Fabian Demicoli

Diskors ta’ Mr Vince Farrugia waqt Konferenza Nazzjonali 23 ta’ Frar 2003

Eccellenza, kelliema mistiedna u hbieb. Nirringrazzjakom jien
ukoll li gejtu hawn dalghodu. Il-GRTU ghan-nom taghkom hadet din il-kwistjoni
tal-Unjoni Ewropeja bl-akbar serjeta’ sa mill-bidu nett. Kien hemm zmien meta
l-Kunsill tal-GRTU kien iddecieda, hafna qabel ma Malta dahlet fid-dettal ta’ xi
tfisser Shubija fl-Unjoni Ewropeja, li jkun ahjar li Malta taghmel parti minn
dik li kienet tissejjah il-Komunita’ Ewropeja. Dan kien fi zmien meta
l-principju tal-liberalizazzjoni tal-kummerc ma kienx ghadu gie accettat
mill-partiti politici kollha Maltin u mill-imsiehba socjali kollha. Kien zmien
meta n-negozjant Malti hass il-futur tieghu mhedded b’mizuri li kienu qed
jittiehdu u li fl-opinjoni tal-kummercjanti u tal-mexxejja taghhom kienu mhux
biss qed irazznu il-kummerc izda kienu ta’ theddida ghal futur ta’ pajjizna
bhala stat fejn il-kummerc hieles seta’ jahdem, jikber u jaghti sehmu biex
ikabbar il-gid tal- pajjiz.

 


Fortunatament ghalina lkoll izda, dak
iz-zmien ghadda, illum kulhadd jaccetta l-principji ta’ ekonomija bbazata fuq
it-thaddiem tas-suq hieles bl-anqas intervent mill-istat u fejn l-imsiehba
socjali jinghataw spazju shih biex jahdmu ghal gid tal-pajjiz. Il-lum filwaqt li
l-GRTU ghadha thares lejn l-Unjoni Ewropeja bhala forza kbira u qawwija
fid-dinja favur id-demokrazija u l-valuri ta’ liberta fil-kummerc u thaddiem
tar-regoli tas-suq hieles li huma principji fundamentali u gheziez hafna
ghall-GRTU u l-imsiehba taghna. Il-GRTU illum m’ghadhiex tqies li hemm htiega,
akkost ta’ kollox, li nkunu fl-Unjoni Ewropeja, bhala salvagwardja
ghad-drittijiet taghna bhala negozjanti.

Il-GRTU ghadha temmen izda, li
jkun ahjar ghal pajjizna li jkun hemm tarka li tipprotegi lill-kummercjant Malti
pero dan mhux necessarjament billi Malta tissieheb fi blokk ekonomiku regjonali.
Ifisser dan allura li l-GRTU daret kontra s-Shubija ta’ Malta fl-Unjoni
Ewropeja, jew l-GRTU tqies li s-Shubija mhux tajba ghall- businessman Malti. Le,
mhux dan li qed tghid il-GRTU. Il-GRTU matul dawn l-ahhar snin, kemm ilhom li
bdew bis-serjeta’ l-preparattivi ghas-Shubija hassitha libera bhala Korp
Kostitwit Nazzjonali ewlieni li tersaq ghal ezercizzju twil u dettaljat ta’
konsultazzjoni kemm f’Malta kif ukoll fi Brussel, bla ebda pregudizzju favur jew
kontra. Il-GRTU bl-aktar mod oggettiv u pozittiv rat l-ewwelnett x’kien l-ahjar
interess tal-membri taghha u tas-setturi rapprezentati minnha b’mod generali u
wara dahlet ukoll fid-dettal ta’ x’kien jaqbel settur, settur.

B’mod
generali il-Kunsill Ezekuttiv tal-GRTU elenka principji fundamentali li fuqhom
ibbaza l-konsultazzjonijiet kollha u zgura li fil-konkluzzjoni ta’ kull Kapitlu
negozjat, dawn ikunu addottati. Il-GRTU ibbazat fuq dan:

ï‚· Liberta
ghas-self employed u s-sid tan–negozju Malti li jahdem bla xkiel u li jezercita’
l-professjoni tieghu
ï‚· Harsien tan-negozjant Malti mill-abbuzi ta’ dumping,
operat ta’ nies bla licenzja, operat minn nies bla kwalifika u kull abbuz iehor
li jxekkel il-kompetizzjoni gusta fis-suq intern Malti.
ï‚· Thaddiem ta’
sistema li filwaqt li tgholli l-istandards ma tohloqx rigidita zejda u pizijiet
bla bzonn.
ï‚· Holqien ta skemi ta’ assistenza finanzjarja, agevolazzjonijiet
fiskali, u fejn hemm bzonn progetti biex s-setturi li jistghu jintlaqtu hazin
isibu l-mezzi biex jaddottaw u jizviluppaw.
ï‚· Holqien ta’ instituzzjonijiet u
skemi biex is-self employed u n-negozjant Malti jkabbar il-kummerc tieghu u jkun
jista’ jiffaccja kull kompetizzjoni gejja minn fejn hi gejja.
ï‚· Skemi u
ghajnuniet biex matul is-snin in-negozjant Malti jkun f’pozizzjoni li jizviluppa
l-intrapriza tieghu biex jiehu l-vantaggi kollha li jinfethulu hekk kif Malta
tissieheb fis-Suq Wiehed kbir Ewropew.
ï‚· Ghajnuna lill-GRTU u ghaqdiet ohra
li jirraprezentaw lis-self employed u lin-negozjant Malti biex jinholqu skemi
godda ta’ tahrig u skemi godda li jwasslu l-entrepreneur Malti biex juza l-aktar
sistemi moderni ta’ komunikazzjoni elettronika li jghinuh ifendi fuq l-istess
livell tan-negozjanti l-ohra Ewropej.
ï‚· Assigurazzjoni li ma jsirux skemi li
minnhom jabbuzaw il-ftit biex jikkompetu ngustament fis-suq Malti kontra
n-negozji zghar Maltin.
ï‚· Fuq kollox assigurazzjoni li l-Gvern isib tarf
tal-problemi finanzjarji tieghu billi jgib finanzjamenti adekwati mill-Unjoni
Ewropeja biex tkun finanzjata l-bidla u r-ristruttura mehtiega minghajr ma
jkompli jghabbi aktar taxxi fuq in-negozjant Malti.
ï‚· Koperazzjoni
mill-Awtoritajiet kollha tal-Gvern biex is-self employed u n-negozjant Malti
jinghata kull opportunita’ u zmien bizzejjed biex ilahhaq
mal-bidla.

Il-GRTU hadmet bla gheda settur, settur u ppartecipat f’aktar
laqghat differenti tal-MEUSAC minn kull ghaqda ohra nazzjonali. Mijiet ta’
membri taghna ppartecipaw f’dan l-akbar ezercizzjoni ta’ konsultazzjoni li qatt
sar f’pajjizna. Idealment dan il-process kellu jsir fuq medda ta’ xi ghaxar snin
izda sfortunatament sar biss fuq perjodu qasir ta’ dawn l-ahhar ftit snin. Pero,
hu ta’ sodisfazzjon ghalina li wara tant sieghat ta’ konsultazzjoni, studji,
laqghat u negozjati, fl-ahhar pajjizna ghalaq in-negozjati kollha ma l-Unjoni
Ewropeja. L-esperjenza kollha kienet wahda pozittiva. Dan ifisser li l-pakkett
in-negozjat mill-Gvern hu tajjeb jew li hu tajjeb ghal kulhadd? Din hi
mistoqsija difficli hafna. Li tghid il-GRTU hu, li fil-kuntest ta’ dak li kien
possibli li jintlahaq, il-principji li fuqhom ahna bnejna l-proposti u
s-submissions taghna ntlahhqu u ghal setturi partikulari r-rapprezentati minna
saru ukoll arrangamenti specjali. Il-GRTU illum qed tghid li aktar milli
gudizzju fuq il-pakkett negozjat, in-negozjant Malti ghandu jiddeciedi dwar kemm
ghandu fiducja fil-hila tas-settur pubbliku li jhaddem l-iskemi kollha ta’
assistenza u support biex minn issa l’hemm dak li ghandu jsir jsir. Dan hu
commitment li l-GRTU ser tesigi bil-kbir.

Il-GRTU m’ghandha l-ebda dubju
li jekk l-poplu Malti jiddeciedi li jiehu it-triq tas-Shubija fl-Unjoni
Ewropeja, li s-self employed u n-negozjant Malti jkun lest li jilqa l-isfida u
jasal biex ikattar il-gid tieghu ghalih, ghal familja tieghu u ghal l-impjegati
tieghu, u li fuq kollox jghin fit-tkattir tal-gid ta’ pajjizna. Izda nalludu
ruhna jekk nahsbu li dan in-negozjant u l-imprenditur Malti jista’ jaghmlu
wahdu. Il-Gvern li ser imexxi lill-Malta jekk ser nissiehbu, irid ikun dinamiku
u kapaci li jhaddem b’kapacita kbira s-sistemi kollha u l-iskemi kollha ta’
support li jkunu disponibbli ghan-negozjant u s-self emloyed Malti.
L-entrepreneur Malti, aktar minn qatt qabel irid ixammar u jkun lest ghal
l-isfida. Dan lilna u lill-imsiehba taghna ma jbezzaghnix. Izda l-isfida irridu
niffaccjawha flimkien, settur pubbliku u settur privat flimkien u msiehba
socjali, employers u trade Unons, flimkien. Jekk nibqghu bil-marda tradizzjonali
taghna li naha ma tafdax lill-ohra u wahda tghid mod u naha ohra tghid iehor ma
naslux u hafna jbatu.

Illum il-GRTU mhux tghid lil-membri u lis-setturi
rapprezentati minnha, li Shubija fl-Unjoni Ewropeja hi l-unika ghazla.
Il-Kunsill Ezekuttiv u l-Laqgha Generali ddecidew li jhallu d-decizjoni ahharija
f’idejn is-sidien tan-negozji ndividwali. Dawn huma decision-makers u allahares
m’humiex kapaci jiddeciedu huma x’inhu l-ahjar ghalihom. Il-GRTU izda, mhux
qeghda gallarija. Il-GRTU qed tghin l-imsiehba taghha sezzjoni, sezzjoni biex
dawn ikunu jistghu jaslu ghal konkluzzjoni taghhom.

Il-GRTU tqis li din
il-kwistjoni mhix wahda biss ta’ natura ekonomika. Id-decizjoni ta’ Shubija
fl-Unjoni Ewropeja hi wahda li tolqotna hafna bhala self-employed u negozjanti
Maltin izda hi aktar minn hekk. Din l-kwistjoni hi munita b’zewg ucuh. Fuq naha
wahda hemm l-aspetti ekonomici, kummercjali, industrijali u ta’ xoghol u ta’
thaddim tas-suq hieles. Fuq in-naha l-ohra hemm il-kwistjonijiet l-ohra:
l-kwistjoni tas-sovranita’ u tan-newtralita’ u r-rabtiet li l-poplu Malti jrid
li jkollu ma’ din l-familja kbira ta’ pajjizi Ewropej li bhalna batew mit-tifrik
tal-ahhar gwerra u li bhalna jhaddnu l-principji ta’ demokrazija u liberta’, u
l-kwistjoni kollha tas-sigurezza u d-difiza ta’ pajizna u l-harsien kulturali u
ambjentali taghna.

Il-GRTU tqis li ghandha kompetenzi u hu l-obbligu
taghha li tezercita dawn il-kompetenzi fuq l-ewwel naha tal-munita, dawk
kummercjali, ekonomici u finanzjarji. Fuq dawn il-GRTU qed titkellem u titkellem
bla tlaqliq. Fuq il-kwistjonijiet l-ohrajn ghalkemm ahna Malti b’responsabilta’
ghandna opinjonijiet, ma nhossux izda li hi il-kompetenza taghna li naghtu
pariri. U ghalhekk li ahna qed inhallu il-gudizzju totali dwar is-Shubija
f’idejn l-imsiehba ndividwali.

Xtaqna u ghamilna hilitna kollha biex
inwasslu l-mexxejja politici ta’ pajizna u l-imsiehba socjali halli jaqblu fuq
x’inhi l-ahjar ghazla ghal pajjizna. Mhux tort taghna u ta’ l-ebda Korp
Kostitwit li dan ma sarx. Id-dwejjaq taghna illum, infatti huma li jekk pajjizna
qieghed f’salib it-toroq, il-poplu illum hu mifrud. Kieku hu mifrud fi zminijiet
tajbin, kieku forsi mhux tant ta’ inkwiet. Il-kerha izda hi li pajjizna illum
qieghed fi stat li ma jistax jibqa fih aktar.

Pajjizna llum ghandu
problemi ekonomici serji. Id-dejn nazzjonali lahaq livelli allarmanti. Jekk mhux
ser niehdu decizjonijiet serji dan ser jibqa’ tiela b’dannu ghalina lkoll u ghal
uliedna. Id-deficit fil-finanzi pubblici mhux vera li qed jissewwa u dan qed
johloq sitwazzjoni kerha ghax kull sena il-gvern jrid jaghsar is-settur privat
aktar, jrid jiddejjen aktar u l-ekonomija Maltija ma tistax ghalhekk tikber
b’ritmu ta’ tkattir akbar. Fis-sena 2001 waqajna f’ricessjoni li bil-mod qed
ninqalghu minnha. Biex pajjizna jsewwi l-problemi li ghandu jrid aktar
investiment u jrid izid bil-kbir il-produzzjoni nazzjonali. Hu biss bit-tkattir
ekonomiku ta’ aktar minn 4% f’termini reali fis-sena fuq medda ta’ snin li
nistghu nibdew ikollna s-surpluses li l-ekonomija Maltija ghandha bzonn biex
nibdew inrazznu u nnaqqsu d-dejn nazzjonali. Hu biss bit-tkattir ekonomiku fuq
livelli hafna aktar gholja minn dawk li Malta hi kapaci tohloq illum
bil-kapacitajiet eziztenti li nistghu naslu biex nsolvu darba ghal dejjem
il-problema enormi tad-deficit pubbliku.

L-ahwa, ejjew ma nalludux ruhna.
Pajjizna ghandu problemi kbar. Dawn il-problemi mhux ser nsolvuhom jekk mhux ser
nsibu zbokk gdid ghal ekonomija Maltija. Mill-Independenza sal-lum morna tajjeb
hafna. Issa qisu li ghasarna kull possibilita’ li ttina aktar tkabbir u dhalna
fi sqaq. Bilfors irridu nohorgu minn dan l-isqaq. Ghalhekk id-deficit. Ghalhekk
id-djun. Ghalhekk il-cash flow problems. Dan il-pajjiz irid zbokk gdid. Irridu
bilfors niddeciedu. Iz-zmien hu kontrina. Haddiehor qieghed jiddeciedi u ser
jaqdef il-quddiem. Waqt li m’ahniex niddeciedu l-incertezza dwar il-futur ta’
pajjizna qed tkompli tkissirna. Irridu niddeciedu, u minn imexxi jrid iwettaq
ir-rieda taghna.

Il-GRTU talbet studji ekonomici dwar l-impatt
tal-ghazliet li ghandu quddiemu l-poplu. Dawn il-gvern m’ghamilhomx u l-ghaqdiet
li jirraprezentaw il-kummerc u l-industrija ghalhekk ghamluhom huma. Ir-rapport
ekonomiku nkarigat mill-Korpi Kostitwiti u mfassal mill-ekonomist ewlieni
l-Professur Ali Bayar juri li meta pajjiz, hu liema hu, u jekk b’mod partikulari
jkun pajjiz ckejken bhal Malta meta jissieheb b’mod intelligenti suq regjonali
kbir u l-pajjiz jilliberalizza u jirristruttura l-ekonomija biex ifendi f’dan
is-suq, l-ekonomija tal-pajjiz tikber b’rati ta’ tkabbir hafna akbar milli kieku
l-pajjiz jibqa jfendi ghar-rasu, wahdu. Dan hu gudizzju importanti hafna ghal
pajjizna.

Dan il-cost/benefit analysis dwar is-Shubija ta’ Malta fis-suq
wiehed Ewropej flimkien mal-kompetituri taghna mill-pajjizi tal-Lvant u c-Centru
tal-Ewropa jgib mieghu bl-aktar mod car li s-Shubija ta’ Malta f’dan is-Suq
ikollha l-effett tat-tkattir sostanzjali fir-ritmu ta’ zvulupp ta’ pajjizna. Dan
l-istudju juri li jekk nibqghu kif ahna l-ekonomija taghna tibqa’ tkarkar u ma
tikbirx bizzejjed waqt li s-Shubija fis-suq singolu kbir Ewropew iggibilna
opportunitajiet godda. Dawn l-opportunitajiet jirrizultaw f’livell ta’ nfieq
aktar fis-suq intern Malti, aktar flus fl-idejn u zieda konsistenti fil-livell
generali ta’ konsum u fid-domanda ghas-servizzi u prodotti tan-negozjant Malti.
Prof. Bayar ikejjel ukoll l-alternattivi u ma jqies li dawn huma ta’ paragun ma’
dawn il-konkluzjonijiet.

Sfortunatament m’ghandniex studji ohra ekonomici
ta’ kwalita li fuqhom nistghu noqoghdu. Ghalhekk ahna qed nghidu abbazi
tal-informazzjoni li ghandna quddiemna li l-isfidi u l-bidliet li ghandna
quddiemna ma jbezzughniex u hu ghalhekk li ahna m’ahniex bl-ebda mod naqtghu
nifisna jew mbezzghu lill-imsiehba taghna. Ahna certi minn haga wahda: jekk
pajjizna ma jsibx l-izbokk li ghandu bzonn, kif ahna ser naslu.

Illum
gibnilkom hawn kelliema tal-ghola livell biex jghinukom taslu ghal-konkluzzjoni
gusta. Il-kelliema mill-Euro Commerce, mill-UEAPME u mill-hbieb taghna
tal-Portugal huma ta’ l-ghola livell. L-istess ir-rapprezentanti tal-Kummissjoni
Ewropeja. Il-mexxejja Politici Maltin fl-ahhar jghaddulna l-gudizzju taghhom.
Isimghu u saqsu. Il-parir tal-GRTU hu: ghamlu il-kalkoli taghkom, iddeciedu, u
fit-8 ta’ Marzu 2003 esprimu bic-car d-decizjoni taghkom. Nawguralkom nofs ta’
nhar ta’ sodisfazzjon. Nirringrazzjakom li gejtu taqsmu maghna dan il-Hadd u
nirringrazzja lill-kollegi tieghi fil-GRTU u lill-dawk kollha li ghenuna biex
din l-okkazzjoni tal-lum tkun possibli.

What we can do for you

INFORMATION POINT

BUSINESS SERVICES

MEMBERSHIP BENEFITS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

B2B NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

FUNDING ASSISTANCE

COURSES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).