Il-messagg li l- GRTU ghaddiet lil Prim Ministru l-Onor Dr Lawrence Gonzi fl-okkazjoni ta’ Jum il-Haddiem 2006 jikkoncentra fuq il-htiega li jkunu salvagwardjati l-impjiegi fl-intraprizi u negozji fil-komunita’ imferxa mal-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Ghawdex.
Il-GRTU bhala Kamra Maltija tan-Negozji Zghar u Medji hi l-organizazzjoni nazzjonali li tirraprezenta n-negozji fl-irhula u fl-ibliet Maltin u Ghawdxin u tqies li filwaqt li l-gvern u l-awtoritajiet permezz tal-ligijiet u l-iskemi taghhom jaghtu importanza kbira lil intraprizi kbar li jhaddmu hafna nies u lil impjegati fis-settur pubbliku, aktar iva, milli le, jinjoraw l-eluf ta’ haddiema li l-post tax-xoghol taghhom hu fl-irhula jew fil-bliet taghna u fejn l-impjieg hu offrut minn intraprizi u negozji zghar.
Fejn il-postijiet tax-xoghol fl-oqsma industrijali u kummercjali fil-lokalitajiet qed ikunu meghjuna r-rizultat qed jidher u ta’ dan il-GRTU hi rikonoxxenti ghall-hidma kontinwa, b’koperazzjoni mal-GRTU, tas-Segretarju Parlamentari ghan-Negozji z-Zghar l-Onor Edwin Vassallo. Izda l-bicca l-kbira tal-lokalitajiet ghadhom ma jgawdu xejn minn dawn l-inizjattivi u hu ghalhekk li din is-sena l-GRTU qed tenfasizza b’mod partikolari x-xoghol fil-lokalitajiet.
Is-sidien tan-negozji fl-ibliet u l-irhula jridu jkunu meghjuna b’mod effettiv ghax hafna qed jaghlqu jew inaqqsu l-impjieg ghax ihossuhom abbandunati mill-awtoritajiet pubblici.
Il-GRTU fl-okkazjoni ta’ Jum il-Haddiem tappella lil Gvern u lil Kunsilli Lokali u ghaqdiet ohra biex flimkien ifasslu pjan ta’ azzjoni bil-ghan li l-intraprizi u n-negozji fil-komunita insahhuhom ghax dawn mhux biss huma fond ta’ impjieg ghall-eluf ta’ haddiema, izda huma wkoll sisien ta’ komunita’ lokali b’sahhitha u agevolata. Dan jista’ jsehh jekk il-Gvern bis-serjeta’ jaccetta li n-negozji fil-komunita’ huma importanti wkoll.