Green MT, l-Iskema Nazzjonali Awtorizzata' ghall-Gbir ta' Skart tal-ippakeggjar flimkien mal-Kunsill Lokali tas-Siggiewi ser iniedu inizjattiva' biex jingabar izjed hgieg mir-residenzi gewwa is-Siggiewi. Din il-gimgha l-iskema Green MT ghaddiet 2,000 kontenitur tal-plastik biex jinghataw lill-residenti fis-Siggiewi li huma interessati li jippartecipaw f'din l-inizjattiva'.
L-Iskema diga' qassmet il-fuq minn elf kontenitur permezz tal-Eco Councillors ghal din il-gabra li ser tibda isehh darba fil-gimgha kull nhar ta' Tnejn, u ser tibda fid-9.30 ta' filghodu. Din l-inizjattiva' ser isehh ukoll fi zmien qasir gewwa l-Ghasri fil-gzira ta' Ghawdex. Diversi Kunsilli Lokali Maltin u Ghawdxin diga' urew interess kbir f'din l-inizjattiva' u sa l-ahhar ta' mejju hu ppjanat li sebgha Kunsilli ohra ser ikunu qedghin jaghmlu parti minn din l-inizjattiva'.
L-Iskema Green MT hija l-ikbar Skema tal-ippakeggjar fil-pajjiz. Bizzejjed wiehed jghid li s-sena li ghaddiet minn ammont ta' 17,000 tunnellata ta' skart riciklabbli li wasal fil-facilita' tal-Wasteserv gewwa Sant'Antnin, kwazi 14,000 tunnellata waslu permezz ta' gbir mill-iskema Green MT. Is-sena li ghaddiet Green MT gabret il-fuq minn 2,800 tunnellata ta' hgieg mill-Bring In Sites u minn stabilimenti kummercjali f'Malta u Ghawdex.
L-Iskema temmen li ghad fadal hafna hgieg li jitpogga fis-suq li finalment jispicca gewwa l-‘engineered landfill' permezz tal-gbir mill-borza imhallta jew hekk imsejha l-borza s-sewda, u ghalhekk qed tiehu din l-inizjattiva' f'diversi lokalitajiet biex il-hgieg ikun jista' jingabar u jigi rriciklat.
Mill-Kunsill Lokali tas-Siggiewi, l-iskema Green MT gabret 277,000 -il kilo ta' skart riciklabbli fis-sena 2011, li jfisser gbir kull gimgha ta' 5328 kilo, jew 34 kilo ras ghal ras f'sena. Dan huwa rizultat inkoragganti izda l-iskema qed timmira li tilhaq gbir ta' 45 kilo ras ghal ras fis-sena 2012 minn din il-lokalita'.
Fis-Siggiewi , Green MT fil-gimghat li ghaddew ghamlet viziti bieb bieb permezz tal-Eco Councillors biex jippromovu din l-inizjattiva'. Green MT tirringrazzja lill-Kunsill Lokali tas-Siggiewi ghal inizjattivi li jkompli juri favur ambjent isbah u inqas skart fil-lokalita'.