Il-GRTU dil gimgha kitbet lil Onorevoli Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech dwar kwistjoni li qamet waqt laqgha li l-GRTU organizzat il-gimgha li ghaddiet ghan nisa fin-negozzju fil-prezenza tal-Onorevoli Jason Azzopardi nkarigat mill-SMEs. Waqt il-laqgha fost l-issues diskussi qamet diskussjoni nteressanti u li wiehed ghandu jiehu nota taghha dan ghaliex taghmel sens u ma tikreja l-ebda konflit bejn negozzji ohra.
Hafna min dawk prezenti talbu l-intervent tal-GRTU sabiex dawk il-festi li ser jaqghu jew vicin weekend jew parti min weekend u fejn is-sidien jixtiequ jifthu n-negozzju taghhom, ma jigux mgeghla jhallsu 700 ewro sabiex jghamlu dan.
Il-GRTU taghmilha cara li din l-kwistjoni m'ghandhix x'taqsam ma Sunday Trading izda hija issue li dawn il-festi gejjien f'perjodu amalgamat ma' festi u n-negozzji jixtiequ li f'dawn il-granet joperaw normali bhal granet ohra minghajr ma jidhlu fl-ebda spejjez. Ir-raguni principali hija li l-Gimgha u Sibt huma l-aktar zewg granet importanti ghan negozzji z-zghar fi zminijiet ta' sfidi ekonomici kemm f'Malta kif ukoll fl-Ewropa kollha.
Il-granet li qeghdin nitolbu li jigu mahfura huma;
l-Gimgha 10 ta' Frar
Is-Sibt 31 ta' Marzu
Il-Hamis 7 ta' Gunju
Il-Gimgha 29 ta' Gunju
Is-Sibt 8 ta' Settembru
Il-Gimgha 21 ta' Settembru
Filwaqt li l-GRTU irringrazjat lill-Onorevoli Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech tas-support kontinwu tieghu, talbitu biex jikkonsidra t-talba taghna.