Jidher li l-Gvern hu deciz li jibqa’ jisma minn Kumitat li maghmul minn nies li jifhmu f’ kollox barra fil-kummerc. Il-GRTU bis-support ta’ l-aqwa esperti mil-Euro Commerce, l-organizzazjoni ewlenija ewropeja li titkellem f’isem is-settur kummercjali, issostni li s-sistema tad-dual pricing fuq perjodu twil qabel ma nies ikollhom f’idejhom l-Euro u qabel ma n-nies ikunu jistghu jixtru bil-Euro, hi sistema zbaljata.
Jidher li l-Gvern hu deciz li jibqa’ jisma minn Kumitat li maghmul minn nies li jifhmu f’ kollox barra fil-kummerc. Il-GRTU bis-support ta’ l-aqwa esperti mil-Euro Commerce, l-organizzazjoni ewlenija ewropeja li titkellem f’isem is-settur kummercjali, issostni li s-sistema tad-dual pricing fuq perjodu twil qabel ma nies ikollhom f’idejhom l-Euro u qabel ma n-nies ikunu jistghu jixtru bil-Euro, hi sistema zbaljata.
Din hi sistema li kull ma taghmel hu li twahhal f’mohh in-nies s-sistema li ghall kull prezz u ghall- kull haga joqghodu f’ mohhhom isarfu mill-Euro ghall-Lira Maltija.
Dan hu appuntu dak li m’ghandux isir. In-nies trid tidhra fl-aqsar zmien possibli tibda tahdem bil-Euro u tqies bil-Euro bla htiega li kull darba jaghmlu il-kambju. Dan zgur mhux ser isir bis-sistema li ser idahhal il-gvern: Sistema imfassla minn min ma jifhimx biex ihawwad lil min diga jkun imhawwad. Is-sistema li ser idahhal l-Gvern hi sistema li ser igawdu bil-kbir minnha dawk kollha li ser jghoxew jghabbu lin-negozji kollha Maltin, kbar, medji u zghar u lil istess Gvern miljuni ta’ liri li minnhom pajjizna ma jiehu xejn hlief xoghol zejjed, konfuzjoni u gholi tal-hajja.
L-Gholi tal-hajja jigi mhux ghax il-kummercjant jabbuza kif qed jiprova jghid il-Kumitat tas-suppost esperti izda ghliex xi hadd jrid jaghmel tajjeb ghall miljuni ta’ liri li ser jintefqu bla bzonn u li ser iwasslu biss ghall kuntrarju ta’ dak illi suppost hu fid-dmir li jaghmel il-Gvern.
Il-GRTU issostni li l-ahjar sistema hi dik ta’:
Ø Fi zmien qasir qabel tidhol l-Euro, l-Gvern iwettaq kampanja ta’ edukazzjoni biex kulhadd ikun jaf biex ihaddem il-Euro. Dan jista jsir minghajr il-kummidji kollha li l-kumitat tas-suppost esperti qed jipprova jghabbi fuq is-settur kummercjali, u s-settur pubbliku kollu.
Ø Dhul tal-Euro b’tali mod li mal-ewwel kulhadd jibda juza biss l-Euro u jinsa fl-inqas zmien possibli l-Lira Maltija. Dan hu li sar b’mod effettiv fil-Germanja.
Ø Ghajnuna u edukazzjoni lis-sidien tan-negozji kollha halli jkun zgurat li l-prezzijiet bil-Euro jirriflettu l-prezzijiet b’mod korrett.
Ø Ftehim nazzjonali bejn Gvern, Entitajiet Pubblici, banek kummercjali u l-Organizzazjonijiet kollha li jirraprezentaw il-kummerc biex kulhadd jintrabat li ma jgholliex la taxxi, la mizati amministrattivi u lanqas prezzijiet jekk mhux ghal ragunijiet specifici.
Ø Il-Gvern irid iwaqqaf lill Kumitat tan-NECC milli jibqa’ ghaddej qiesu romblu fuq min irid jaghmel il-gid lil pajjizna.
Ø Il-GRTU ma taqbilx li l-Euro ghandu jiddahhal fl-1 ta’ Jannar. Din hi data hazina ghax il-hwienet ikunu ghadhom ghaddejjin bil-bejgh tal-Milied, il-banek ikunu mghaluqin u hafna impjegati jkunu bil-leave. Id-data ghanda tkun imcaqalqa bi ftehiem mal-organizzazjonijiet kollha li pprezentaw kummerc.
Jekk il-Gvern irid iwettaq bis-serjeta Changeover ghall-Euro bla infiq zejjed, bla konfuzjoni zejda u bla piz bla bzonn fuq l-gholi tal-hajja, il-GRTU tassigura lil-Gvern u lill-kulhadd mill-koperazzjoni shiha tal-GRTU u l-imsiehba taghha. Jekk il-Gvern jibqa ghaddej bil-pjan zbaljat li bellalu min suppost jifhem, il-GRTU tkun konstretta li taghti direttivi lis-sidien tan-negozji biex tevithom minn hafna xkiel zejjed u minn hafna akkuzi ngusti u bla bzonn.