Il-President Paul Abela u l-vici President Philip Fenech tal-GRTU attendew u ppartecipaw f'Business Breakfast bit-tema "Is the Political Crises Over?" organizzat mill- Intercontinental u s-Sunday Times.Il-President Paul Abela intervjena u qal li "kullhadd ghandu r-responsabbilta' tieghu.
Taghna hi li ninvestu u nhaddmu n-nies u naqdu dmirna ha tikber l-ekonomija u ahna nsostnu li xoghol il-politiku li jitla' fil-parlament hu li jizgura stabbilita' matul il-legislatura kollha u li jtina strutturi, ligijiet u pjanijiet li fihom l-ekonomija tista tikber ghal gid ta' kulhadd. In-nies tan-negozju jridu klima ta` certezza u nikkundannaw lil dawk li minflok jaghtu din ic-certezza u stabbilita' joholqu incertezza u instabbilita'. Ahna nippretendu li meta nippjanaw biex Elezzjoni issir fi zmiena hadd fil-parlament m'ghandu jivvinta kif johloq incertezza.
Ahna insostnu li l-partiti ghandhom isolvu l-problemi ta' nuqqas ta' qbil bejniethom gol-partiti stess u mhux ihawwdu lin-nies. Ir-rapporti li ghandna min shabna fi Brussell huma li pajjizna qed ikun irredikolat minhabba l-fatt li meta l-pajjizi l-ohra fl-Unjoni Ewropeja jkollhom problemi kbar li jikkawzawlhom l-instabbilita' ahna f'Malta fejn problemi ekonomici kbar m'ghandniex, xorta qed inbghatu minn incertezza ekonomika kawza ta' ribeljoni ta' membru wiehed parlamentari."
"Ahna nixtiequ li kemm il-Gvern kif ukoll l-oppozizzjoni jaqblu fuq pjan legislattiv sa l-ahhar tal-legislatura u li l-elezzjoni issir fi zmienha fl-2013. Il-Membri Parlamentari m'ghandhomx ikunu inkoragguti, hu min hu fil-Gvern li x'hin ifettilhom jistghu jirrikattaw lill-Gvern elett mill-poplu. In-nies tan-negozju jridu li l-Prim Ministru u il-Kap tal-Oppozizzjoni jaqblu fuq din: Gvern li jitla` bil-maggoranza tal-voti ghandu dritt jiggverna ghall-perjodu kollu tal-legislatura. Hekk isir fl-Amerika u hekk qed jippruvaw jaghmlu l-Inglizi u hekk hu f'hafna pajjizi. Il-kompozizzjoni tal-Kabinett tinbidel u l-ligijiet jistghu jaghddu jew ma jaghddux imma l-istabbilita' ta' Gvern b'maggoranza ta' voti tal-poplu m'ghandiex tkun mhedda."