SME Chamber

Ikompli t-Tisbih tal-Promenade f’ M’Xlokk

 Il-Ministeru ghar-Risorzi u Affarijiet Rurali s-sena l-oħra beda x-xogħol fuq il-promenade ta' Marsaxlokk billi tkabbret u issebbħet il-bankina tan-naħa tal-bini. Ix-xogħol fuq il-promenade pero ma kienx għadu beda minħabba li l-Ministeru kien għadu għaddej f'diskussjonijiet ma' l-Assocjazzjoni Bejjiegħa tal-Monti sabiex jintlaħaq ftehim fuq kif għandu jarma l-monti wara li jitlesta il-proġett ta' tisbiħ.

 

Saru diversi laqgħat ma' din l-Assocjazzjoni, ma' l-Kunsill Lokali, kif ukoll mal-GRTU li tirrapprezenta` l-istabbilimenti kummerċjali ta' din iż-żona.  Kulħadd fehem l-importanza li x-xogħol fuq il-promenade għandu jsir u kulħadd huwa konxju tal-fatt li minn dan il-proġett ser jibbenefika kulħadd; kemm ir-residenti, il-komunita kummerċjali, tal-monti u t-turiżmu nġenerali.

Minħabba t-tisbiħ tal-promenade u l-ħtieġa li wara li dan jitlesta vetturi ma jkunux jistgħu jitilgħu direttament fuq il-promenade. Il-Ministeru ddiskuta ma' l-Assocjazzjoni u l-Kunsill Lokali sabiex tinstab soluzzjoni vijabbli ta' kif il-monti jista' jarma ġaladarba l-proġett jitlesta.  Saru diversi proposti u kontroproposti minn naħa tal-Gvern u tal-Assocjazzjoni, kollha intiżi sabiex jibqa' jsir il-monti, jitnaqqas l-impatt fuq il-komunita' tal-madwar u jassigura li l-investiment li qed isir mill-Gvern ikun protett. L-unika proposta fattibbli għal kulħadd hija dik li l-monti jibqa' jarma eżattament fejn qiegħed illum, f'żewġ ringieli tul il-promenade kollu, fil-ħinijiet kif stabbiliti skond l-Atti li jirregola l-monti u l-ftehim mall-Kunsilli Lokali.  Id-differenza li ser ikun hemm hija li r-ringiela ta' stalls li jarmaw ma' n-naħa tal-baħar mhux ser tkun tista tarma bil-vettura wara l-istall.  Minflok, ser jiġi pprovdut parkeġġ taħt il-bankina biex din il-vettura ma tkunx il-bogħod.

Dan l-arrangament iwassal biex:

il-vetturi ta' kull stall ikunu viċin ta' fejn jintrama l-istall;

l-bejjiegħa ikunu jistgħu jidħlu u joħorġu mill-parkeġġ fi x'ħin ikun hemm bżonn mingħajr ma joqgħodu jaqilgħu lil ta' ħdejhom jew jistennew lil xi bejjiegħa oħra jżarmaw;

ikun hemm dejjem u f'kull ħin passaġġ għall-vetturi ta' emerġenza tul ix-xatt kollu;

l-istalls kollha jkunu bejn wieħed u ieħor fl-istess pożizzjoni fejn huma indikati llum mingħajr ma jiċċaqalqu (jew kif jiġi miftiehem bejniethom u/jew ma' l-Assoċjazzjon tal-monti);

il-promenade ma jkunx hemm bżonn li tidjieq iżda tkun tista' tissebbaħ biex takkomoda l-istalls kollha tal-monti li llum jarmaw fuqha flimkien ma' l-ħafna Maltin u turisti li jżuru dan il-post pittoresk.

Il-Ministeru konvint li wara xhur ta' laqgħat u konsultazzjoni, u wara li semgha l-proposti kemm tal-bejjiegħa tal-monti, ta' l-Kunsill Lokali, kif ukoll tal-Komunita' Kummerċjali u s-Sajjieda, din is-soluzzjoni hija l-aħjar waħda fl-aħjar interess ta' kulħadd.

Dan l-arranġament ser ikun attwat wara li jitlesta il-proġett.  Sakemm isir ix-xogħol fuq il-promenade u tinbena mill-ġdid it-triq, bi qbil ma' l-Assoċjazzjoni tal-Bejjiegha tal-Monti, bħala arranġament temporanju, l-monti se jiċċaqlaq għaż-żona tal-Magħluq sabiex b'hekk ikun akkomodat kulħadd, f'dan il-perijodu sakemm isiru x-xogħlijiet fuq il-promenade.  ser isir kull sforz sabiex ix-xogħol meħtieġ isir fl-inqas żmien possibbli.

Carmen

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).