Kull min jidhol l-Belt
Valletta kuljum u dawk li jidhlu
spiss jafu li l-Belt Valletta saret farsa
shiha. Saret Belt tal- misthija u hadd qiesu mhu responsabbli. Ma jirrizenja hadd, ma jitkecca hadd u l-farsa
tkompli.
Triq ir-Repubblika
mahmuga. Barra it-tidlik u
l-hmieg akkumulat fuq l-paviment, issa hemm kisja trab gej mill- Pjazza San
Gwann u minn Triq il-Merkanti:
Il-paviment trid taghmel xita qawwija biex jiehu hasla sew. Maintanance xejn u
min jghaddi jissogra li jaqa. Triq ir-Repubblika hi simbolu
ta’ abbandun.
Triq il-Merkanti u
l-Pjazza ta’ quddiem San Gwann gharukaza. Skuzi
biss s’issa smajna ghas-sitwazzjoni tal-biki li tinstghab fiha. Bqajna kullimkien trab u traskuragni. Jidher li m’hemmx taghma ta’ soluzzjoni malajr. U hadd mhu responsabbli. Lin-nies
jghadduhom passata u qiesu xejn mhu xejn.
Il-Pjazza tal-Palazz hi
pjazza tar-redikolu.
Suppost miftuha ghall-pubbliku li jrid u lest ihallas 35c fis-siegha biex
jipparkja l-karozza imma l-pulizija ghassa jkecci lil min irid ihallas u jzomm
biss lil privilegjati li ma jhallsu xejn. Addijo x’tghid
il-ligi. Tal-monti jikkapparaw l-ispazju disponibbli ghan-nies li lesti
jhallsu ghax huma ma jhallsux u jikkapparaw ukoll l-ispazju tal-bicca
ta’ fuq ta’ Triq ir-Repubblika hdejn il-Palazz.
X’jimporta li d-dehera
tal-vannijet tal-monti tkerrah ic-centru tal-Belt
Kapitali. La hadd mhu
responsabbli kullhadd jizzufjetta. Il-Pjazza tal-Palazz wara
li jitilqu l-vannijiet tal-monti kollha zjut u hmieg. X’jimporta. It-toroq l-ohra suppost miftuha ghall-ipparkjar ta’ dawk li jridu
jinqdew bil-hwienet u s-servizzi tal-Belt.Imma l-farsa
tkompli. Il-Pjazza tal-Helsien ghamluha kwazi mpossibli
li tidhol fiha. Hafna toroq bil-kaxex bojod fejn tista’
tipparkja imma maghluqa ghal karozzi. Fejn tista’ tipparkja kullimkien
kaxxi blu u kaxxi hodor jew kaxex sofor u bil-wardens
ghassa lesti biex jimponu t-tickets. Id-dawra ta’ madwar l-Belt ikkapparrata
minn kmieni ghax
b’xejn.
U
hmieg u tkissir ta’ bankini kullimkien qiesu hadd ma jimpurtah
minn xejn. Ftahir u paroli u
x’hin taghsar ma ssib xejn. Kieku mhux ghas-success kbir
tal-Cruise Liner business li jgib mieghu barka fil-Belt
Valletta kieku min ghandu negozju
l-Belt jista’ jaghlaq.
Il-GRTU
tappella lill- Prim Ministru li bis-serjeta jara li tinghata tindifa serja lill-
Belt u li jieqfu l-kummiedja li ghamlu lill- Belt Valletta farsa shiha li
taghggeb lil dawk kollha li jzuruha.
U l-Prim Ministru jrid juza l-frosta: min hu
responsabbli u qed jghaddi n-nies biz-zmien
jitkecca.
Il-Belt
Valletta tirredikola l-politika
kollha tal-Gvern ghax hi esibizzjoni ta’ inkompetenza, traskuragni u abbandun.
Ghalhekk l-GRTU tezigi azzjoni
mmedjata.