DISKORS TAL-PRESIDENT
Il-WIEHED U SITTIN LAQGHA GENERALI ANNWALI
Il-HADD 17 ta’ Jannar 2010
Nilqaghkhom ghal din l-Wiehed u Sittin Laqgha Generali. Din is-sena iccelebrajna bi kbir is-sittin sena.
Meta nharsu lura malajr nifhmu ghaliex wara sittin sena l-GRTU illum hi b’sahhita aktar minn qatt qabel. Ahna ma twelidniex b’kumbinazzjoni. Twelidna ghax Malta, anke sittin sena ilu, kienet qed tinbidel u s-sidien tan-negozju u s-self employed kienu taht il-mannara. Il-haddiema tal-paga mal-partikular u l-haddiema mal-gvern, u dak iz-zmien dawk mas-servizzi Ingliz, qamu u riedu d-drittijiet taghhom u waqqfu t–trade unions kbar tal-haddiema. Ir-rizultat malajr kien deher, ghax bdew it–taxxi u l-pizijiet fuq is-sidien u fuq is-self employed. Ghax f’Malta dejjem hekk konna. Jekk jien migdum, nara li haddiehor ikun migdum ukoll, u flimkien naraw li hadd ma jingidem. Il-GRTU ghalhekk twaqqfet, biex fil-pajjiz ikun hawn ftit tal-bilanc. Mhux ghax haddiehor kbir fin-numru allura tghaddi tieghu. Ridna li l-lehen tas-self- employed u tas-sid tan-negozju jinstema wkoll. In-nies taghna jaghtu servizz lill-komunita, jhaddmu flushom, jirsistu u jinvestu u jhaddmu n-nies u huma wkoll ghandhom drittijiet kemm bhala sidien ta’ negozji kif ukoll bhala cittadini. Fil-GRTU ahna kburin li konna dejjem ahna t-targa tas-sid tan-negozju z-zghir u medju. Ahna li poggejna l-interessi tas-sid tan-negozju fuq l-Agenda Nazzjonali ta’ pajjizna.
Il-GRTU
wahedha ghall- dawn l-ahhar sittin sena harget ghonqa ghas-sidien u
s-self employed kien min kien fil-gvern. Imma dejjem wahda: jekk
nikritikaw lil ta’ naha mela ahna man-naha l-ohra. Il-verita hi izda,
li hu x’inhu l-kulur politiku ta’ min imexxi jew ta’ kull membru
tal-Kunsill, ahna ghandna l-valuri u l-principji taghna u ahna ma ahna
parti mill-ebda karru politiku. Min jaqbel maghna naqblu mieghu, imma
mcappsa ma hadd jghid, x’jghid min irid. U carlatana f’dal-pajjiz hawn
hafna. Ahna f’kull hin u f’kull mument u f’kull cirkostanza, dak li
ghandna nghidu, nghiduh bla tlaqlieq. It-tmun li jmexxiena huma
l-principji taghna. U l-principji taghna huma cari. L-aktar li
ninfasizzaw huma dawn:
• Ahna favur id-demokrazija
• Ahna favur il-kummerc hieles
• Ahna favur it-tnaqqis tal-burokrazija
•
Ahna favur sistema ta’ taxxi li tiffavurixxi t-tkattir tal-gid u ma
tikkastigax lil min jirsisti u lil min ghandu l-inizjattiva
•
Ahna favur it-tferrix tal-gid fost is-setturi kollha tas-socjeta u
mat-teritorju kollu ta’ Malta u Ghawdex. Ahna nemnu bis-serjeta
fis-sostenibilita’ tal-ekonomiji fil-lokalitajiet taghna
• Ahna nemmnu fil-kommunita’: ahjar nahdmu flimkien milli bil-glied, ahjar nahdmu fl-armonija milli bit-theddid
• Ahna nemmnu fl-ambjent: irridu pajjiz aktar nadif, arja aktar nadifa, u madwar li jaghmilna kburin
• Ahna irridu pajjiz efficjenti fejn l-inizjattiva privata tkun inkoraggita u l-efficjenza premjata
•
Ahna ma rridux hela tar-rizorsi: irridu l-ahjar uzu ta’ rizorsi ta’
pajjizna biex flimkien nghagglu l-izilupp u jinqeda kulhadd skond
il-htiega
• Ahna irridu li pajjizna jkollu ekonomija b’sahhitha,
b’anqas dejn nazzjonali, bla deficit fil-finanzi pubblici u bi trazzin
serju tan-nefqa pubblika
• Irridu amministrazzjoni li tkun vera
accountable lejna lkoll u dak li ghandna u li hdimna u qed nahdmu
ghalieh bhala individwi u bhala negozju ma jehodulniex haddiehor biex
iberbqu
• Ahna favur il-gustizzja socjali, gustizzja li taghti
lil kulhadd dak li jehtieg u li ma tippermettix is-serq u l-ippremjar
tal- ghazz
• Irridu sistema fejn meta wiehed ikun stinka matul
il-hajja tax-xoghol tieghu jkun jista’ jirtira u jsib is-serhan li
jixraqlu b’ghixien komdu
• Nemmnu li dan pajjiz fejn il-gid
jista’ jikber u jibqa jikber jekk kull min hu fil-gvern jibqa’ jsostni
l-inizjattiva privata u l-investiment privat
Ahna fuq kollox
nemnu f”pajjizna u nirsistu u nahdmu biex f’pajjizna jikber ix-xoghol
li jinholoq bis-sahha tal-investituri privati li bhalna jemmnu
f’pajjizna u jridu klima ta’ inkoraggiment u ta fiducja.
Dawn mhux
xi principji ta’ barra minn hawn. Pero xejn ma jsir wahdu. Jekk illum
hafna affarjiet nohduhom bhala fatt dan hu hekk ghax ta’ qabilna u ahna
hdimna biex f’Malta dawn il-principji jkunu accettati.
Ahna
stinkajna biex dhalna fl-Unjoni Ewropea anke akkost tas-sagrificcji li
x’uhud minna kellhom jaghmlu biex nibdlu u nirriformaw n-negozju
taghna, jew sahansitra nibdlu n-negozju taghna, ghax nemmnu li l-Ewropa
hi l-aqwa garanzija ta’ dawn il-principji u hi l-ahjar garanzija li
s-suq zghir taghna jkun jista’ jikber biex l-kummerc jkompli jespandi u
uliedna jkunu jistghu jibqghu jkabbru. Malta zghira wisq ghal hiljiet
tal-Maltin u Ghawdxin tal-lum, u zgur li ghal ta’ ghada irridu nwessghu
s-swieq taghna. L-Ewropa tfisser tkabbir u gid. Sigurezza u
opportunitajiet assigurati ghalina lkoll.
Ma niddejqu qatt nghidu
f’hiex nemmnu. Ahna tlaqna kwazi bix-xejn. Illum ahna organizzazjoni
ta’ eluf ta’ membri immexxija minn nies professjonali, stmati f’Malta u
fuq livell Ewropew. Ahna mhux ghaqda li tgerger biss. Min igerger u
jikritika biss f’Malta hawn hafna u hawn min ma jghajja qatt igerger u
jikritika biss. Ahna nisimghu lin-nies taghna, niehdu pariri ta’ shabna
fuq livell Ewropew u tal-esperti taghna u mmorru ghand l-awtoritajiet
b’soluzzjonijiet alternattivi ghal dak li jfasslu wahedhom l-politici u
l-burokratici. Meta jkellmuna minn qabel, nghinu l-awtoritajiet jaghmlu
l-affarjiet sewwa. Meta jfajjru wahedhom, ahna nikkritikaw b’mod
kostruttiv u nirsistu biex l-affarjiet jew jinbidlu jew jinholqu skemi
biex itaffu l-impatt negattiv tad-decizjonijiet li jkunu qed jigu
imposti fuq in-nies taghna. Hekk qed naghmlu fuq it-tariffi tad-dawl u
l-ilma u fuq il-ligi tal-kera.
Ahna ma mbaxxux rasna ghax
hemm xi hadd li jridna nghamlu hekk. Ahna meta naqblu, naqblu ghax
inkunu ippartecipajna u accettajna u qbilna. Mhux se nikritikaw
sempliciment ghax haddiehor hekk jippretendi li ghandna naghmlu. Ahna
ma jintimidana hadd la biex nghidu iva u lanqas biex nghidu le biex
xi hadd icappcpilna. Ahna n-nies taghna irridulhom il-gid. Irridu li
n-nies taghna jkunu f’pozizzjoni ahjar li jkabbru, jirrinovaw,
jirristrutturaw u jhaddmu aktar nies u joholqu aktar gid. Nikbru ahna u
maghna jikber u jgawdi haddiehor u jgawdi l-pajjiz kollu.
It-triq
li mxejna f’sittin sena kienet twila u kburin b’li ghamilna. It-triq li
baqghalna quddiemna hi twila wkoll. Jien zgur li hi isbah, imma mhux
ehfef. Hi triq li trid twassalna biex lil pajjizna naghmluh gawrha
fl-Ewropa. Irridu nahdmu. In-nies tan-negozju u s-self employed iridu
jifmu li wahedhom jbghatu aktar u jdumu ma jaslu. Flimkien fil-GRTU
ix-xoghol isir ahjar. Min mhux maghna ghax irid u ghax jixxahhah.
Bil-ftit ta’ kulhadd inkomplu nibnu lill-GRTU biex taghti servizzi
ahjar. GRTU b’sahhita hi garanzija li d-drittijiet u
l-aspirazzjonijiet taghna huma mharsa.
Din is-sena mhux ser
tkun sena facli, ghalaqniha b’waqa’ serja fil-bejgh u b’waqa’ fir-rata
anwali tat-tkattir ekonomiku nazzjonali. Fis-sitt xhur li gejjin ahna
irridu nizguraw li l-gvern ihaddem dawk l-iskemi kollha possibbli biex
l-industrija, il-kummerc u t-turizmu jrendina aktar u biex ma jkomplux
jghalqu aktar negozji. Investiment gdid gej u progetti godda l-gvern
qed iwettaq u pajjizna dan ghandu bzonnu hafna. Imma rridu wkoll
nibzghu ghas-sidien tan-negozji z-zghar u medji u ghas-self employed.
Irridu li l-Banek Kummercjali jkunu anqas iebsin man-nies taghna.
Irridu li l-awtoritajiet tat-taxxi jghatu aktar nifs lil min din
is-sena qieghed minn taht. Irridu lil Enemalta u l-burokraziji kollha
tifhem li din is-sena iebsa anke ghal min is-soltu jhallas fil-pront.
Irridu aktar kooperazzjoni, inqas bullijjar, inqas impozizzjoni. Aktar
inkoraggiment. Aktar ghajnuna. Aktar serhan l-mohh. Flimkien naslu.
Ahna
fil-GRTU irridu Kunsill ta’ nies kapaci. Nies li kapaci jahdmu id f’id
ma min b’hila mexxu l-GRTU f’dawn l-ahjar snin tant krucjali
ghall-pajjizna. Ma rridux nies li jigu hawn biss biex ifettqu u
jgergru. Irridu nies li lesti biex jerfghu u herqana b’soluzzjonijiet
prattici li wiccna minn quddiem kapaci inressqu lill- awtoritajiet. Dan
hu it-timbru taghna. Ghaqda ta’ hegga, ta’ hila u ta’ idejat u ta’
soluzzjonijiet. L-entuzjazmu fil-GRTU ma jonqos u rridu inkattruh.
Tiddejqux ghalhekk li tellghu fil-Kunsill nies ta’ kuragg , nies
posittivi. Nies ta’ hila.
Is-sena d-diehla se tkun iebsa.
Irridu tim kapaci u tim maqghud. Jien fiducjuz li taghzlu sewwa. Jien
fiducjuz li l-maltemp ekonomiku li qed jolqotna, Malta tirbahhlu. Jien
fiducjuz li l-Gvern ikun kapaci jserrah fuq il-GRTU biex ix-xoghol
jihfief u r-rizultat ikun ahjar.
Imma ahna irridu nkunu hemm. Sodi u b’nies kapaci.
Lilkhom
ilkoll u l-familja taghkhom nawguralkom sena tajba u nirringrazzjakom
tas-sapport kollu li tajtuni f’dawn is-snin kollha li ili President.
Lid-Direttur
Generali Vince Farrugia u lill- istaff formidabbli taghna u
lill-Kunsilliera li ghinuni u lill-membri kollha tal-Kumitati u lil
tant membri u voluntiera li jahdmu minn qalbhom ghall-GRTU,
nirringrazzjakom u nawguralkom sena mill-aqwa.
Nistidinkom issa biex tinaghqdu mieghi ghall-riceviment zghir halli flimkien nilqghu is-sena il-gdida.