L-2010 zgur li tibqa' sena li ma ninsewix malajr, wara dak li gara fl-2008 meta d-dinja ekonomika li konna nafu qisha f'daqqa wahda splodiet. Ahna konna nformati, grazzi ghall-analizi f'waqtha u tajba li dejjem jaghmlilna d-Direttur Generali, li l-ekonomija taghna fl-2009 kienet ser issib ruhha f'bahar verament imqalleb. L-2008 u l-2009 kienu snin li nisperaw li ma nergawx naraw bhalhom. Ahna qatt ma kellna dubju illi l-effett tal-mewga kerha ekonomika li laqtet id-dinja kien ser jibqa' jkaxxkar ukoll fl-2010 u li jigri x'jigri id-dinja ta' wara l-krizi qatt ma kienet ser terga' tigi ghal li kienet.
Konna nafu wkoll illi pajjizna, wiehed mill-aktar pajjizi ekonomikament miftuha ghad-dinja, ma setgha qatt jehlisha lixxa, ghaliex il-qligh ewlieni ta' pajjizna, kemm jekk industrija ghall-esportazzjoni, turizmu, trazbord u attivita' portwali, attivita' finanzjarja jew attivita' marbuta ma' e-gaming jew attivita' ohra bhal back-office work u servizzi lill-intraprizi, kollha jiddependu fuq is-swieq internazzjonali u jiddependu fuq kemm sejrin tajjeb l-ekonomiji li maghhom ahna nikkomercjalizzaw, b'mod partikolari l-partners taghna fl-Unjoni Ewropeja.
Ahna f'pajjizna nistghu, mhux ma nistghux infasslu policies li f'kaz ta' inkwiet minn barra, jilqawlna d-daqqiet u jghinuna nilqghu l-isfidi, pero' fl-ahhar mill-ahhar ahna m'ghandnix is-sahha li ninfluwenzaw id-dinja. Illum anzi bis-sahha ta' shubija taghna fl-Unjoni Ewropeja niehdu sehem ukoll permezz tal-Prim Ministru fil-Kunsill tal-Ministri tal-Gvernijiet Ewropej u niehdu sehem f'kull konsultazzjoni u f'kull rapprezentanza li tolqot, mhux lill-pajjizna biss, izda lir-Regjun kollu Ewropew. Qatt qabel din is-shubija f'sitwazzjonijiet ta' krizi Malta ma kienet involuta; la fil-konsultazzjoni, la fid-decizjonijiet u aktar u aktar fil-qsim ta' fondi li jinholqu biex jimmansaw il-krizi u nilqghu b'mod komprensiv ghall-problemi ta' wara l-krizi.
Tahsbu li din kienet xi krizi li facli tirrisolva ruhha? Kienu hafna f'Malta u f'kull pajjiz li jippuntaw subghajhom u tkazaw b'dak li gara u b'dak li ghamel haddiehor. Pero' x'hin nigu ghas-soluzzjonijiet ftit kienu dawk, anke fl-akbar pajjizi, li hargu bis-soluzzjonijiet. Meta l-Unjoni Ewropeja vvutat is-somma ta' hames t'elef biljun, jigifieri hames miljun, miljun ta' ewro biex tilqa' ghal problema enormi tal-krizi finanzjarja fl-Ewropa, hadd qabel ma kien semma' cifri bhal dawn. Il-waqgha fil-livelli tax-xoghol u ta' attivita' ekonomika ingenerali kexkex lil kulhadd. Id-djun ta' pajjizi hafna akbar minnha, anke dawk li konna inharsu lejhom bhala kapaci, bhall-Irlanda u Spanja, sfaw imkissra. Minbarra l-Germanja ftit kienu dawk il-pajjizi li hasbu minn qabel biex meta jkollhom krizi jkollhom fuq xiex jaqghu.
Ahna f'Malta konna ilna s-snin nghidu lill-Gvern biex jahseb ghax bid-deficit pubbliku li kellna u bir-rata tad-dejn Nazzjonali kif kien qed jitla', allahares tinqala' krizi kbira ghax il-pajjiz jiehdu l-mewg u ma jkollnix fuq xiex naqghu. Ghal grazzja t'Alla dan ma garax. Jien kburi li l-GRTU, avolja rat u qalet go fiha kull kritika' immaginabbli, zammet iebes u kull fejn il-Gvern, f'isem pajjizna, talab is-sapport taghna ahna dejjem tajnih kemm f'Malta kif ukoll fl-Unjoni Ewropeja. Dan ghaliex m'hemmx haga aktar facli minn dik li tikritika u tattakka mbghad x'hin tigi ghad-decizjoni tbewweg u tisparixxi. Izda ahna bhala mexxejja responsabbli ta' ghaqda kbira bhal ma' hi l-GRTU ahna kburin li konna minn ta' quddiem nett li lill-Prim Ministru ghidnilu biex jiehu dawk id-decizjonijiet li hemm bzonn li jiehu u li lilna jsibna spalla ma' spalla mieghu. Stajna ghidnilu aqbad il-ftit rizorsi li ghandu pajjizna u qassamhom lin-nies taghna halli nilqghu ahjar ghall-isfidi u nintghogbu t-tnejn li ahna. Imma ahna m'ghamilnix hekk. Ahna lill-Gvern ghidnilu aqbad l-industrija tal-esportazzjoni u ighinha kemm tiflah ghax jekk taghlaq u titlaq il-barra zgur li ma ngibux ohrajn minflokha.
Ghidnilu ighin kemm tiflah lis-settur tat-turizmu ghaliex bhall-industrija dawn iridu jgibu l-eluf minn barra u b'hekk ikunu jistghu jonfquhom fl-industriji li nirraprezentaw ahna. Ghidnilu ighin kemm tiflah lis-settur tal-Back-Office u lill-industrija gdida Knowledge-Based. Ghidnilu investi bil-kbir fl-edukazzjoni u t-tahrig halli n-nies li jinqabdu bla xoghol jigu mharrga halli kif tghaddi l-krizi nsibu lill-haddiema lesti. Ghidna lill-Gvern johrog skemi godda biex l-intraprizi z-zghar waqt li jonqsilhom il-bejgh ikollhom il-krediti biex jinvestu u jizvilluppaw l-intraprizi taghhom. Ghidnilu johrog aktar skemi mill-ETC biex in-negozji z-zghar flok inaqqsu l-haddiema jkollhom l-assistenza halli jzommuhom u jhaddmu nies ohra. Ghidnilu johrog skemi godda ta' progetti kapitali halli ma jhallix l-industrija tal-kostruzzjoni titkisser. Il-Gvern ha hafna mill-pariri taghna u niehdu pjacir nisimghu lill-Prim Ministru jikkonferma repetutament li l-GRTU affaccjat din il-krizi bl-akbar responsabbilita'.
Izda mhux kulhadd ha pjacir. Kien hemm uhud minn go nofsna stess li rribellaw u min haseb li ahna rqadna. Kellna min mar ixewwex lil nies, li suppost huma intelligent, biex iwaqqfu assoccjazzjoniet godda biex minghalihom iharrbtu lill-GRTU. Il-GRTU ilha tezisti tnejn u sittin sena. Rajna minn kollox, assoccjazzjonijiet tac-cekcik twieldu u mietu. Il-GRTU baqghet ghaddejja ghax il-mexxejja taghha dejjem gharfu jaraw l-ewwel u qabel kollox x'inhu l-interess tal-pajjiz u kif l-interess tal-pajjiz jista' jissahhah bl-investiment u x-xoghol tal-intrapriza z-zghira. Kien hemm zmien meta hadd ma kien isemmihom liz-zghar. Issa kulhadd sar pampalun taz-zghar. Anke dawk li sal-bierah kienu jippruvaw iceknuna billi jghidu li ahna nirraprezentaw liz-zghar u huma jirraprezentaw il-kbar, issa qed jaqaw ghar-redikolu billi jmorru bir-riklami fuq it-televixin jippruvaw ihajjru liz-zghar jidhlu maghhom. L-Assoccjazzjoniet tal-kummerc l-ohra issa qed ihossuhom bravi bizejjed biex fejn tidhol l-intrapriza jiltaqghu bil-mohbi u wahedhom, u barra minn hekk ihallu lill-GRTU barra qishom huma biss jifmhu fejn tidhol l-intrapriza.
Ahna dawn it-teatrini ma jdejqunix. Ihammru biss wicc min jaghmilhom. Lanqas ma idejjaqna kliem fil-vojt bhal dak li ntqal dan is-sajf li ghadda meta nfethet kampanja kontra l-ghazla ghaqlija li ghamel il-Gvern fejn id-Direttur Generali taghna Vince Farrugia gie maghzul biex jirraprezenta lis-sidien tal-intraprizi Maltin fil-Kumitat Ewropew Socjali u Ekonomiku. Vince Farrugia huwa persuna maghrufa u stabbilita' sew kemm bhala kelliem ghall-intraprizi f'Malta u kif ukoll fuq livell Ewropew fil-partecipazzjoni tieghu fin-negozjati u fil-konsultazzjonijiet biex Malta dahlet fl-Unjoni Ewropeja. Vince Farrugia wkoll ghen fix-xoghol qawwi dwar ir-rapprezentanza fil-EuroCommerce u fil-UEAPME kif ukoll fid-djalogu socjali u ekonomiku fuq il-livell tal-Kummissjoni Ewropeja, u ghalhekk illum hu rikonoxxut ghal dan. Vince Farrugia hu persuna maghrufa u stmata. F'Pajjizna Vince Farrugia ilu snin twal stabbilit bhala ekonomista u bhala specjalista fuq il-kwistjonijiet kollha li ghandhom x'jaqsmu mall-intraprizi micro, small u medium u kienet ghalhekk oxxenita', ibbazata biss fuq l-ghira u fuq pika l-kampanja li haddiehor fetah kontra din in-nominazzjoni.
Ghal darb'ohra l-GRTU ssaportiet l-inbix kollu ghax kienet taf li wara dan kollu kien hemm skop; mhux li jcekknu lid-Direttur Generali tal-GRTU, mhux li jaghmlu hsara lill-GRTU, imma li jidfnu l-lehen qawwi li l-GRTU tat lin-negozji zghar u medji Maltin. Iva, ghad baqa' f'pajjizna min ma jahmilx jisma' l-lehen qawwi li l-GRTU tat lill-intraprizi zghar Maltin. Vince Farrugia illum ta prestigju gdid lir-rapprezentanza tas-sidien tan-negozji Maltin fl-Ewropa u l-mexxejja tal-GRTU f'pajjizna llum huma stmati aktar minn qatt qabel ghax ma jiddejqux anke akkost li jnaqqsu fil-popolarita' u dak li ghandhom jghidu jghiduh. Id-dwejjaq taghna
hu li mhux il-proposti kollha mahduma bil-ghaqal mill-GRTU jittwetqu minn naha tal-Gvern. Imma ahna ma naqtghux qalbna u ser nibqghu nippressaw kemm nifilhu fuq livell nazzjonali, fuq livell ta' sezzjonijiet u fuq livell ta' lokalitajiet biex il-Gvern u l-awtoritajiet tal-Gvern jistenbhu u jaghtu aktar kaz b'aktar determinazzjoni dak li tghidilhom il-GRTU. Matul l-2010 pressajna u pressajna bil-kbir. Gibna rizultati f'diversi oqsma, bdejna naraw l-ekonomija terga' tibda tirpilja u bil-mod il-mod terga' tibda tikber. Is-Setturi rapprezentati mill-GRTU ghadhom mghaffgin pero' l-aghar issa jidher li ghadda, ahna irsistejna u matul l-2011 ser nirsistu hafna aktar biex il-Gvern jirsisti aktar biex iwettaq il-progetti li nifthemu dwarhom u jwettaq bla dewmien zejjed l-iskemi li jolqtu lill-intraprizi z-zghar. Ser nirsistu biex naraw li s-Small Businesses Act minn kliem sabih fuq bicca karta jsir realta' imhaddma mill-Ministeri kollha. Ser inkunu aktar iebsin mall-Awtoritajiet tal-Gvern li qisu xejn m'hu xejn ghalihom x'hin jigu biex jinponu fuq in-negozji z-zghar.
U lill-Ministri ser inrossuhom aktar. Ma jistax ikun li issa li l-ghawg il-kbir ghadda u li ahna konna irgiel li cedejna l-prijorita' tal-azzjonijiet tal-Gvern li jmorru fuq haddiehor, issa li s-sitwazzjoni giet ghall-ahjar l-interessi tan-negozji z-zghar ta' pajjizna ma jitilghux fuq nett fil-prijorita'. Matul l-2011 ser inkunu iebsin aktar biex inkunu zguri li dawk li ghamlu s-sagrifficji waqt il-maltempata issa ma jigux minsija. Ahna ghandna lesti proposti ghal kull settur u l-Gvern jaf li meta ahna nkellmuh ahna mhux paroli imma nitkellmu bil-fatti f'idejna u b'soluzzjonijiet imfassla sewwa.
Is-sena 2010 zgur li nibqa' niftakarha b'rimors kbir ghall-avveniment ikrah li gara fl-ufficini tal-GRTU fil-11 ta' Marzu li ghadda. Jum verament ta' ghajb fejn persuna li ahna stess konna tajniha l-fiducja taghna dahlet fl-ufficju tad-Direttur Generali bl-aktar mod arroganti u wettqet quddiemi bhala President u l-istaff taghna fil-GRTU l-aktar attakk vjolenti li qatt sar bhalu fuq persuna pubblika fl-istorja ricenti ta' Malta. Kieku jien personalment ma intervjenejtx fizikament, dakinhar kienet tigri tragedja. Dan li niehdu ghax b'kuragg nohorgu ghonqna f'isem in-nies taghna. J'Alla dak li gara fil-11 ta' Marzu 2010 ma jigri qatt f'pajjizna la fil-GRTU u mkien. Nispera f'Alla li l-gustizzja issir ghax dan kien att kriminali li qatt ma ghandu jerga' jissuciedi.
Jiena ghandi fiducja kbira li l-2011 tara lill-pajjizna jimxi il-quddiem b'pass kbir u aktar mghaggel. Irridu nkunu ahna pero' li minflok inwebblu lin-nies, b'dak li hu biss holm, nirsistu biex nahdmu u nipproducu aktar. Ahna rridu nsahhuh lill-pajjizna. Ahna rridu nahdmu ghall-pajjizna. Ix-Xoghol ma jigix bil-krib u billi neqirdu. Lanqas m'hu ser jikber l-infiq bl-addocc u bis-sussidji. Billi nokorbu u nsemmu dejjem l-ghawg mhux ser naslu. Il-GRTU mhux ser taqa' ghat-tentazzjoni li noqghodu biss innewwhu, nikkritikaw u nimmarcjaw imbghad x'hin nigu ghad-decizjonijiet iebsa u ghas-soluzzjonijiet ingibu elf skuza.
Min ghandu agenda ta' ghawg u krib mhux habib taghna. Min irid ixammar, ikun pozittiv, irid jahdem u jipproponi kif ser inkunu ahjar u kif ser inkabbru l-gid ta' pajjizna, postu maghna. Ghandna wisa' ghal kulhadd. Is-sena li ghaddiet kellna Kunsill Ezekuttiv tajjeb hafna bis-sahha tal-akbar Elezzjoni li kellna f'hafna snin. Kien Kunsill li hadem hafna u nixtieq nirringrazzja lill-Kunsill kollu mhux biss tal-fiducja shiha u konsistenti li urew fija u fid-Direttur Generali imma fuq kollox ghal hidma kbira li wettqu. Nirringrazzja minn qalbi lill-istaff kapaci kollu tal-GRTU kif ukoll lit-team formidabbli tal-kumpanija sussidjarja taghna
Green MT li llum hi l-Iskema Nazzjonali li timmaniggja l-iskart riciklabbli f'isem il-komunita' tan-negozji. Nirringrazzja wkoll lill-membri kollha tal-Kumitati tal-GRTU tax-xoghol enormi li ghamlu matul l-2010.
Ftit tal-gimghat ilu bdilna l-Istatut biex nizguraw li l-Kunsill ikollu aktar kontinwita' u nkunu nistghu naghzlu bi kwietna kull sena sitt minn nies li jsahhu t-tmexxija tal-Kunsill. Ghas-sena d-diehla ghandna Kunsill ta' tmintax -il membru li fih ukoll demm gdid u nies ta' esperjenzi li qabel ma kellnix fil-Kunsill. Kull membru tal-Kunsill Ezekuttiv hu kapaci fil-qasam tieghu jew taghha u jiena cert li l-Kunsill Ezekkuttiv 2011 flimkien mad-Direttur Generali Vince Farrugia u mal-istaff kollu li llum ghandna ser ikomplu jsahhu bil-kbir dak kollu li bnejna s'issa u li jilqghu b'hila l-isfidi godda li zgur li ser ittina l-2011.
B'qalbi qawwija ghas-sena li gejja fuqna nawguralkom ilkoll sena tajba ta' xoghol u gid.
Nirringrazzjakom li gejtu ghal din il-Laqgha u nistedinkom biex tinghaqdu mieghi ghal bibita' li l-Kunsill qed joffrilkom.
Paul Abela
President