It-Transport Malta organizzat seminar l-Hamis 15 ta' April 2010 dwar l-Avviz Legali 29/2010 li jinkorpora fih diversi mizuri godda li ser jidhlu fis-sehh fix-xhur li gejjien. Waqt is-seminar inghataw struzzjonijiet u parametri ta' kif ghandhom isiru l-interventi fit-toroq skond l-Avviz Legali ppubblikat. Ghal dan is-Seminar gew mistiedna Kunsilli Lokali, operaturi, u entitajiet involuti b'mod dirett f'xoghlijiet fit-toroq.
Giet diskussa fid-dettal r-Riforma u Proceduri ghal titjib fl-operat kollu fejn gie enfasizzat li l-interventi fit-toroq isiru bil-ghaqal, ikunu efficjenti u ta' kwalita' gholja bl-inqas inkonvinjent possibli. Issir koordinazzjoni, kooperazzjoni u komunikazzjoni ahjar bejn l-Roads Infrastructure Directorate (RID) u l-entitajiet li jipprovdu servizzi jew ohrajn. Ix-xoghol li jsir irid ikun effettiv u ta' valur ghall-flus u li jkunu mharsa r-regolamenti ghas-sahha u sigurta' fuq il-post tax-xoghol.
Gie mfassal pjan ta' xoghlijiet li jkopri l-interventi ta' l-Enemalta, Water Services Corporation (WSC) u l-RID. Saret riorganizazzjoni tas-sistema li tamministra l-permessi. Qed tigi zviluppata sistema gdida li se timbidel kompletament is-sistema ta' l-IT prezenti li tipprocessa l-applikazzjonijiet tal-permessi. Gew introdotti mizuri ta' kontroll u supervizjoni f'dak li jirrigwardja l-kwalita' minn kull aspett ta kull intervent li jsir fin-network tat-toroq. Dahal fis-sehh A.L. li jirregola s-settur u l-operat kollu. Gew ifformulati linji ta' gwida u handbook rigward l-imaniggjar tat-traffiku. Imbdew proceduri ta' awditjar kemm fuq is-sahha u s-sigurta' kif ukoll fuq l-kwalita tax-xoghlijiet ladarba jitlestew.
Qed jigi mplimentat pjan koordinat tax-xoghlijiet li jsir bejn l-Enemalta, l-WSC u RID. Interventi komuni bejn diversi entitajiet qed jigu koordinati u ppjanati qabel sabiex l-intervent fit-toroq isir darba u b'hekk jigi mnaqqas l-inkonvinjent. Qed isiru laqghat mal-partijiet koncernati waqt it-tfassil tal-progett. Aktar kooperazzjoni bejn entita' li tkun ser taghmel ix-xoghlijiet, il-kuntrattur u entitajiet ohra bhal Kunsilli Lokali, entitajiet kummercjali u ohrajn.
Ri-organizazzjoni tal-process tal-permessi fejn kull applikazzjoni qed tkun evalwata qabel tigi mdahhla fis-sistema sabiex ikun zgurat li l-informazzjoni hija korretta u tissodisfa l-kriterji kollha. Ser tigi introdotta sistema gdida ta' l-IT fejn l-ghan ewlieni ta' din is-sistema hu li; tkun accessibli aktar peress li tkun web based, jiddahhlu sistema godda sabiex il-process jithaffef aktar u jsir aktar efficjenti, kontra s-sistema ta' llum li hi limitata ghal numru ta' users biss, il-pubbliku se jkollu access dirett ghall-informazzjoni. Qabel ma tigi ntrodotta s-sistema ser isiru workshops sabiex ikunu spjegati l-passi kollha u kif ser tithaddem din is-sistema.
B'mod regolari jsiru spezzjonijiet fuq kull intervent approvat sabiex; jigi assigurat li l-intervent qed ikun implimentat skont il-kundizzjonijiet tal-permess, ikun assigurat li l-pjan ghall-imaniggjar tat-traffiku ikun esegwit fuq is-sit tax-xoghlijiet, ikun zgurat li fuq is-sit ittiehdu l-mizuri kollha necessarji fir-rigward tas-sahha u s-sigurta'. Fil-gimghat li gejjin l-ispezzjonijiet se jkunu akkumpanjati minn mizuri ta' infurzar skont l-A.L. 29/2010.
It-Transport Malta qeghda tniedi dokument intiz li jaghti linji gwida sabiex ikun spjegat l-imaniggjar tat-traffiku skont l-intervent u skont is-sit tax-xoghlijiet b'referenza ghat-triq. Jindika b'mod dettaljat l-apparat li ghandu jintuza sabiex wiehed jahdem fit-triq. Juri id-dettalji kollha li kull operatur irid jevalwa qabel ma jkun ser jesegwixxi xi intervent. Ser jitqassmu zewg dokumenti; wiehed jelenka l-linji ta' gwida b'mod dettaljat, u l-iehor ser juri b'mod grafiku d-diversi sistemi ta' mizuri ghall-kontroll tat-traffiku flimkien ma' xi ezempji.
Is-Seminar infetah u tmexxa minn Jonathan Vella, Chairman Advisory Committee Roads. Kelliema ewlenin kienu Stanley Portelli, Kap Ezekuttiv, Charles D'Alfonso, Manager, Dr Ivan Gatt, Konsulent Legali, Ernest Tonna , Chief Officer – Transport Malta