National Energy Conference 2024 – Digitalisation of the Energy System – Register
08 October 2024
The Energy and Water Agency together with the Institute for Sustainable Energy, at the University...
Meta Liquigas xtrat id-divizjoni tal-gass tal-Enemalta kienet taf li se tixtri l-Monopolju tal-gass ta` Malta. Kien ghalhekk li Liquigas ghamlet investiment ta` miljuni ta` euro biex bniet impjant gdid li jipproduci l-gass f'Malta. Liquigas taf li biex l-kapital li investiet ifendi riedet l-ewwel u qabel kollox tgholli l-prezz ta` kull cilindru ghall-tlett darbiet, il-prezz li kien jezisti fi zmien l-Enemalta ghax Liquigas dejjem sostniet, b'mod zbaljat u biex tqarraq li l-prezz tal-gass f'Malta kien irhis wisq.
It-tieni ghax il-kalkoli ta` Liquigas u ta' ohrajn li wkoll kienu thajru jidhlu ghall-privatizazzjoni tal-gass f'Malta kienu u ghadhom juru li bil-volum ta` bejgh ta` gass fic-cilindri kif jezisti f'Malta hu diga difficli biex ifendi impjant ta` produzzjoni wiehed bis-suq kollu ikkapparat mill-produttur tal-gass f'Malta u jkun zgur difficli jkun sostnut bi profitti jekk is-suq jinqasam bejn tnejn jew tlieta jew aktar, aktar u aktar jekk il-kompetituri ma jkollhomx l-obbligu tal-infieq kbir kapitali ta` impjant li biex ikun ekonomiku bilfors li jrid ikun wiehed li jiswa hafna miljuni. Tghid x'tghid Liquigas hi l-istrategija kummercjali ta` din l-kumpanija li zzomm monopolju effettiv jew dominanza assoluta fis-suq tal-gass f'Malta. U hu appuntu ghalhekk li b'kull mezz u mod qed tiggieled lil kompetitur taghha Easygas.
Fejn Liquigas qed tesagera u mhux biss tostor il-fatti imma tigdeb hi fejn jidhlu d-distributuri li kontrihom issa Liquigas wkoll fethet battalja biex tisirqilhom il-ftit profitt li jaghmlu bi tbatija biex iqassmu bieb bieb ic-cilindri tal-gass. Fil-pjan ekonomiku li fasslet Liquigas wkoll riedet monopolju effettiv fid-distribuzzjoni rahal rahal wkoll biex ikollha kontroll vertikalizzat shih u timponi sistema li fasslet hi. Sistema fejn Liquigas tqassam bl-inqas infieq u jkun il-konsumatur li jhallas ghall-kumdita tas-servizz u biex timponi r-rieda taghha Liquigas trid bilfors telimina lid-distributuri ghax taf ben fatt li fil-lokalitajiet m'hemmx spazju ghal zewg jew tlett sistemi ta` distribuzzjoni jikkompetu wiehed ma` l-iehor. Liquigas taf li fl-ahhar mill-ahhar jirbah min hu b'sahhtu kummercjalment u hu l-aktar b'sahhtu min ghandu f'idejh il-produzzjoni u ghandu f'idejh bil-qabda l-akbar numru ta` cilindri u ghalhekk sahha assoluta li jimponi sistema ta` monopolju fis-suq kemm vertikali kif wkoll orizzontali.
Il-Liquigas qed tghawweg il-fatti u tinqeda bl-Ufficju tal-Kummerc Gust u ddeffes l-Ewropa fin-nofs bi ksuhat. Malta kienet ibbligata skond ir-regoli ta' l-EU li tilliberalizza l-wholesale (importazzjoni jew produzzjoni) u mhux ir-retail fil-lokalitajiet, Malta ghandha kull dritt taht ir-regoli tal-EU li taghmel dak li dejjem ghamlet li fil- lokalitajiet tizgura li l-ewwel u qabel kollox li kull familja u kull lokalita hi moqdija. Kienet il-Liquigas izda li insistiet meta indunat li hi biss dahhlet ghall-privatizazzjoni li jkollha wkoll mid-dritt li tkisser is-sistema ta distribuzzjoni fil-lokalita u l-gvern ghax beza li jitlef ic-cans li jipprivatizza l-gass halla l-ahhar elezzjoni tghaddi u minn wara dahar id-distributuri bezaq dak li kien miftiehem dwar distribuzzjoni fil-lokalitajiet mal-GRTU.
Il-ftehim li hemm mal GRTU huwa kemm kuntratt socjali kif ukoll kuntratt kummercjali. Hu kuntratt socjali ghax hu kuntratt bejn gvern u social partner ewlieni bhal ma hi l-GRTU u jitkellem dwar distribuzzjoni ta` gass fil-komunita. B`dan il-ftehim il-GRTU u d-distributuri individwali ntrabtu li f`kull distrett mghoti b`mod eskluzziv lil kull distributur. Kull distributur irid bla ebda hlas extra jqassam u jwassal sal-bieb cilindri lil kull konsumatur jghix fejn jghix fic-centru tar-rahal jew fl-imbieghed, hu fejn hu u kull distributur irid jaccetta prezz kontrollat tas-servizz tieghu. Il-kuntratt hu wkoll wiehed kummercjali ghaliex jitkellem fuq il-kundizzjonijiet kummercjali ta`kif b`liema hlas trid issir id-distribuzzjoni u hemm rabta kummercjali sakemm id-distributur iwettaq l-obbligi tieghi korretti u l-kumpanija li tissuplixxi, ittih cilindri u servizz bizzejjed biex dawn l-obbligi jkun jista`jwettaqhom, il-kumpanija fornitrici ma` tohrogx hi direttament tikkompeti fil-lokalijiet kontra d-distributuri.
IL-Gvern ta` Lawrence Gonzi dan il-kuntratt socjali llum jidher ghall-GRTU li ma jridx jonorah. Ghall gvern ta` Lawrence Gonzi it-theddid u l-manuvrar ta` Liquigas biex timponi l-monopolji kapitali taghha ma jinkwetahx. It-theddida li l-lokalijiet jigu suggettati ghal kompetizzjoni kummercjali fejn min lest li jhallas jinqeda u min hu batut, m`ghandux mezz ta` transport jew ma jiflahx iqandel cilindri jekk ma jhallasx extra ma jinqediex ma tinkwetahx. Il-fatt li kuntratt socjali gie mormi meta kien ilu jkun onorat b`commitment politiku shih minn kull Prim Ministru mill-1992 sal llum lanqas ma hi inkwetanti.
Il-GRTU ssostni bil-qawwi li kuntratt socjali milhuq wara negozjati twal bejn Gvern u Korp Kostitwit u li qatt ma gie bi ftehim revokat ghandu jkun onorat minn kull Gvern serju. Il-GRTU ssostni wkoll li l-kuntratt kummercjali li kien jorbot lil Enemalta llum jorbot lil Liquigas u li Liquigas bhal socjeta li tippretendi li hi serja ghandha tonora. Fil-fatt id-distributuri huma agenti fil-lokalita ta` Liquigas u jekk trid tehles minnhom jrid ikollha s-serjeta li tinnegozja maghhom mhux b`mod ghal kollox arroganti li f`Malta qatt ma rajna bhalu lanqas biss trid tkellimhom. Il-licenzja li Liquigas tghid li ghandha ma tistax thaddimha b'kompetizzjoni mad-distributuri ghax bil-kuntratt li wirtet min ghand l-Enemalta dik il-licenzja hi subrogati (mghoddija legalment) lid-distributuri. Is-soluzzjoni hi wahda: il-Gvern u Liquigas iridu jirrikonoxxu l-obligazzjonijiet kuntrattwali li ghandhom jieqfu jghaddu in-nies bi zmien u b' irgulija jerfghu r-responsabiltajiet taghhom lejn id-distributuri u lejn il-komunita.
The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.
A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).