Fl-ittra mibghuta lill-Kunsill ta' M'Xlokk din l-Gimgha, il-GRTU, fakkret fid-diversi laqghat li saru dawn l-ahhar snin bejn l-Kunsill u l-GRTU sabiex jintlahaq l-ahjar arrangament bejn dawk kollha involuti fosthom: l-bejjiegha tal-monti, s-sajjieda, s-sidien tar-restoranti kif ukoll ir-residenti. Ma kienx facli tikkonvinci lil kulhadd, izda flimkien hdimna sabiex dawn jaghtu s-sehem taghhom biex l-progett ta' tisbieh tal-promenade gewwa M'Xlokk jsir b'mod strutturat u minghajr l-ebda nkonvinjent.
Illum, grazzi ghal dawk kollha nvoluti qeghdin ngawdu dak li hdimna ghalih. Ovja l-problemi ma jonqsux, izda l-GRTU tibqa' l-medjatur sabiex ghan-nom tal-membri taghha flimkien mall-Kunsill jinstab kunsens sabiex titnaqqas kull forma ta' burokrazija.
Il-Monti tal-Hadd kompla jopera kif kien. Kull ma gie organizzat biss kien t-traffic management.
Il-GRTU qed titlob lill-Kunsill illi minnufieh u minghajr aktar dewmien, tinstab alternattiva ohra ghall-Monti li jarma kuljum. Kif qieghed jarma llum, il-Monti qieghed ikun ta' detriment ghas-sidien tar-restoranti li qed jispiccaw bil-monti quddiemhom mit-Tnejn sal-Hadd, il-gurnata kollha sa ma jidlam. Dan qieghed johloq ukoll inkonvenjent sostanzjali ghal kull min izur M'Xlokk dovut ghat-traffiku u n-nuqqas ta' parkegg. Din is-sitwazzjoni qeghda tmur sahansitra kontra l-policies vigenti tal-MEPA peress li tikkostitwixxi bad neighbourliness.
L-GRTU qeghda titlob sabiex tittiehed decizjoni finali mill-aktar fis sabiex jigi identifikat l-ahjar post sabiex jopera l-Monti ta' kuljum bejn dawn iz-zewg proposti:
– quddiem l-ghajn tal-hasselin; jew
– fil-maghluq
Fil-fehma tal-GRTU din m'ghandiex tkun problema sabiex l-Kunsill jiddeciedi liema hi l-ahjar proposta, peress li z-zewg proposti gja gew esperjenzati waqt il-process ta' xoghlijiet fuq l-promenade mill-istess bejjiegha.
Il-GRTU rringrazjat lill-Kunsill ghal kooperazzjoni shiha, u talbitu jaghmel ghazla li tkun prattika, ekkwa u gusta fl-iqsar zmien possibbli.