Ghadna fix-xitwa u l-istagun turistiku l-kbir ghadu ma bediex izda, diga n-nies tat-time share, l-aktar barranin, qed idejjqu lit-turisti kollha li jaraw fiz-zoni kollha turistici minn San Giljan, tas-Sliema, Qawra, Bugibba sal-Belt, l-Imdina u Marsascala. Idejjqu lit-turisti u jtellfu n-negozju lil tal-hwienet u negozji ohra ghax litteralment igerxu lill-klijenti.

Il-GRTU qed terga titlob pubblikament lill-Ministru tat-Turizmu u Awtoritajiet ohra koncernati biex jiehdu passi decisiv biex l-abbuzi jinqatghu.
Il-kummerc tat-time share hu business tajjeb u jgib lejn Malta ghexiren ta’ eluf ta’ turisti. Il-GRTU dejjem taght s-support taghha lill-investituri f’dan il-qasam u lil organizazzjonijiet li jorganizzaw il-bejgh tat-time share b’mod professjonali. Izda li qed naraw fit-toroq taz-zoni turistici minn certi bejjiegha tat-time share li ma jimputhom xejn mill-isem tajjeb ta’ Malta bhala destinazzjoni turistika serja u sabiha, mhux ghajr dardir u abbuz.
Il-GRTU tistenna ghalhekk li l-gvern idahhal il-mizuri adekwati kollha inkluzi l-holqien ta booths attraenti u apposta, b’postijiet li ma jkunux ta’ xkiel ghall-kummerc u stabbilimenti ohra, minn fejn il-bejjiegha tat-time share joffru s-servizz taghhom bla xkiel ghall-hadd.
Il-GRTU tappella lil gvern biex jiccaqlaq issa u ma jhallix sajf iehor jidhol bl-istess inkwiet tas-soltu.