Estensjoni ghall-Applikazzjonijiet biex jinhafru l-multi ta' dawk li jixtiequ jirregolarizzaw ruhom mad-dipartiment tal-VAT, skema kif imhabbra fl-ahhar "Budget" – Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment l-Onorevoli Tonio Fenech, illum laqa' it-talba tal-GRTU biex id-data tal-gheluq ghal sottomissjonijiet tar-"returns" tal-VAT ta' dawk li waqghu lura biex ikuu jistghu jibbenefikaw mill-iskema tat-tnaqqis fil-multi kif imhabbar fid-diskors tal-Budget, tkun estiza sa l-ahhar tas-sena.
Il-GRTU,bhala l-organizzazjoni ewlenija f'Malta li taf sew kif ihabbat il-polz tan-negozjant, insistiet ma' dawk milquta sabiex iwasslu l-applikazzjonijiet taghhom mad-data tal-gheluq imhabbra fid-diskors tal-Budget ta' din is-sena. Gara pero li hafna accountants ma irnexxilhomx jaghmlu dan minhabba il-hafna impenji li fl-ahhar xahar tas-sena s-soltu ikollhom sabiex ilahhqu jwasslu l-applikazzjonijiet kollha skond id-data tal-gheluq. Din l-estensjoni ser taghmilha possibbli biex hafna iktar negozji jottemporaw ruhom u jirregolarizzaw ruhom mad-dipartiment tal-VAT minghajr "stress" zejjed fi zmien tas-sena tant important u impenjattiv ghal hafna negozji zaghar. Il-GRTU tirringrazzja lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment l-Onorevoli Tonio Fenech, kif ukoll is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, talli taw widen ghat-talba tal-GRTU u ghal-ko-operazzjoni shiha taghhom mal-GRTU.