Illum pajjiżna għandu sfida ġdida. Hu importanti li
jiġi enfasizzat li l-kwistjoni li għandna quddiemna hija waħda Nazzjonali.
Il-poplu Malti dejjem għaraf il-mument li fih irid jiddeċiedi bħala poplu. Illum
qed ngħixu fi żmien bħal dan. Hi deċiżjoni li l-poplu Malti jrid jieħu għaliex
taffetwana lkoll, kemm jekk aħna mpjegati, kemm jekk aħna rtirati, kemm jekk
aħna żgħażagħ, kemm jekk aħna nisa tad-dar. Iżda żgur u mhux lanqas, taffetwana
jekk aħna self-employed jew proprjetarji ta’ negozji żgħar jew kbar. Hu x’inhu
n-natura tax-xogħol li mmexxu, kemm jekk hu xogħol ta’ snajja jew trasport,
xogħol ta’ biedja jew sajd, xogħol ta’ servizzi jew professjoni, u aktar u aktar
xogħol ta’ intraprendenza u xogħol ta’ ħwienet.
Id-deċiżjoni li jrid jieħu
pajjiżna fit-8 ta’ Marzu tolqot żgur u bil-kbir lil kull min qiegħed
fin-negozju. Dawn forsi aktar minn kull settur ieħor iridu jiddeċiedu u jieħdu
deÄ‹iżjoni tajba. Ilkoll flimkien in-negozji ż-żgħar ta’ pajjiżna jiffurmaw aktar
minn disgħin fil-mija tal-intrapriżi tagħna, u jinkludi flimkien l-impjieg ta’
aktar minn ħamsa u għoxrin elf persuna. Għalhekk illum bla dubju ta’ xejn
insejħulhom is-sinsla ta’ pajjiżna. Iż-żgħir tal-bieraħ hu l-kbir tal-lum,
il-kbir ta’ għada hu ż-żgħir tal-lum. Intom li qegħdin fin-negozju ħobżkom,
fluskom, l-interessi kollha tagħkom u ta’ dawk li jridu minnkom, il-familji
tagħkom, il-ħaddiema tagħkom u x-xerrejja tagħkom, huma marbutin bil-kbir
mal-futur ta’ pajjiżna.
Intom decision-makers. Min ma jkunx kapaċi jiddeċiedi
sewwa fin-negozju ma jfendix. Intom li taħdmu għal raskom żgur ma tistgħux
toqogħdu lura quddiem din id-deċiżjoni hekk importanti għall-futur tagħna lkoll.
Ma tistgħux tħallu lil ħaddieħor jiddeċiedi għalikom u intom tibqgħu gallerija.
Tridu tiddeċiedu.
Il-Gvern immexxi minni matul dawn l-aħħar snin ta l-akbar
spazju possibbli lil kull min jirrappreżenta lin-nies li jaħdmu għal rashom
bħala sidien tal-ħwienet u negozjanti, jew self-employed minn kull qasam, biex
jikkontribwixxu direttament fil-preparazzjonijiet kollha li l-gvern kien qed
jagħmel biex ikunu negozjati l-aħjar kundizzjonijiet għas-sħubija ta’ Malta
fl-Unjoni Ewropea. Aħna qatt ma kellna dubju li s-sħubija ta’ Malta f’għaqda
ġenwina mal-pajjiżi ħielsa tal-Ewropa kienet ser issaħħaħna minn kull lat.
Bis-sħubija ser immorru aħjar ekonomikament, ser insaħħu l-kultura tagħna, ser
intejbu l-ambjent u l-edukazzjoni. Fuq kollox sħubija fl-Unjoni Ewropea ser
tagħti aktar sikurezza lill-pajjiżna. Għalkemm dejjem emminna fl-ideali ta’
l-Unjoni Ewropea fhimna li rridu nirranġaw il-libsa sabiħa Ewropea biex
toqgħodilna sewwa. L-iskop ewlieni tan-negozjati kien għalhekk biex ikun żgurat
li dak li ma kienx joqgħodilna sewwa nirranÄ¡awh. NerÄ¡a’ ngħid: qatt ma kellna
dubju dwar l-importanza u l-vantaġġ tas-Sħubija, xogħolna iżda kien li s-sħubija
nagħmluha aktar soda.
Il-GRTU f’isimkom, sezzjoni sezzjoni, u settur settur
rappreżentat minnha, flimkien mal-għaqdiet l-oħra li jirrapreżentaw lin-negozji
ta’ pajjiżna, bħall-FOI, il-Kamra tal-KummerÄ‹ u l-MHRA, kif ukoll in-numru bla
qies ta’ assoÄ‹jazzjonijiet li jirrapreżentaw oqsma differenti tal-firxa ta’ nies
li jaħdmu għal rashom, kollha ġew ikkonsultati matul dawn in-negozjati. Mhux
biss ikkonsultati u mistiedna jagħmlu l-analiżi tas-settur tagħhom u
jipparteċipaw direttament fit-tfassil tad-dokument li kien ippreparat
għan-negozjati, iżda baqgħu jiġu kkonsultati sal-aħħar ukoll wara r-risposti
finali mill-Unjoni Ewropea. Qatt fl-istorja ta’ Malta ma saret konsultazzjoni
hekk wiesa’.
Min ma pparteÄ‹ipax f’dan l-eżerÄ‹izju enormi li fih ipparteÄ‹ipaw
tant nies mhux faÄ‹li japprezza l-qabża ta’ kwalità li qed issir f’pajjiżna. Ma
jistax jifhem li l-bidla l-aktar importanti li rridu nagħmlu bħala Maltin biex
nipparteÄ‹ipaw bħala ugwali, b’ħila u bi dritt, f’din il-familja kbira tagħna
Ewropeja diÄ¡à saret. Għalhekk, kull min hu f’sensih ma jistax jifhem kif għad
hawn min qed jipprova jbeżża’ l-Maltin mill-bidla. DiÄ¡à bdejna mixjin, il-bidla
diÄ¡à qed issir, b’konsultazzjoni mhux b’impożizzjoni u r-riżultati bdew jidhru.
Ma jaqbel għal ħadd li issa nieqfu u nitfgħu kollox lura. U għalfejn?
Għaliex?
Dawk kollha li pparteÄ‹ipaw magħna, ma’ kapijiet tad-dipartimenti u
tal-awtoritajiet u korporazzjonijiet statali, tgħallmu x’inhi u kif taħdem
l-Unjoni Ewropea. Dawn in-nies kollha fehmu li l-bidla f’pajjiżna bdiet. Jafu li
r-ritmu beda u jkun ta’ ħsara jekk jitwaqqaf, u mhu interessat ħadd minnhom li
jwaqqfu.
F’dawk il-laqgħat ta’ konsultazzjonijiet ix-xogħol sar b’reqqa
kbira. Ä ie studjat kull pass, sar analiżi ta’ settur settur tax-xogħol li qatt
qabel pajjiżna ma ra bħalu. Qed jitwaqqfu istituzzjonijiet, isiru liġijiet ġodda
u jinbidlu regolamenti li dwarhom sar ftehim. Sar ftehim għaliex huma kollha
immirati biex nibdlu l-mod kif sal-lum saru l-affarijiet f’pajjiżna. Saru fuq
mudell, dak tal-Unjoni Ewropea, dak il-famuż acquis komunitarju, li mhu xejn
għajr l-esperjenzi u l-kompromessi ta’ dak kollu li Ä¡ie miftiehem mill-Imsieħba
Soċjali Ewropej. U mhux qed isiru għax imposti minn xi ħadd. Qed isiru għax
l-Imsieħba SoÄ‹jali, flimkien mal-Gvern, qed jaqblu fuq x’inhu l-aħjar interess
ta’ pajjiżna.
Għax fl-Unjoni Ewropea m’hemmx xi gvern li jimponi. Hemm
istituzzjonijiet immexxija minn nies nominati mill-gvernijiet eletti mill-popli
ta’ pajjiżi msieħba, kollha gvernijiet eletti demokratikament. Kull deÄ‹iżjoni,
direttiva u regolament li jgħaddu hi frott tal-konsultazzjoni. Skond it-Trattat
ta’ Ruma li hu l-pern li jħaddem is-sistemi kollha tal-Unjoni Ewropea,
l-Imsieħba SoÄ‹jali, b’mod partikolari r-rappreżentanti tas-Sidien u
tal-Ħaddiema, u dawk tas-SoÄ‹jetà ÄŠivili, inklużi s-self-employed u proprjetarji
ta’ negozji żgħar, iridu bilfors ikunu konsultati.
Din il-bidla lejn
is-sistema aktar parteċipattiva, bbażata fuq sistemi u regolamenti li jirregolaw
u jgħassu wieħed lil ieħor biex l-ebda settur, hu x’inhu, ma jinqatax u ma jkunx
eskluż, diÄ¡à bdiet taħdem f’pajjiżna. Mhux il-Gvern immexxi minni wettaq dan.
Wettaqnih aħna lkoll flimkien. Il-mexxejja tal-għaqdiet tagħkom jafu x’jien
ngħid, u kollha mill-kbir saż-żgħir ħadmu kemm felħu biex wasalna fejn
wasalna.
Dan ix-xogħol kollu għamilnieh flimkien għax nemmnu li flimkien
irridu nieħdu postna fejn jixirqilna. Tinħass ma’ dawk kollha li ħadmu
fil-MEUSAC u fl-attivitajiet kollha ta’ konsultazzjoni. Pero m’għamilniex hekk
għax rajna l-gwadann partikolari tagħna. Bħala individwi għamilnieh għax
tgħallimna flimkien li pajjiżna jixraqlu u hu kapaċi jinbidel għall-aħjar. Huma
dawk li rrifjutaw li jipparteċipaw fil-proċess li issa qed jippruvaw ibeżżgħu.
Huma dawk li ma riedux din il-bidla għall-aħjar li qegħdin ngħixu, li issa
jriduna lkoll inħottu dak li aħna flimkien bnejna b’tant għaqal u bżulija. U
nħottuh għalfejn?
Biex immorru fejn? Nerġgħu lura ma nistgħux. Kien tajjeb
kemm kien tajjeb dak kollu li għamilna lkoll flimkien b’suÄ‹Ä‹ess
mill-Indipendenza ’l hawn issa wasal fiż-żmien tiegħu. Il-figuri ekonomiÄ‹i qed
juru biċ-ċar li pajjiżna jrid żbokk ġdid. Il-Gvern qed jagħmel dak kollu li hu
possibli biex ikabbar l-ekonomija u joħloq opportunitajiet ġodda, u l-ġid u
t-tkabbir tan-negozji matul dan l-aħħar sittax-il sena kollha jixhdu li Malta
qatt ma rat daqshekk Ä¡id. Irridu nkompluh dan ir-ritmu ta’ Ä¡id. Biex jitkompla,
iżda, l-ekonomisti qed jgħidulna, irridu żbokk ġdid.
Tkellem il-gvernatur
tal-Bank ÄŠentrali tal-lum, tkellmu l-gvernaturi tal-Banek ÄŠentrali ta’ qablu,
kemm Francis Vassallo li għamilnieh aħna, kif ukoll Lino Spiteri li mexxa l-Bank
ÄŠentrali għal tant snin taħt Gvern Laburista. Tkellmu l-ekonomisti kollha ta’
esperjenza f’pajjiżna. Kollha kelma waħda, li Malta biex timxi aktar `l quddiem,
issaħħaħ lilha nnifisha bħala nazzjon u ssaħħaħ l-ekonomija tagħha, trid żbokk
Ä¡did. Dan l-iżbokk hu identifikat b’mod l-aktar Ä‹ar mill-esperti kollha li
qabbadna aħna u li qabdu l-għaqdiet li jirrapreżentaw in-negozji, il-kummerċ u
l-industriji inklużi l-GRTU. Kollha fehma waħda: Malta biex tkompli tissoda trid
tingħaqad fl-Unjoni Ewropea. Is-sistemi tal-Unjoni Ewropea huma tajbin għal
Malta. IÄ¡ibu magħhom aktar serjetà fit-tħaddim tal-ekonomija, jħaddnu forom li
huma aktar konsultattivi u parteċipattivi, jesprimu aktar fiduċja, jkattru
l-kummerċ u jkattru x-xogħol.
L-istudju ekonomiku dettaljat instigat
mill-għaqdiet tal-kummerÄ‹ u l-industrija stess, dak maħdum mill-ekonomista ta’
fama internazzjonali, il-Professur Bayar, juri biċ-ċar li Malta fl-Unjoni
Ewropea tkabbar bil-kbir il-kummerċ. Il-Professur Bayar juri fid-dettal kif
jiżdied l-infieq, jogħla bil-kbir il-livell ta’ konsum f’pajjiżna u dan għaliex
l-ekonomija titħaddem aħjar, jinġieb aktar investiment minn barra, jikbru
s-setturi kummerÄ‹jali u industrijali u t-turiżmu f’pajjiżna, u jinħoloq aktar
xogħol.
Juri kif bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea, Malta tkun tista’ tgawdi
mir-rata ta’ żvilupp tal-ekonomija nazzjonali tagħha b’żieda ta’ ħamsa punt
disgħa fil-mija fuq ir-rata li kapaÄ‹i nwettqu waħedna jekk ma nidħlux. B’din
ir-rata ta’ żvilupp hekk qawwi, nkunu nistgħu nieħdu ħsieb aħjar il-problema
tad-dejn nazzjonali, inkunu nistgħu nsolvu darba għal dejjem il-problema
tal-Budget Deficit bla ħtieÄ¡a ta’ aktar taxxi. B’rata qawwija ta’ żvilupp inkunu
nistgħu ngħollu l-istandard of living tagħna mingħajr ħtieÄ¡a ta’ piżijiet
fiskali Ä¡odda.
Il-Professur Bayar, u rapporti oħra li saru, kejlu wkoll
l-alternattiva, dik li nibqgħu kif aħna b’association agreement, jew kif qed
isejħulha issa ‘Partnership’. Huma x’inhuma l-kundizzjonijiet fi ftehim bħal
dan, bilfors li jkunu nferjuri għal dak li akkwistajna lkoll flimkien. Kull
espert li tkellimna miegħu, ekonomisti Maltin u barranin, industrijalisti ta’
fama u esperti minn kull qasam tax-xogħol, kollha fehma waħda. M’hemmx paragun
bejn sħubija u din li qed tissejjaħ ‘Partnership’. Jgħidulna l-awtorijtajiet u
kapijiet kollha ta’ gvernijiet li tkellimna magħhom. M’hemmx paragun.
Il-Professur Bayar fl-analiżi tiegħu wera wkoll biÄ‹-Ä‹ar kif il-kummerÄ‹ f’kull
qasam jibqa’ staÄ¡nat u ma jikbirx, jekk flok sħubija nibqgħu kif aħna kif
fil-fatt isir f’Partnership. Dan għaliex ma jkunx hemm l-iżbokk li l-ekonomija
Maltija għandha bżonn. Bla żbokk ġdid il-kummmerċ ibati. Bi sħubija l-kummerċ
jikber bil-kbir.
Għalhekk, ħbieb tiegħi, ngħidilkom li intom li tridu
mill-kummerÄ‹, intom li tridu mit-tkabbir tal-ekonomija, m’għandkomx għażla.
L-għażla għalikom żgur li hi waħda: sħubija fl-Unjoni Ewropea llum qabel għada.
Kieku qed tqisu biss ix-xogħol tagħkom, u l-ġid tan-negozju tagħkom, tal-familji
tagħkom u tal-impjegati tagħkom, diÄ¡à hu biżżejjed biex tgħidu ‘IVA’.
Iżda
barra dan kollu hemm l-interess nazzjonali. Pajjiżna jixraqlu jieħu postu
fl-Ewropa Waħda. Aħna l-Maltin soffrejna tant biex l-Ewropa llum hi ħielsa
mill-biża tal-gwerra. Xerridna demmna biex l-Ewropa ħelset minn tant terrur li
minn żmien għal żmien ħakem il-Kontinent Ewropew matul is-sekli. L-akbar terrur
forsi tas-seklu l-ieħor, in-Naziżmu u l-Faxxiżmu. Aħna li naqsmu ma’ l-Ewropej
il-valuri tagħna kulturali, ta’ libertà u ta’ demokrazija, ta’ ħajja fis-sigurtà
u ta’ serħan il-moħħ, kif jista’ jkollna qalb ngħidu LE għal din l-opportunità
tad-deheb li ħdimna għalih ilkoll. Kif jista’ jkun li, meta f’April li Ä¡ej
id-disgħa pajjiżi l-oħra li bħalna ħadmu biex jissieħbu fl-Unjoni Ewropea
jiffirmaw it-Trattat tas-Sħubija tagħhom fl-Unjoni Ewropea, aħna nkunu l-uniku
pajjiż li ma nkunux hemm. Kif jista’ jkun li aħna ma nkunux hemm bi dritt f’jum
ta’ festa hekk kbira għal Ewropej kollha.
Alla ħabbna lilna l-Maltin. Tagħna
opportunità tad-deheb għal futur mill-aqwa. Kif jista’ jkun li ngħidu LE.
Għalhekk ngħidilkom l-għażla hi waħda: dik ta’ sħubija fl-Unjoni Ewropea.
Nixtieqkom ħbieb tiegħi li toħorÄ¡u minn hawn konvinti li fit-8 ta’ Marzu tagħmlu
dmirkom. Il-vot IVA tagħkom tibqgħu tiftakruh għal għomorkom kollu. Tiftaħru
fis-snin li Ä¡ejjin, intom stess u ma’ uliedkom, li meta l-Maltin intalbu biex
jiddeċiedu, intom kontu hemm. Li intom dmirkom għamiltuh. Li intom kontu hemm u
għedtu IVA.
|