Il-GRTU – Malta Chamber of Small and Medium Enterprises – tixtieq ticcara li nhar il-Gimgha l-Ufficcju tal-GRTU kien infurmat li kien ser jintlahaq ftehim biex wara l-16.00hrs jibda jitqassam il-petrol u diesel lill-Petrol Stations u li ghalhekk l-GRTU offriet li titlob lill-Petrol Stations jibqghu miftuha sa ma taslilhom id-distribuzzjoni tal-fuel.

Dan il-GRTU ghamlitu biex tonqos l-pressjoni qawwija li kien hemm fuq il-Petrol Stations u biex l-pubbliku jkun jista jinqeda ahjar matul l-weekend.
Fl-ebda hin il-GRTU ma tat direttivi lil xi sezzjoni tal-membri li jaghmlu xi xoghol li mhux normalment jsir minnhom jew jaccettaw distribuzzjoni mhux mid-distributur normali li jfornihom.
Id-distributur privat kuntrattur tal-Enemalta hu membru tal-GRTU u huwa ma hadimx waqt l-azzjoni tal-haddiema tal-Enemalta ghax il-haddiema tieghu ma riedux jahdmu. Il-GRTU illum infurmat lil Enemalta li ma kinietx ser taccetta li dan id-distributur privat ikun ikkastigat u mibdul. Il-GRTU infurmat lill-Enemalta li jekk isir tqassim ta’ fuels minn distributur iehor u mhux dak li ghandu l-kuntratt, il-GRTU taghti direttiva lill-Petrol Stations biex ma jaccettawx xoghol minghand distributur li mhux soltu jfornihom