SME Chamber

Il-Burdnara Sectional Committee fi ħdan il-GRTU tinsab diżappuntata ħafna bl-aġir irresponsabli tal-kontrollur tad-dwana

Tul l-aħħar snin saru numru ta’ apelli formali lill-kontrollur tad-dwana, biex jirregola id-dħul ta vetturi fi ħdan il-portijiet lokali u biex titieħed azzjoni immedjajta kontra persuni mhux liċenzjati li qegħdin jiġu permessi jidħlu fil-port u jagħmluha ta’ Burdnara. Għalkemm saru diversi apelli, sfortunatament, dawn l-apelli, waqgħu fuq widnejn torox.

Għal-darb’oħra, il-Burdnara Section Committee tinnota li Kap. 203, Artiklu 3 tal-liġi ta’ Malta jgħid li ħadd ma jista’ jagħmilha ta’ Burdnar ħlief  b’permess tad-dwana u skont permess tad-dwana mogħti għalhekk mill-kontrullur. Barra minnhekk Artiklu 9 tal-istess Kap jgħid li importatur, esportatur u sid ta’ merkanzija jistgħu jittrasportaw merkanzija minn jew għall-tinda tad-dwana, maħżen għal depożitu, veranda, mall jew post iehor ta depożitu, permezz tas-servizzi ta’ Burdnar liċenzjat.

Filwaqt li l- Burdnara Section Committee fi ħdan il-GRTU  għal-darb’oħra qiegħda iżżomm il-Kummissarju tat-taxxi responabbli għall-danni, spejjeż u nteressi li diġa’ sofrew u li jistgħu isofru b’konsegwenza ta’ dan, ttenni l-apell tagħha biex titieħed azzjoni mmedjata u jitwaqqfu persuni mhux liċenzjati li qegħdin jitħallew jidħlu fil-port u jagħmluha ta’ Burdnara.

Il-Burdnara Sectional Committee tapella ukoll lill-membri tagħha biex jassiguraw li jkollhom l-‘isticker’ tal-permess tad-dwana imwaħħal ma’ kull vettura irreġistrata dan biex jiġi ffaċilitat ix-xogħol lill-membri tad-dwana u jkun assigurat li kulħadd huwa konformi mal-liġi.

Il-Burdanra Sectional Committee ttemm billi tfakkar li aġir bħal dan jkompli jdajjef il-kompetitivita’ ta’ dawk li jimxu skont il-liġi u fl-istess ħin jibgħat mesaġġ li min jikser il-liġi jista’ jagħmel dan b’mod liberu u mingħajr konsegwenzi.

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).