| 
 
			 
			Dispjacir  
			Fil-konferenza tal-MIC ta’ nhar il-Hamis 30 ta’ 
			Jannar fin-New Dolmen jien esprimejt id-dispjacir tieghi u ta’ eluf kbar ta’ 
			Maltin li l-mexxejja politici taghhom ma kellhomx il-hila jwassluna 
			ghall-ftehim. Mhux dwar il-kwistjoni ta’ l-Unjoni Ewropea, din it-tama ilha li 
			ntilfet, izda dwar ir-Referendum u dwar l-Elezzjoni. Jien nemmen li ftehim kien 
			possibli. Jien ghedt li ma nistax nifhem kif hadd mill- kbar nett ta’ dan 
			il-pajjiz ma ndahal biex wassal liz-zewg mexxejja ghal ftehim meta dan kien 
			possibli. U ghadni nsostni li ghadu possibbli anke jekk issa beda 
			l-count-down 
			Meta wiehed jifli sewwa l-ittra tal-Prim Ministru u 
			r-risposta tal-Kap tal-Oppozizzjoni jsib xrar li fuqu seta’ jinbena ftehim. 
			Negozjati seta’ kien hemm. Ahna li ghandna esperjenza ta’ negozjati, ta’ 
			konciljazzjoni u ta’ arbitraggi, nafu li f’kull sitwazzjoni fejn m’hemmx 
			eskluzjoni assoluta u rigidata akkost ta’ kollox, nafu li il-ftehim ikun 
			possibli. Basta jkun hemm rieda tajba u jkun hemm l-intervent ta’ min ghalih 
			il-ftehim hu l-ewwel u qabel kollox. 
			Jien ghedt li f’Malta fil-passat 
			rajna cirkostanzi iebsin ferm fejn b’hila kbira wasalna ghal ftehim u ohrajn, 
			fejn, ghax l-intervent b’sahhtu ma kienx hemm bqajna ma wasalniex. Meta ftehemna 
			kien il-poplu Malti u l-pajjiz li gawda, u l-istorja tbierek lil min ftiehem u 
			lil min wassal ghal ftehim. Meta ma ftehmniex kien il-poplu u l-pajjiz li hallas 
			il-prezz. 
			L-Indipendenza  
			Fil-konferenza tad-Dolmen fakkart x’kien 
			gara fl-1964, meta Malta waslet ghall-Indipendenza taghha wara sekli ta’ hakma 
			barranija. Dakinhar iz-zewg partiti ewlenin tal-pajjiz, il-Partit Nazzjonalista 
			u l-Partit Laburista kienu t-tnejn favur l-Indipendenza. Il-Partit Laburista 
			kien militanti f’Malta u barra minn Malta bil-bosta aktar mill-Partit 
			Nazzjonalista mhux kif isostnu dawk li l-istorja ta’ Malta b’konvenjenza 
			jinsewha. Il-Partit Nazzjonalista kien ilu ghomor isostni l-Indipendenza. Fejn 
			iz-zewg Partiti ma qablux u spiccajna b’Referendum kien dwar il-forma 
			tal-Kostituzzjoni ta’ Indipendenza. Il-Partit Nazzjonalista ried Kostituzzjoni 
			bi Gvernatur Generali bhal Kap ta’ Stat li jirraprezenta lir-Regina ta’ 
			l-Ingilterra li effettivament kienet ser tkun il-Monarka ta’ Malta u ma kienx 
			ried li jiddahhlu klawsoli fil-Kostituzzjoni li jinkorporaw sitt drittijiet li 
			il-Partit Laburista emmen li kienu fundamentali biex Malta tkun verament 
			demokratika u hielsa. Il-Partit Laburista ried ukoll Kostituzzjoni Repubblikana 
			bi President maghzul mill-Maltin bhala Kap ta’ Stat.  
			Meta illum inharsu 
			lura nghidu: ara fuq x’hiex argumentaw il-mexxejja politici ewlenin ta’ pajjiz? 
			Il-famuzi sitt punti illum huma elementi basici li zgur illum kienet tesigi 
			fuqhom l-Unjoni Ewropea kieku ghaxar snin wara ma dahhlux fil-Kostituzzjoni. 
			Izda Malta dakinhar tilfet ghaxar snin u ghaddiet minn storja tal-biki, ta’ 
			inkwiet, kundanni u incertezzi. Ir-rizultat tad-danni ekonomici li dik il-firda 
			kiefra f’pajjizna kienet gabet kien li eluf ta’ familji Maltin emigraw. 
			Iddahhlet mibeghda bejn il-Maltin li min ghixa biss jaf x’sarrfet. Pajjizna 
			tilef snin shah li fihom seta’ sar hafna u hafna gid. Hsara li waqghet fuq 
			pajjizna ghax ma kien hawn hadd kapaci li lil tnejn min nies ta’ hila u genwini 
			kif kienu Dom Mintoff u George Borg Olivier iwassalhom biex f’gieh pajjizna 
			jiftehmu. Ftehim li zgur kien ikun ta’ fejda ghall-poplu Malti li dakinhar kien 
			ghadu qed jistenbah mill-qirda tal-gwerra Mondjali li farkitna. Kien qed johrog 
			minn snin shah ta’ krizi Kostituzzjonali u kien, flimkien mal-kumplament tal- 
			ex-kolonji Inglizi, Francizi, Olandizi, Spanjoli, Portugizi u Belgjani, qed 
			iwarrab il-kolonjalizmu u jersaq lejn il-helsien. Bla ftehim izda tlifna u 
			xellifna ghal dejjem il-ferh tal-Indipendenza. 
			Republika  
			Mhux hekk 
			izda gara fl-1974. Malta fl-1971 bidlet il-gvern u tat mandat lil Partit 
			Laburista li jibdel il-Kostituzzjoni f’wahda Repubblikana u jdahhal bidliet li 
			ma dahhlux fil-Kostituzzjoni Monarkika tal-1964. Ghal tlett snin shah ma kienx 
			hemm ftehim. Ghal darb’ohra l-poplu fi zmien li kien difficli hafna minhabba 
			is-sitwazzjoni ekonomika imweghra ta’ pajjizna fejn il-gvern kellu diffikulta 
			sahansitra biex ihallas il-pagi u salarji tal-impjegati tal-gvern, kellu jghaddi 
			minn taqtiegh il-qalb jistenna li l-mexxejja tieghu jifthemu. Din id-darba, 
			izda, ftehim intlahaq. Kien ta’ sodisfazzjon ghal maggoranza assoluta tal-Maltin 
			meta bi ftehim bejn iz-zewg Partiti il-Kostituzzjoni Repubblikana ta’ Malta 
			ghaddiet b’maggoranza ta’ aktar minn zewg terzi biex fl-ahhar pajjizna kellu 
			Kostituzzjoni miftehma. Pajjizna kien immatura. 
			In-Newtralita 
			F’Malta 
			izda qiesna li l-krizijiet infaqqsuhom u hu destin kiefer ta’ dan il-poplu li 
			dejjem maqsum fuq affarijiet mill-aktar serji. Hekk gara wara l-Elezzjoni 
			tal-1981 meta l-Partit Laburista b’maggoranza ta’ siggijiet fil-Parlament, izda 
			bla maggoranza ta’ voti fil-pajjiz iddecieda skond il-Kostituzzjoni li 
			jiggverna. Inqalghet krizi serja meta id-Deputati tal-Partit Nazzjonalista 
			irrifjutaw li jidhlu fil-Parlament. Malta baghtiet. Min ma jifhimx fl-ekonomija 
			u kif jahdem pajjiz ma jafx xi hsara issir. Meta pajjiz jaqa’ f’inkwiet ikun 
			hemm incertezza kbira u l-investitur ma jarax hlief cpar iswed. Meta Malta 
			tbati, l-aktar li jbatu huma dawk li jispiccaw bla xoghol, negozji zghar li 
			jiddependu min haddiehor u negozji bhal hotels u esportaturi u l-impjegati 
			taghhom. Hekk kif Malta tidbengel l-industriji u l-lukandi u maghhom kull min 
			iservihom bin-negozju taghhom jitilfu l-ordnijiet u b’hekk jinqalaghlhom 
			problemi mal-banek u jaqghu lura fl-impjiegi u fil-hlasijiet hekk kif 
			l-ordnijiet jonqsu. F’ekonomija tas-suq hieles u ekonomija bhal taghna li trid 
			minn negozji f’pajjizi li malajr jitfantzu hekk kif jisimghu bi stejjer 
			anti-demokratici u ta’ inkwiet intern, il-ftehim jiswa’ mitqlu deheb. In-nuqqas 
			ta’ ftehim u nuqqas ta’ direzzjoni cara jgib ncertezzi li minnu jbatu hafna 
			nies, l-aktar haddiema li ma jkunu jahtu xejn. Din f’Malta qisna kattivi wisq 
			biex nifhmuha. 
			Fl-aqwa ta’ din il-krizi izda Malta kellha Presidenti 
			tar-Repubblika li gharfu il-mument storiku, hatfu l-opportunita’ u b’hila waslu 
			lil mexxejja politici Maltin ghal ftehim. Ftehim storiku. Ftehim ta’ gieh. Kemm 
			Agatha Barbara kif ukoll Ugo Mifsud Bonnici hadmu u tal-ahhar wassal ghal 
			ftehim. Ftehim li salva lil pajjizna minn hafna ghawg u wassal biex fi ftit snin 
			pajjizna rega’ qabad il-pass ta’ tkattir tal-gid u tal-progress li tant 
			jixraqlu. 
			Il-ftehim wassal biex ghal darb’ohra inbidlet il-Kostituzzjoni 
			b’maggoranza ta’ aktar minn zewg terzi. Issa Malta bdiet tgawdi Stat ta’ 
			Newtralita’, stabbiliet bil-Kostituzzjoni wkoll l-assigurazzjoni li qatt aktar 
			ma jigri li Partit Politiku b’manipulazzjoni tad-distretti jew b’mod iehor ma 
			jgibx maggoranza ta’ voti u jibqa bla maggoranza ta’ siggijiet fil-Parlament. 
			Rebhet id-demokrazija. Rebhet Malta. 
			Unjoni Ewropea 
			Issa gejna ghal 
			zmienna. Il-gvern igawdi maggoranza fil-Parlament ta’ hames siggijiet u l-Partit 
			Nazzjonalista intrabat b’mandat li jinnegozzja biex idahhal lil Malta fl-Unjoni 
			Ewropea u fl-ahhar tan-negozjati jaghmel Referendum dwar l-ghazla ta’ shubija 
			fl-Unjoni Ewropea. Il-Partit Laburista fl-Oppozizzjoni jsostni li Referendum ma 
			jsolvi xejn ghaliex Malta tidhol biss f’Mejju 2004 u sa dakinhar bil-fors li 
			trid issir Elezzjoni. 
			Id-diffikulta ghalhekk qamet dwar x’effett ghandu 
			r-Referendum meta l-Elezzjoni tista' taghti rizultat bil-maqlub ta’ dak li 
			jaghti Referendum. Il-poplu sema’ l-argumenti u stenna x’ser jigri. Saru l-ewwel 
			mossi: ittra tal-Prim Ministru u risposta tal-Kap tal-Opposizzjoni u daqshekk. 
			Kull min hu serju staghgeb. Possibbli staqsejt jien fil-Konferenza tad-Dolmen 
			il-kbarat ta’ dan il-pajjiz ma fehmux il-hsara ta’ rizultat mhux accettat u 
			tat-tigdid tal-perjodu ta’ incertezza li diga qed jifni lil pajjizna? Iva 
			possibli min jikkmanda u min imexxi ma jarax li eluf ta’ nies fin-negozji u nies 
			fl-impjiegi diga qed ibatu. Ma jafux li diga ghandna 12,000 ruh jixtiequ jahdmu 
			u xoghol m’ghandhomx u xi nghidu ghall-krizi ta’ cash flow u ta’ nuqqas ta’ 
			ordnijiet f’kull settur? Perjodu ta’ aktar incertezzi u inkwiet ikattar in-numru 
			ta’ nies li qed ibatu.  
			Staqsejt din id-darba, ghaliex ma garax l-istess bhal 
			ma gara fil-bidu tat-tmenijiet, ghaliex il-President ta’ Malta, bniedem kapaci 
			fin-negozjati u f’posizzjoni ta’ tant awtorita’ ma wassalx liz-zewg mexxejja 
			biex talanqas jidhru li qed jippruvaw jiftehmu? Jien m’ghandiex dubju li kieku 
			l-attentat sar u sar b’determinazzjoni li l-ftehim kien jintlahaq.  
			Il-Poplu 
			Malti ftehim ried. Bla ftehim ikun x’ikun ir-rizultat tat-8 ta’ Marzu, l-inkwiet 
			ikompli. Il-Poplu izda jibqa’ jittama fi ftehim ghax ma jiflahx aktar inkwiet u 
			firda u jibza mit-tkattir tal-incertezza.  
			Ftehim biss igib 
			d-direzzjoni. 
			
			 
 |