
Il-Bord
tad-Diretturi tal-ETC f'Ghawdex u l-Estensjoni tal-Iskema Employment Aid
Programme (EAP) ghall-Imprizi f'Ghawdex – € 1.9 miljun ohra f'fondi tal-UE ghal Ghawdex – Ic-Cermen tal-ETC, Alfred
Grixti, beda biex ghamel analizi dettaljata tal-fondi tal-Unjoni Ewropea li
bbenefika minnhom sa issa Ghawdex fil-qasam tax-xoghol.
Is-Sur Grixti qal li
waqt li taht l-iskema Employment Aid Programme (EAP) intefqu € 13.65 miljun bejn
Malta u Ghawdex, Ghawdex wahdu ha € 3.1 miljun li jammontaw ghal 23% tal-fondi
kollha. Huwa f'dan il-kuntest li l-Managing Authority se talloka € 1.9 miljun
ohra biex din l-iskema tkun estiza ghas-sena 2014 ghall-gzira Ghawdxija biss.
Dan il-fond gdid ghal Ghawdex ser iservi ta' progett pilota
fis-simplifikazzjoni tat-thaddim tal-processi fir-rifuzjoni tal-fondi
lill-beneficjarji.
fl-Arka Respite Centre
f'Ghajnsielem saret ukoll laqgha ta' informazzjoni u t-tnedija tal-Estensjoni
tal-Iskema Employment Aid Programme (EAP) ghall-Imprendituri Ghawdxin u Imprizi
f'Ghawdex. Ghal din il-laqgha gew mistiedna l-Imprendituri Ghawdxin. Il-GRTU,
minn naha taghha infurmat lill-membri kollha taghha sabiex jattendu din
il-laqgha ta informazzjoni.
Il-Korporazzjoni tax-Xoghol u
Tahrig (ETC), f'din il-laqgha infurmat li ser testendi l-Iskema imsejha:
"Employment Aid Programme" biex tghin u tincentiva lil dawk l-Imprendituri
kollha li jkunu jridu jhaddmu impjegati godda maghhom fil-gzira Ghawdxija. Din
l-estensjoni ser tkun indirizzata u mmirata specifikament u esklussivament
ghall-Imprendituri Ghawdxin u Imprizi fil-Gzira Ghawdxija biss u hija
ko-finanzjata mill-Fond Socjali Ewropew (ESF).
Waqt il-Laqgha gie spjegat kif ser tahdem din l-iskema.
Meta tohrog din l-iskema, li
hija skedata li ser tohrog fil-futur qarib, il-GRTU ser tinforma formalment
il-Membri taghha kollha.
Investiment
gdid u air link f'Ghawdex
Inghataw dettalji dwar numru
ta' inizjattivi prattici li ser iwasslu ghal zieda t'impjiegi gewwa l-gzira
Ghawdxija, kemm minhabba inizjattivi w kordinazzjoni ta' l-istess ETC u kif
ukoll minhabba sinergija diretta mas-settur privat. Apparti l-fatt li l ETC ghaddejja mir
ristrutturar necessarju sabiex ittejjeb is-servizzi taghha u talloka xoghol
amministrattiv taghha fil gzira Ghawdxija, l-ETC hija wkoll involuta b'mod
dirett f'tahdidiet ma' investituri Maltin u barranin, li qieghdin fi stadi
varji tínvestiment gewwa Ghawdex. Fost
dawn l-investituri hemm kumpanija diga stabbilita f'Malta li tispecjalizza
fis-settur ta'l-informatika li, permezz tal-investiment taghha f'Ghawdex,
fil-futur qarib ser tkun qed tohloq ‘l fuq minn mitt impjieg gdid gewwa
Ghawdex. Is-Sur Grixti informa lill-Bord
ukoll illi ghadhom kemm bdew tahdidiet ma' kumpanija barranija li hija nteressata
ferm li toffri servizz ta' transport bl-ajru bejn Ghawdex u Malta, u Ghawdex u
Sqallija. Dawn l-inizjattivi ifissru
holqien dirett ta' impjiegi godda fil-gzira Ghawdxija.