Bord tal-METCO u lanqas fuq
l-istess Bord tal-IPSE.
Politika Favur Iz-Zghar
F’dawn l-ahhar
snin jien ghan-nom tal-GRTU fassallt pakkett ta` proposti u kontinwament nishoq
f’kull okkazzjoni li jkolli fuq dawn il-proposti, kollha favur in-negozji
z-zghar. Izda ghal ta` xejn. Anke meta bhal ma gara fil-Budget tas-sena l-ohra
il-Gvern jitwebbel li jintroduci skemi ghaz-zghar, insibu li hafna drabi x’hin
jigu ghat-twettieq ir-rieda ma tkunx hemm u l-iskemi jfassluhom b’mod li jidhru
sbieh fuq il-karti izda fit-twettieq ma jkunx ifissru xejn. Hekk gara wkoll
b’hafna mill-iskemi tal-IPSE. Hafna studji, hafna proposti izda x’hin taghsar
issib ftit. Dan minghajr ma nichad bl-ebda mod ix-xoghol u l-entuzjazmu li urew
numru ta` ufficjali tal-IPSE biex iwettqu dak li setghu favur
iz-zghar.
Ghaliex jigri hekk? Jien nghid ghax ma jridux jisimghu. F’erba`
snin ta` Gvern, mill-1998 ‘l hawn, perezempju qatt ma ndenja ruhu c-Chairman
tal-MDC, tal-METCO jew tal-IPSE li jsejjah laqgha wahda mqar ta` konsultazzjoni
mal-GRTU. Ghalfejn? Issa kull min hu midhla tal-GRTU jaf li hu x’inhu s-settur
tan-negozju fejn is-sid imexxu hu stess, fil-GRTU zgur li hemm sezzjoni li
tirraprezentah. Ilu 40 sena li l-GRTU ma tkunx biss ghaqda tan-nies tal-hwienet.
Illum bi “trader” u “retailer”, il-GRTU tifhem kull xorta ta` intrapriza fejn
dakl li jkun qed jinnegozja. Ghalkemm f’isem tal-GRTU tintuza l-kelma “Trader”
din illum hi sinomina mal-kelma aktar uzata illum “entrepreneur”. Il-Ministru
ta` l-Affarijiet Barranin, il-Ministru tal-Finanzi, l-istess Ministru
tas-Servizzi Ekonomici, il-Ministru tat-Trasport, il-Ministru tal-Biedja u
c-Chairman tal-Maltacom, Enemalta, Freeport u l-Banek jafu mill-kuntatti u
r-rapprezentazzjonijiet li jsiru b’mod regolari x’inhu r-rwol tal-GRTU llum.
Izda ghac-Chairman tal-MDC, IPSE u METCO dan kollu dlam cappa.
L-esperjenza li akkumulat il-GRTU illum m’hemmx paragun maghha fl-ebda
ghaqda ohra. Izda tahsbu li jkun hemm konsultazzjoni mal-GRTU x’hin nigu
ghat-tfassil ta` policies li jolqtu lill-intraprizi? Ghalfejn? Is-suppervja ta`
min imexxi f’dan il-qasam hi xi haga tad-dahk. Ghax taf kemm taf qatt ma taf
bizzejjed u zgur li konsultazzjoni hsara ma taghmilx. Izda hekk hu maghgun. Ara
ma titkellimx mal-GRTU ghax tiehu xi marda!
Policies
Issa fuq x’hiex
tibbaza l-policies taghha l-GRTU? Tiehu l-aktar in kosiderazzjoni dak li johrog
mir-ricerka li l-GRTU taghmel fost in-negozji rapprezentanti minnha. U tghati
kaz hafna ta` dak li jinghad fil-laqghat li jsiru kwazi kulljum, daqqa ta`
taqsima u daqqa ta` ohra. Ghax biex tifhem kif jirraguna s-sid ta` negozju zghir
u s-self-employed trid tkun mieghu kulljum u trid tmiss ma hafna setturi. Din
m’hiex xi haga li titghallem minn fuq l-iskrivanija jew
mill-kotba.
Ezempju hu l-analizi ta` minn fejn igibu l-finanzi n-negozji
z-zghar. L-esperjenza tal-GRTU turi li s-sidien ta` l-intraprizi z-zghar qed
jikbru fl-eta` u li kwazi nofs dawn l-intraprizi llum huma f’idejn nies ta`
aktar minn 45 sena. L-intraprizi l-godda izda huma l-aktar taz-zghazagh ta`
madwar 25 sena. In-negozji li ilhom fix-xoghol aktar minn 30 sena huma f’idejn
nies ta` 55 sena u aktar. Din fiha innifisha tghin biex meta tfassal policies u
strategiji tkun taf ghal min.
Haga ohra li tolqot hi li l-bicca l-kbira
tan-negozji fl-ibliet u l-irhula taghna, barra dawk fic-centri l-aktar
importanti, huma tan-nies mill-istess lokalita`. Ftit hemm negozjanti Maltin
f’Ghawdex. Ftit li xejn fir-Rabat, f’Hal Qormi f’Haz Zabbar, f’Haz Zebbug,
fil-Mosta u bnadi ohra li m’humiex tan-nies tal-lokal jew ta` nies li izzewgu
fil-lokal jew li marru joqoghdu fil-lokal. Anke f’pajjiz ckejken bhal Malta
m’hemmx mobilita` fejn jidhlu negozji daqskemm wiehed jahseb. Ghalhekk mhux
facli li taqbad, perezempju, tghid lil tal-garaxxijiet tat-tiswijiet biex
jghalqu mir-rahal fejn huma stabbiliti u jmorru x’imkien bhal Hal
Far.
Meta mbaghad titkellem man-nies tan-negozji z-zghar issib li l-bicca
l-kbira ghadhom jiddependu mill-finanzi jew taghhom stess (57%) jew fuq il-bank
overdrafts (66%) jew fuq il-bankloans (45%). L-aktar li juzaw hi tahlita` ta`
bank overdrafts u bank loans (35%). Din ukoll tiswa hafna ghal min ikun irrid
ifassal strategiji ghal dan is-settur.
Meta titkellem man-negozjant
z-zghir issib li proporzjon zghir hafna ta` sidien huma sodisfatti bl-iskemi ta`
sapport li jhaddem il-Gvern taht xi skema jew ohra. Il-bicca l-kbira tas-sidien
tan-negozji ma jafu xejn dwar skemi ta` ghajnuna. Li ma nifhimx hu kif min
ifassal dawn l-iskemi jfassal minghajr ma jitkellem ma hadd li qatt haddem
negozju hu stess. Dejjem jitkellmu ma` l-accountants, ma` l-avukati,
mal-professuri jew mal-managers ta` l-intraprizi l-kbar. Ghax, nerga nghid, hemm
pregudizzju kbir. Qishom qed jghidu li m’hemmx x’titghallem meta titkellem
maz-zghar. Ghax skond huma, la zghar, mela hmir!
X’Igib
It-Tkabbir
Issa meta titkellem maz-zghar tifhem li l-aktar li s-sidien
tan-negozji z-zghar jaraw bhala toroq importanti li jwasslu biex negozju jikber
u jfendi hemm, l-ewwelnett, it-tkabbir tat-turnover (71%), it-tieni zieda
fil-profitabilita` u wkoll zieda fl-impjiegi. Mela, ghal darb’ohra, jekk trid
tkejjel policies ghal dan is-settur u tuza dawn bhala kriterji ta` kejl, ghandek
fuq x’hiex tahdem. Din hi informazzjoni izda li tigborha billi titkellem
maghhom.
Min ifassal skemi biex jghin liz-zghar irid kontinwament
isaqsi:
ï¶ imma l-iskema qed tghin biex in-negozji z’zghar ikunu jistghu
izidu t-turnover minghajr ma jbaghti, minghajr ma jitkisser b’nuqqas ta`
finanzjarjament?
ï¶ l-iskema, qed twassal biex finalment sid in-negozju
jzid fil-profitabilita`?
ï¶ jekk in-negozju joffri opportunitajiet tajbin
ta` mpjieg, tghin biex dak li jkun meta jhaddem in-nies mieghu ma
jitkissirx?
Haddem mil-Anqas
L-iskemi li rajt jigu proposti ftit li
xejn jilhqu dawn l-ghanijiet. Zgur li f’Malta ma tezisti l-ebda skema li
tinkoraggixxi lin-negozji z-zghar li jkattru l-impjieg. Anzi t-taxxi huma
mfassla b’tali mod li jiskoraggixxu lin-negozji milli jhaddmu aktar nies.
Il-GRTU minn meta dahhlu l-VAT pprezentat studji biex turi li l-VAT kienet
tiddiskrimina favur minn ihaddem ftit nies u kontra min ihaddem aktar nies. Xi
hadd sema`? Xi hadd ta` kaz? Ghalfejn?
Mhux ta` b’xejn allura li hafna
sidien ta` intraprizi zghar jaqdfu ghal rashom u ma jersux lejn dawk li suppost
qed jghinuhom. L-ewwelnett l-ispejjes saru mmens. Il-kontijiet tal-esperti saru
enormi. Imbaghad, aktar iva, milli le, s-sidien jghidu li m’humiex sodisfatti
bil-parir li jtuhom l-esperti li jqabbdu huma stess u li l-bicca l-kbira jqisu
li l-iskemi tal-IPSE u tal-Gvern ma jghoddux ghalihom. Xi haga hazina hemm.
In-nuqqas ta` komunikazzjoni zgur li hi wahda. Li l-iskemi mhux adatti hi ohra.
Ser tissewwa din biz-zwieg tal-MDC mal-METCO u mal-IPSE? Ghal darb’ohra jekk dan
l-esperiment ifalli bhal ma fallew hafna esperimenti f’dawn l-ahhar snin,
l-esperti jkunu gawdew il-belli liri u z-zghar jibqghu fejn kienu jew isiru
aghar.
X’ifisser dan kollu? Ifisser li l-hobs, kif jghid il-Malti trid
taghtih lil min jaf joghmodu. Qed ikun hemm wisq teoriji u tfassil ta` policies
minghajr konsultazzjoni ma min hu involut bis-serjeta`. Hemm wisq nies li
jikkmandaw li jridu jitkellmu u jfasslu bla ma qatt ma garrbu.
Issa li
donnu li r-rih qed idur u huma hafna li genwinament iridu jaghmlu xi haga
bis-serjeta` ghal intraprizi z-zghar ma nistghux nibdew billi naghtu kas sewwa
ta` x’ghandhom jghidu l-istess sidien
tan-negozji?