Il-Kumpanija Liquigas Malta Limited infurmat lill-GRTU – Il- Kamra Maltija ghan-Negozji Zghar u Medji, bhala rapprezentant tad-Distributuri tal-gass, li hi ma taqbilx mal-mod li bhalissa qed isir l-iskambju tac-cilindri tal-gass .
Il-Kumpanija izda infurmat lill-GRTU li sakemm l-Awtoritajiet Regolatorji jiddeciedu fuq dan l-aspett tas-suq, il-Kumpanija Liquigas Malta Limited qed tawtorizza lid-Distributuri tal-gass, li waqt in-norma tax-xoghol taghhom jistghu jiehdu m'ghand il-Pubbliku cilindri tal-gass ta' kulur iswed (Easygas) u jaghtu lura cilindri mimlija tal-Kumpanija Liquigas (sofor jew hodor).
Liquigas infurmaw lid-Distributuri li kull cilindru vojt iswed li jigi irritornat gewwa il-Qajjenza jinghata cilindru iehor ahdar jew isfar. Il-GRTU avzat lid-Distributuri li dan jistgha jsehh immedjatament wara li irciviet dan il-komunikat minghand Liquigas Malta Limited.
Sadanittant il-GRTU tishaq mal-Gvern biex mill-aktar fis possibli jara li jinhargu l-Emendi ghall-Avviz Legali 249 ta' 2008 li jikkoncernaw id-distribuzzjoni tal-gass. Il-GRTU temmen li ma jistghax ikun li tasal xitwa ohra u nergghu nigu affacjati bl-istess problemi tal-passat u ghalhekk theggeg lill-Gvern biex jiehu l-passi xierqa f'dan is-settur ghaliex dan hu konformi mal-Kuntratt originali li fuqu huma ibbazati l-Licenzji tad-Distributuri u hu wkoll konformi mad-decizjoni tal-Ufficju tal-Kummerc Gust li jawtorizza lid-Distributuri jaghmlu xoghol ta' tqassim u gbir fuq ic-cilindri taz-zewg fornituri licenzjati mil-MRA.