SME Chamber

Fażi ġdida fil-proġett ta triq’ il-Kosta

Xogħlijiet sensittivi f’Kennedy Drive jitlestew qabel mistenni
Ix-xogħlijiet f’Kennedy Drive biex tinbidel is-sistema tad-drenaġġ bħala parti mill-proġett ta’ Triq il-Kosta, u li minħabba fihom it-triq kienet se tingħalaq kompletament għat-traffiku għal perjodu ta’ ġimgħa, tlestew qabel mistenni. Ix-xogħol kien jinvolvi t-tħaffir ta’ trinka biex jgħaddu mejnijiet kbar tad-drenaġġ f’fond ta’ kważi żewġ metri ‘l isfel mill-wiċċ tat-triq. Biex il-mejnijiet ikunu jistgħu jingħaqdu mal-bqija tas-sistema, u allura jaqsmu ż-żewġ karreġġjati, kien hemm il-ħtieġa li t-triq tingħalaq kompletament.
Il-ħaddiema tal-kuntratturi mqabbdin minn Transport Malta baqgħu għaddejjin bix-xogħol lejl u nhar sabiex ilestu kemm jista’ jkun malajr ħalli jitnaqqas l-inkonvenjent lill-pubbliku.  Issa li x-xogħol jinsab lest, it-triq tinsab miftuħa mill-ġdid għat-traffiku.
Intant, l-aħħar partijiet mill-karreġġjati li kienu qed jiġu iffurmati matul dawn l-aħħar xhur, tlestew sal-ewwel saff ta’ asfalt u bdew jintużaw biex jgħaddi t-traffiku minnhom.
 
Fin-naħa ta’ ħdejn is-Salini, li hija l-aktar parti dejqa tal-proġett kollu, it-twessiegħ tat-triq qed isir bi proċess aktar kawt minħabba sejba ta’ diversi fdalijiet arkeoloġiċi li qed jiġu ssorveljati regolarment mis-Sovrintendenza Patrimonju Kulturali.
Għaldaqstant, għat-tliet xhur li ġejjin, it-traffiku li ġej minn Pembroke għal San Pawl il-Baħar xorta jrid jibqa’ jgħaddi min-naħa tal-Magħtab u jgħaddi mit-Telgħa t’Alla u Ommu. 
 
Il-GRTU filwaqt li tirringrazzja lill-Onorevoli Mizzi, l-Pulizija, l-Kuntrattur, l-awtoritajiet u lil kull min ta’ s-sehem tieghu sabiex x-xoghol jitlesta qabel l-hin, tinforma lill- membri taghha dawk specjalment li jaghtu s-servizzi u xoghlijiet ohra u gejjien min naha ta’ Pembroke ghal San Pawl li ghat-tlett xhur li gejjien jghaddu min naha tal-Maghtab ghat-Telgha t’Alla u Ommu.   
Il-GRTU tiehu l-opportunita’ sabiex tirringrazzja lil Ministru ghat-Trasport ghall-opportunita’ li jtiena sabiex nippartecipaw ghal laqghat fejn jidhol Traffic Management.
 

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).