SME Chamber

Hadd fil-parlament m’ghandu jivvinta kif johloq incertezza

 Il-President Paul Abela u l-vici President Philip Fenech tal-GRTU attendew u ppartecipaw f'Business Breakfast bit-tema "Is the Political Crises Over?" organizzat mill- Intercontinental u s-Sunday Times.Il-President Paul Abela intervjena u qal li "kullhadd ghandu r-responsabbilta' tieghu.
Taghna hi li ninvestu u nhaddmu n-nies u naqdu dmirna ha tikber l-ekonomija u ahna nsostnu li xoghol il-politiku li jitla' fil-parlament hu li jizgura stabbilita' matul il-legislatura kollha u li jtina strutturi, ligijiet u pjanijiet li fihom l-ekonomija tista tikber ghal gid ta' kulhadd. In-nies tan-negozju jridu klima ta` certezza u nikkundannaw lil dawk li minflok jaghtu din ic-certezza u stabbilita' joholqu incertezza u instabbilita'. Ahna nippretendu li meta nippjanaw biex Elezzjoni issir fi zmiena hadd fil-parlament m'ghandu jivvinta kif johloq incertezza.

Ahna insostnu li l-partiti ghandhom isolvu l-problemi ta' nuqqas ta' qbil bejniethom gol-partiti stess u   mhux ihawwdu lin-nies. Ir-rapporti li ghandna min shabna fi Brussell huma li pajjizna qed ikun irredikolat minhabba l-fatt li meta l-pajjizi l-ohra fl-Unjoni Ewropeja jkollhom problemi kbar li jikkawzawlhom l-instabbilita' ahna f'Malta fejn problemi ekonomici kbar m'ghandniex, xorta qed inbghatu minn incertezza ekonomika kawza ta' ribeljoni ta' membru wiehed parlamentari."

"Ahna nixtiequ li kemm il-Gvern kif ukoll l-oppozizzjoni jaqblu fuq pjan legislattiv sa l-ahhar tal-legislatura u li l-elezzjoni issir fi zmienha fl-2013. Il-Membri Parlamentari m'ghandhomx ikunu inkoragguti, hu min hu fil-Gvern li x'hin ifettilhom jistghu jirrikattaw lill-Gvern elett mill-poplu. In-nies tan-negozju jridu li l-Prim Ministru u il-Kap tal-Oppozizzjoni jaqblu fuq din: Gvern li jitla` bil-maggoranza tal-voti ghandu dritt jiggverna ghall-perjodu kollu tal-legislatura. Hekk isir fl-Amerika u hekk qed jippruvaw jaghmlu l-Inglizi u hekk hu f'hafna pajjizi. Il-kompozizzjoni tal-Kabinett tinbidel u l-ligijiet jistghu jaghddu jew ma jaghddux imma l-istabbilita' ta' Gvern b'maggoranza ta' voti tal-poplu m'ghandiex tkun mhedda."

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).