SME Chamber

DISKORS TAL-PRESIDENT

DISKORS TAL-PRESIDENT
Il-WIEHED U SITTIN LAQGHA GENERALI ANNWALI

Il-HADD 17 ta’ Jannar 2010

Nilqaghkhom ghal din l-Wiehed u Sittin Laqgha Generali. Din is-sena iccelebrajna bi kbir is-sittin sena.


Meta nharsu lura malajr nifhmu ghaliex wara sittin sena l-GRTU illum hi b’sahhita aktar minn qatt qabel. Ahna ma twelidniex b’kumbinazzjoni. Twelidna ghax Malta, anke sittin sena ilu, kienet qed tinbidel u s-sidien tan-negozju u s-self employed kienu taht il-mannara. Il-haddiema tal-paga mal-partikular u l-haddiema mal-gvern, u dak iz-zmien dawk mas-servizzi Ingliz, qamu u riedu d-drittijiet taghhom u waqqfu t–trade unions kbar tal-haddiema. Ir-rizultat malajr kien deher, ghax bdew it–taxxi u l-pizijiet fuq is-sidien u fuq is-self employed. Ghax f’Malta dejjem hekk konna. Jekk jien migdum, nara li haddiehor ikun migdum ukoll, u flimkien naraw li hadd ma jingidem. Il-GRTU ghalhekk twaqqfet, biex fil-pajjiz ikun hawn ftit tal-bilanc. Mhux ghax haddiehor kbir fin-numru allura tghaddi tieghu. Ridna li l-lehen tas-self- employed u tas-sid tan-negozju jinstema wkoll. In-nies taghna jaghtu servizz lill-komunita, jhaddmu flushom, jirsistu u jinvestu u jhaddmu n-nies u huma wkoll ghandhom drittijiet kemm bhala sidien ta’ negozji kif ukoll bhala cittadini. Fil-GRTU ahna kburin li konna dejjem ahna t-targa tas-sid tan-negozju z-zghir u medju. Ahna li poggejna l-interessi tas-sid tan-negozju fuq l-Agenda Nazzjonali ta’ pajjizna.

Il-GRTU
wahedha ghall- dawn l-ahhar sittin sena harget ghonqa ghas-sidien u
s-self employed kien min kien fil-gvern. Imma dejjem wahda: jekk
nikritikaw lil ta’ naha mela ahna man-naha l-ohra. Il-verita hi izda,
li hu x’inhu l-kulur politiku ta’ min imexxi jew ta’ kull membru
tal-Kunsill, ahna ghandna l-valuri u l-principji taghna u ahna ma ahna
parti mill-ebda karru politiku. Min jaqbel maghna naqblu mieghu, imma
mcappsa ma hadd jghid, x’jghid min irid. U carlatana f’dal-pajjiz hawn
hafna. Ahna f’kull hin u f’kull mument u f’kull cirkostanza, dak li
ghandna nghidu, nghiduh bla tlaqlieq. It-tmun li jmexxiena huma
l-principji taghna. U l-principji taghna huma cari. L-aktar li
ninfasizzaw huma dawn:


•    Ahna favur id-demokrazija
•    Ahna favur il-kummerc hieles
•    Ahna favur it-tnaqqis tal-burokrazija
•  
 Ahna favur sistema ta’ taxxi li tiffavurixxi t-tkattir tal-gid u ma
tikkastigax lil min jirsisti u lil min ghandu l-inizjattiva
•  
 Ahna favur it-tferrix tal-gid fost is-setturi kollha tas-socjeta u
mat-teritorju kollu ta’ Malta u Ghawdex. Ahna nemnu bis-serjeta
fis-sostenibilita’ tal-ekonomiji fil-lokalitajiet taghna
•    Ahna nemmnu fil-kommunita’: ahjar nahdmu flimkien milli bil-glied, ahjar nahdmu fl-armonija milli bit-theddid
•    Ahna nemmnu fl-ambjent: irridu pajjiz aktar nadif, arja aktar nadifa, u madwar li jaghmilna kburin
•    Ahna irridu pajjiz efficjenti fejn l-inizjattiva privata tkun inkoraggita u l-efficjenza premjata
•  
 Ahna ma rridux hela tar-rizorsi: irridu l-ahjar uzu ta’ rizorsi ta’
pajjizna biex flimkien nghagglu l-izilupp u jinqeda kulhadd  skond
il-htiega
•    Ahna irridu li pajjizna  jkollu ekonomija b’sahhitha,
b’anqas dejn nazzjonali, bla deficit fil-finanzi pubblici u bi trazzin
serju tan-nefqa pubblika
•    Irridu amministrazzjoni li tkun vera
accountable lejna lkoll u dak li ghandna u li hdimna u qed nahdmu
ghalieh bhala individwi u bhala negozju ma jehodulniex  haddiehor biex
iberbqu
•    Ahna favur il-gustizzja socjali, gustizzja li taghti
lil kulhadd dak li jehtieg u li ma tippermettix is-serq u l-ippremjar
tal- ghazz
•    Irridu sistema fejn meta wiehed ikun stinka matul
il-hajja tax-xoghol tieghu jkun jista’ jirtira u jsib is-serhan li
jixraqlu b’ghixien komdu
•    Nemmnu li dan pajjiz fejn il-gid
jista’ jikber u jibqa jikber jekk kull min hu fil-gvern jibqa’ jsostni
l-inizjattiva privata u l-investiment privat

Ahna fuq kollox
nemnu f”pajjizna u nirsistu u nahdmu biex f’pajjizna jikber ix-xoghol
li jinholoq bis-sahha tal-investituri privati li bhalna jemmnu
f’pajjizna u jridu klima ta’ inkoraggiment u ta fiducja.
Dawn mhux
xi principji ta’ barra minn hawn. Pero xejn ma jsir wahdu. Jekk illum
hafna affarjiet nohduhom bhala fatt dan hu hekk ghax ta’ qabilna u ahna
hdimna biex f’Malta dawn il-principji jkunu accettati.

Ahna
stinkajna biex dhalna fl-Unjoni Ewropea anke akkost tas-sagrificcji li
x’uhud minna kellhom jaghmlu biex nibdlu u nirriformaw n-negozju
taghna, jew sahansitra nibdlu n-negozju taghna, ghax nemmnu li l-Ewropa
hi l-aqwa garanzija ta’ dawn il-principji u hi l-ahjar garanzija li
s-suq zghir taghna jkun jista’ jikber biex l-kummerc jkompli jespandi u
uliedna jkunu jistghu jibqghu jkabbru. Malta zghira wisq ghal hiljiet
tal-Maltin u Ghawdxin tal-lum, u zgur li ghal ta’ ghada irridu nwessghu
s-swieq taghna. L-Ewropa tfisser tkabbir u gid. Sigurezza u
opportunitajiet assigurati ghalina lkoll.
Ma niddejqu qatt nghidu
f’hiex  nemmnu. Ahna tlaqna kwazi bix-xejn. Illum ahna organizzazjoni
ta’ eluf ta’ membri immexxija minn nies professjonali, stmati f’Malta u
fuq livell Ewropew. Ahna mhux ghaqda li tgerger biss. Min igerger u
jikritika biss f’Malta hawn hafna u hawn min ma jghajja qatt igerger u
jikritika biss. Ahna nisimghu lin-nies taghna, niehdu pariri ta’ shabna
fuq livell Ewropew u tal-esperti taghna u mmorru ghand l-awtoritajiet
b’soluzzjonijiet alternattivi ghal dak li jfasslu wahedhom l-politici u
l-burokratici. Meta jkellmuna minn qabel, nghinu l-awtoritajiet jaghmlu
l-affarjiet sewwa. Meta jfajjru wahedhom, ahna nikkritikaw b’mod
kostruttiv u nirsistu biex l-affarjiet jew jinbidlu jew jinholqu skemi
biex itaffu l-impatt negattiv tad-decizjonijiet li jkunu qed jigu
imposti fuq in-nies taghna. Hekk qed naghmlu fuq it-tariffi tad-dawl u
l-ilma u fuq il-ligi tal-kera.


Ahna ma mbaxxux rasna ghax
hemm xi hadd li jridna nghamlu hekk. Ahna meta naqblu, naqblu ghax
inkunu ippartecipajna u accettajna u qbilna. Mhux se nikritikaw
sempliciment ghax haddiehor hekk jippretendi li ghandna naghmlu. Ahna
ma jintimidana hadd la biex nghidu  iva u lanqas  biex nghidu le  biex
xi hadd icappcpilna. Ahna n-nies taghna irridulhom il-gid. Irridu li
n-nies taghna jkunu f’pozizzjoni ahjar li jkabbru, jirrinovaw,
jirristrutturaw u jhaddmu aktar nies u joholqu aktar gid. Nikbru ahna u
maghna jikber u jgawdi haddiehor u jgawdi l-pajjiz kollu.


It-triq
li mxejna f’sittin sena kienet twila u kburin b’li ghamilna. It-triq li
baqghalna quddiemna hi twila wkoll. Jien zgur li hi isbah, imma mhux
ehfef. Hi triq li trid twassalna biex lil pajjizna naghmluh gawrha
fl-Ewropa. Irridu nahdmu. In-nies tan-negozju u s-self employed iridu
jifmu li wahedhom jbghatu aktar u jdumu ma jaslu. Flimkien fil-GRTU
ix-xoghol isir ahjar. Min mhux maghna ghax irid u ghax jixxahhah.
Bil-ftit ta’ kulhadd inkomplu nibnu lill-GRTU biex taghti servizzi
ahjar. GRTU b’sahhita hi garanzija li d-drittijiet u
l-aspirazzjonijiet  taghna huma mharsa.


Din is-sena mhux ser
tkun sena facli, ghalaqniha b’waqa’ serja fil-bejgh u b’waqa’ fir-rata
anwali tat-tkattir ekonomiku nazzjonali. Fis-sitt xhur li gejjin ahna
irridu nizguraw li l-gvern ihaddem dawk l-iskemi kollha possibbli biex
l-industrija, il-kummerc u t-turizmu jrendina aktar u biex ma jkomplux
jghalqu aktar negozji. Investiment gdid gej u progetti godda l-gvern
qed iwettaq u pajjizna dan ghandu bzonnu hafna. Imma rridu wkoll
nibzghu ghas-sidien tan-negozji z-zghar u medji u ghas-self employed.
Irridu li l-Banek Kummercjali jkunu anqas iebsin man-nies taghna.
Irridu li l-awtoritajiet tat-taxxi jghatu aktar nifs lil min din
is-sena qieghed minn taht. Irridu lil Enemalta u l-burokraziji kollha
tifhem li din is-sena iebsa anke ghal min is-soltu jhallas fil-pront.
Irridu aktar kooperazzjoni, inqas bullijjar, inqas impozizzjoni. Aktar
inkoraggiment. Aktar ghajnuna. Aktar serhan l-mohh. Flimkien naslu.


Ahna
fil-GRTU irridu Kunsill ta’ nies kapaci. Nies li kapaci jahdmu id f’id
ma min b’hila mexxu l-GRTU f’dawn l-ahjar snin tant krucjali
ghall-pajjizna. Ma rridux nies li jigu hawn biss biex ifettqu u
jgergru. Irridu nies li lesti biex jerfghu u herqana b’soluzzjonijiet
prattici li wiccna minn quddiem kapaci inressqu lill- awtoritajiet. Dan
hu it-timbru taghna. Ghaqda ta’ hegga, ta’ hila u ta’ idejat u ta’
soluzzjonijiet. L-entuzjazmu fil-GRTU ma jonqos u rridu inkattruh.
Tiddejqux ghalhekk li tellghu fil-Kunsill nies ta’  kuragg , nies
posittivi. Nies ta’ hila.


Is-sena d-diehla se tkun iebsa.
Irridu tim kapaci u tim maqghud. Jien fiducjuz li taghzlu sewwa. Jien
fiducjuz li l-maltemp ekonomiku li qed jolqotna, Malta tirbahhlu. Jien
fiducjuz  li l-Gvern ikun kapaci jserrah fuq il-GRTU biex ix-xoghol
jihfief u r-rizultat ikun ahjar.
Imma ahna irridu nkunu hemm. Sodi u b’nies kapaci.


Lilkhom
ilkoll u l-familja taghkhom nawguralkom sena tajba u nirringrazzjakom
tas-sapport kollu li tajtuni f’dawn is-snin kollha li ili President.


Lid-Direttur
Generali Vince Farrugia u lill- istaff formidabbli taghna u
lill-Kunsilliera li ghinuni u lill-membri kollha tal-Kumitati u lil
tant membri u voluntiera li jahdmu minn qalbhom ghall-GRTU,
nirringrazzjakom u nawguralkom sena mill-aqwa.


Nistidinkom issa biex tinaghqdu mieghi ghall-riceviment zghir halli flimkien nilqghu is-sena il-gdida.

 

 

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).