SME Chamber

Diskors tal-President tal-GRTU Paul Abela fl-erbgha u sittin Laqgha Generali Annwali

 Din hi l-erba' u sittin Laqgha Generali tal-GRTU. Twaqqafna meta Malta kienet fqira u hierga minn Gwerra Dinjija li kissret lill-pajjizna. Wara l-gwerra twaqqfu l-ghaqdiet tal-haddiema ghax il-haddiem kellu bzonn min jaqbez ghalih bil-kbir. Is-Self-Employed u s-sidien tan-negozji iz-zghar wiegbu billi waqqfu il-GRTU.

Il-GRTU sa mill-holqien taghha dejjem kienet ghaqda li mhux biss hi assoccjazzjoni ta' kummercjanti, izda ukoll Union li tiddefendi u timmilita favur l-interessi tas-Self-Employed kollha u tas-sidien tan-negozji izda ukoll ghalkemm mhux partiggjana il-GRTU kienet dejjem forza politika.

Iva, kull fejn rajna li kellna bzonn niehdu azzjoni, anke ta' natura politika fl-interss ta' pajjizna u fl-interess tal-kummercjanti u tal-ekonomija hielsa u tad-demokrazija ahna mhux talli ma qadnix lura, talli konna minn ta' quddiem nett. Il-GRTU matul dawn is-snin kollha li ilha imwaqqfa hadmet mal-Gvernijiet kollha Laburisti ta' Boffa, il-koalizzjoni ta' Boffa u Borg Olivier, il-Gvern ta' Mintoff, Gvern Kolonjali, Gvern ta' Borg Olivier, ta' Karmenu Mifsud Bonnici, ta' Fenech Adami, ta' Sant u ta' Gonzi. L-Ebda Gvern qatt ma bezza lill-GRTU. Hdimna ma' kulhadd u l-ebda bidla ma gerxitna. U nibqghu nahdmu ma' kulhadd u nibqghu niddeciedu ahna meta jkun hemm bzonn li nintervjenu u niehdu ukoll azzjoni politika bhal ma ghamilna meta Malta issieltet il-kolonjalizmu, issieltet ghal helsien ta' pajjizna, issieltet ghal helsien kummercjali u ghall-ekonomija hielsa u kontra kull direzzjoni ekonomika ta' impozizzjoni u ta' restrizzjoni, u bhal ma hdimna appertament biex Malta hadet postha bhala membru kburi tal-Unjoni Ewrpoeja u parti integrali mill-Unjoni Monetarja Ewropeja. Jekk Malta xi darba jkollha il-helsien taghha mhedded jew jekk xi darba terga' tqum il-kwistjoni tal-helsien kummercjali ahna ma niddejjqux nergghu nohorgu fuq quddiem nett. Illum izda ghall-grazzja t'Alla u bil-hidma li verament ghozzew il-liberta' Malta taghmel parti minn Unjoni li hi l-akbar salvagwardja tad-demokrazija u l-liberta' tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u il-liberta' kummercjali.

Id-Demokrazija u l-helsien kummercjali garantit bis-shubijja fl-Unjoni Ewropeja. Hrigna ghonqna kontra l-kolonjalizmu, hrigna ghonqna favur l-indipendenza ta' pajjizna u frahna bir-Repubblika u iccelebrajna bil-kbir meta pajjizna inghaqad mal-Unjoni Ewropeja u meta dhalna fl-Ewro. Qatt ma hallejna l-hadd jiddomina u dejjem zammejna messagg u fidi wahda. Ahna nemmnu fil-liberta' tal-kummerc. Nemmnu f'ekonomija libera. Ghalhekk ikkumbattejna kontra l-impozizzjoni kontra ir-regim li honoq il-liberta' kummercjali u kontra min ried icahhadna mill-garanzija ta' kummerc hieles fi hdan Unjoni Ewropeja li temmen fid-demokrazija u fi principji ta' kummerc hieles u hi ghadu tad-dittatura u tar-restrizzjoni tal-kompetizzjoni u kontra kull tip ta' impozizzjoni mhux demokratika u anti-kompettitiva'. Illum Malta qatt ma kienet tant hielsa u tant imharrsa. Ahna biex pajjizna jibqa' jgawdi l-helsien u d-demokrzija naghmlu kollox.

Ahna ghandha fiducja li l-lezzjonijiet tal-passat tghallimnihom bhal ma nittamaw li tghallimhom kulhadd. L-Unjoni Ewropeja mhux avventura izda att ta' fidi. Ahna iddecidejna li pajjiz zghir bhal taghna hu aktar b'sahhtu u aktar mhares u sigur meta jaghmel parti minn familja ta' pajjizi li bhalna jemmnu li l-liberta', s-sigurta' u d-demokrazija jigu qabel kollox.

Id-Demokrazija hi omm l-opportunitajiet indaqs u omm l-kummerc hieles. Ghalhekk ma bzajniex mhux biss li inkunu parti tal-Unjoni Ewropeja imma wkoll li nifthu l-ekonomija taghna, li noffru is-suq zghir taghna biex nirbhu is-suq akbar ta' 500 miljun konsumatur. Ghalhekk hdimna spalla ma' spalla mal-Gvern biex f'Malta jiddahhlu standards, regolari finanzjarji ewropej u sistema' tar-regoli u direttivi li jsahhu il-kompetizzjoni, is-suq hieles li jissalvagwardjaw is-suq kbir simbolu ewropew halli l-imprendituri taghna jkunu jistghu jsiru imprendituri ewropej u ma jibqghux iharrsu biss lejn is-suq ckejken taghna imma jitghallmu jimirhu fi swieq akbar. Ghalhekk li ahna fil-proposti taghna lill-Partiti nenfassizaw hafna aktar tahrig tas-Self-Employed, tas-sidien tan-negozji u l-haddiema taghhom ukoll dejjem nirsistu ghal u nipproponu, skemi, wahda wara l-ohra biex is-sidien tan-negozji iz-zghar li f'Malta jirraprezentaw 95% tal-intraprizi kollha juppgrejdjaw u jghollu il-livelli ta' skills taghhom halli mhux biss ikunu aktar efficjenti f' Malta u jaghtu servizz ahjar lill-konsumaturi f'Malata imma jkunu f'pozizzjoni li jimirhu ukoll u jgawdu mis-suq kbir ewropew. Hu b'hekk biss li n-negozji taghna jistghu jikbru u jghaddu ghall-generazzjonijiet ohra.

Ahna minn ta' quddiem nett bhala ghaqda nazzjonali ta' imprendituri Maltin li qed nahdmu bla waqfien fuq livell ewropew permezz tar-raprezentazzjonijiet taghna fil-European Economic & Social Committee fejn id-Direttur Generali taghna Vince Farrugia mhux biss huwa membru imma huwa ukoll membru tal-Bureau tal-Employers Ewropew u illum huwa persuna ta' certa influwenza u stima  kemm fil-European Social Fund Committee kif ukoll mal-Kummissjoni Ewropeja u mal-organizzazzjonijiet Ewropej li maghhom il-GRTU hija affiljata u fihom il-GRTU hi membru attiv u rispettat bhal il-UEAPME – il-federazzjoni Ewropeja tal-intraprizi zghar u tal-artegjanat u il-Euro Commerce – il-front ta' kummercjanti u Retailers u Traders Ewropej. Il-GRTU permezz tal-President Paul Abela taghmel parti u tippartecipa fil-European Social Fund Committee. Ghall-GRTU hu ta' prestiggju mmens li ahna nominati f'isem l-Employers Maltin mill-Gvern Malti bhala membri ta' dawn l-istituzzjonijiet importanti Ewropej. Fuq front Ewropew permezz tad-Direttur Generali il-GRTU hi ghaqda ewlenija li tahdem u tirsisti biex is-suq komuni Ewropej jitnehhewlu l-ixkiel li baqaghlu halli l-intraprizi zghar minn pajjiz zghir bhal Malta jkunu jistghu jikkompetu u jgawdu bla xkiel zejjed ta' taxxi, licenzji u burokraziji il-vantaggi enormi li joffri suq wiehed ta' 500 miljun konsumatur. Irridu li l-Ewropa tkompli tghaqqadna. Hu ghalhekk li ahna kontra kull min irid ifixkel biex Malta ma tintegrax aktar mal-Ewropa.

Ahna qed nahdmu fuq livell Ewropew biex ikun hawn Budget kbir bizejjed ghas-snin 2014-2020 biex l-Ewropa tkun verament ta' support ghall-aktar integrazzjoni kemm ekonomika kif ukoll f'oqsma bhall-energija. Pajjizi zghar, specjalment dawk li huma energy islands ghax maqtughin mill-Kontinent, bhal ma hi Malta, u jridu kollox mill-vapuri u mill-fuels importati ghaliex m'ghandhomx rizorsi taghhom stess, u ghalhekk bilfors li jrid ikollhom is-sahha tal-fondi Ewropej biex jinhellsu mill-inzularita' tal-energija. Dan bilfors ifisser li l-energy islands bhal Malta iridu investiment qawwi fl-interconnectors u f'gas pipelines li jghaqqduhom mal-kumplament tal-Kontinent. Dwar dan ejja ma noghqodux nargumentaw l-inzularita' tal-energija ghal pajjizna hi theddida ekonomika li nehlisu minnha biss jekk nuzufruttaw is-shubija taghna fl-Unjoni Ewropeja ikollna kemm ikollna power stations f' Malta  in-nefqa ghalina tibqa' dejjem enormi  u il-kapacita' taghna dejjem tiddependi mill-importazzjoni tal-materja prima ahna pajjiz zghir wisq biex ir-rizorsi taghna naghmluhom f'xoghol li nistghu ingibuh lest u nikkoncentraw minflok fuq xoghol ta' value added biex inkabbru l-ekonomija. Fornitura ta' energija sigura u kostanti hi l-akbar garanzija ta' aktar investiment u aktar xoghol.

Fl-Ewropa qed issir hafna xoghol biex il-cost tal-Energija kemm jista' ikun ekwu fil-pajjizi kollha imsiehba fl-Unjoni biex l-intraprizi Ewropej ikunu jistghu verament jikkompetu ras imb' ras. Ghalhekk ahna ghandha inkunu parti minn din il-politika immirata biex teliminha l-energy islands. Il-GRTU lill-Partiti Politici ghamlitilhom il-proposti tal-membri taghha u ghalhekk ahna ma irridux bl-ebda mod nidhlu fil-hafna argumenti dwar il-proposti diversi li qed jidrhu jiddominaw il-kampanja elettorali ta' bhalissa. Ahna irridu produzzjoni ta' energija lokali attiva li tinkludi ukoll proporzjon akbar ta' sorsi godda u alternattivi u ukoll kapacita' ohra  ta' riserva li tintuza biss f'kaz ta' bzonn biex ittina  certu stabbilita' imma nippreferu illi nuzufruttaw bil-kbir l-investimenti kbar f'kull tip ta' energija li qed isiru fil-kumplament tal-Ewropa. Ahna ma nistghu qatt nikkompetu ras imb'ras jekk il-piz tal-elettriku jew l-energija f'kull prodott jew servizz li nipprovdu jkun bhala proporzjon ghola minn ta' haddiehor fl-istess Ewropa.

Il-GRTU tinkwieta meta tara il-credit agencies inaqqsu ir-ratings ta' Malta u ghalhekk li jien nappella bil-kbir lill-Politici kollha biex jaghtu kas hafna ta' dak li jghidu ghax illum zgur Malta m'ghadiex information island. Illum kull ma jinghad f'Malta jigi interpretat barra u sfortunamtament mhux dejjem il-percessjoni tal-barranin tkun tirrifletti l-attwalita' ta' x'inhu jigri fl-ekonomija Maltija. Ahna l-ekonomija Maltija nghixu fiha u nahdmuha u nafu ukoll x'inhu jigri f'pajjizi ohra. Ahna kburin li ahna Maltin u ahna kbrin immens li nirraprezentaw lill-investituri u intraprizi Maltin. Malta ghamlet passi kbar f'kull qasam iddiversifikajna f'oqsma godda bis-sahha ta' investimenti kbar provati u inzzjattivi mill-Gvern u mill-korpi statali bhal Malta Enterprise, Finance Malta , l-MFSA u id-dirigenti tal-portijiet taghna u  ejja ilkoll inkunu kburin b'dak kollu li akkwistajna, dan hu frott tal-Maltin, frott ta' Gvern u tal-imprendituri Maltin u frott tal tal-kapacitajiet tal-haddiema Maltin, id-dibatittu politiku ghandu jiffoka fuq kif se inkabbru u intejjbu it-tajjeb kollu li ghanda. In-negozju tan-nies taghna jista' jghaddi minn zminijiet difficli u jista' wkoll jghaddi min zminijiet relattivament tajbin bhal ma kien b'mod generali matul l-ahhar ghoxrin sena u b'mod partikolari kemm ilna fl-Unjoni Ewropeja fejn in-negozju, kwalita' ta' hajja u standards generali ta' pajjizna marru il-quddiem hafna aktar minn qatt qabel. Il-GRTU hu ghalhekk li thares il-quddiem b'fiducja kbira.

Il-Futur ghalina irid ikun dejjem ibbazat fuq is-sigurta' nazzjonali u il-helsien fid-demokrazija. L-ghajta taghna trid tibqa' dejjem favur min itina l-aktar din il-garanzija.

Jien nixtieq nawgura lilkom u lill-familji taghkom sena 2013 ahjar mis-snin ta' qabel. Nispera li sena ohra niltaqghu ghal 65 anniversarju b'fiducja li l-futur hu garantit.

 

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).