“Grazzi tal-bidla fl-Eco Tax u nisperaw li din tkun l-ahhar darba li nimponu l-ewwel u nikkunsultaw wara”
“Grazzi tal-bidla fl-Eco Tax u nisperaw li din tkun l-ahhar darba li nimponu l-ewwel u nikkunsultaw wara”
Il-GRTU – Malta Chamber of SME’s taccetta b’sodisfazzjoni l-bidliet li l-Ministru ghall-Ambjent l-Onorevoli. George Pullicino, habbar permezz tal-Avviz Legali 28/05 li jimplimenta Eco Tax fuq lista ta’ prodotti. Il-bidliet li l-GRTU kienet irrakkomandat wara l-harga tal-ewwel Avviz Legali 529/05 gew kollha nkorporati. Dawn il-bidliet jinkorporaw it-talbiet li ghamlet l-GRTU direttament lill-Ministru George Pullicino kif ukoll l-bidliet kollha proposti f’dokument li l-Onorevoli Edwin Vassallo, Segretarju Parlamentari ghan-Negozji z-Zghar, ipprezenta lil Ministru Pullicino wara konsultazzjoni mall-GRTU. Il-bidliet huma ntizi biex tkun anqas iebsa ghan-negozji z-zghar li jhaddmu dawn l-imposizzjonijiet godda u ma jkunx hemm tbaghtija zejda u bla bzonn fuq l-konsumaturi.
Il-GRTU qed tappella lill-Prim Ministru biex jara li din tkun l-ahhar darba li jinhareg Avviz Legali li jolqot lis-sidien tan-negozji bla ma tithaddem l-procedura li huwa stess qed jitlob lill-Ministri kollha jsegwu. Skond din l-procedura l-Ministri u l-Awtoritajiet huma obligati li jiddiskutu mall-imsiehba socjali qabel ma jinhareg Avviz Legali. Il-Ministri ghandhom ukoll jaraw kif jaqblu mall-imsiehba socjali fuq mizuri li jpacu l-impatt negattiv tal-azzjonijiet ippjanati minnhom. Il-proceduri wkoll jesigu li qabel kull mizura gdida ghandu jkun mkejjel sewwa l-impatt ekonomiku fuq is-settur privat.
Il-GRTU m’ghandiex dubji li kieku l-Ministru Pullicino kejjel b’mod professjonali l-impatt ekonomiku tal-Eco Taxation, ma kien qatt jimponi s-sistema kif imposta bl-Eco Contribution Act. Din il-Ligi llum qed tkompli tghabbi zzejjed fuq numru kbir ta’ negozji zghar.
Il-GRTU issostni wkoll li l-impatt kumulattiv taz-zieda fil-VAT u l-imposizzjoni tal-Eco Tax kellha effett negattiv qawwi fuq l-purchasing power tal-konsumaturi u l-consumer confidence b’mod generali, bir-rizultat li l-bejgh kompla naqas u llum hafna mpjiegi fis-settur kummercjali huma mhedda.