| 
			Fortunatament ghalina lkoll izda, dak
 iz-zmien ghadda, illum kulhadd jaccetta l-principji ta’ ekonomija bbazata fuq
 it-thaddiem tas-suq hieles bl-anqas intervent mill-istat u fejn l-imsiehba
 socjali jinghataw spazju shih biex jahdmu ghal gid tal-pajjiz. Il-lum filwaqt li
 l-GRTU ghadha thares lejn l-Unjoni Ewropeja bhala forza kbira u qawwija
 fid-dinja favur id-demokrazija u l-valuri ta’ liberta fil-kummerc u thaddiem
 tar-regoli tas-suq hieles li huma principji fundamentali u gheziez hafna
 ghall-GRTU u l-imsiehba taghna. Il-GRTU illum m’ghadhiex tqies li hemm htiega,
 akkost ta’ kollox, li nkunu fl-Unjoni Ewropeja, bhala salvagwardja
 ghad-drittijiet taghna bhala negozjanti.
 			Il-GRTU ghadha temmen izda, lijkun ahjar ghal pajjizna li jkun hemm tarka li tipprotegi lill-kummercjant Malti
 pero dan mhux necessarjament billi Malta tissieheb fi blokk ekonomiku regjonali.
 Ifisser dan allura li l-GRTU daret kontra s-Shubija ta’ Malta fl-Unjoni
 Ewropeja, jew l-GRTU tqies li s-Shubija mhux tajba ghall- businessman Malti. Le,
 mhux dan li qed tghid il-GRTU. Il-GRTU matul dawn l-ahhar snin, kemm ilhom li
 bdew bis-serjeta’ l-preparattivi ghas-Shubija hassitha libera bhala Korp
 Kostitwit Nazzjonali ewlieni li tersaq ghal ezercizzju twil u dettaljat ta’
 konsultazzjoni kemm f’Malta kif ukoll fi Brussel, bla ebda pregudizzju favur jew
 kontra. Il-GRTU bl-aktar mod oggettiv u pozittiv rat l-ewwelnett x’kien l-ahjar
 interess tal-membri taghha u tas-setturi rapprezentati minnha b’mod generali u
 wara dahlet ukoll fid-dettal ta’ x’kien jaqbel settur, settur.
 			B’modgenerali il-Kunsill Ezekuttiv tal-GRTU elenka principji fundamentali li fuqhom
 ibbaza l-konsultazzjonijiet kollha u zgura li fil-konkluzzjoni ta’ kull Kapitlu
 negozjat, dawn ikunu addottati. Il-GRTU ibbazat fuq dan:
 			ï‚· Libertaghas-self employed u s-sid tan–negozju Malti li jahdem bla xkiel u li jezercita’
 l-professjoni tieghu
 ï‚· Harsien tan-negozjant Malti mill-abbuzi ta’ dumping,
 operat ta’ nies bla licenzja, operat minn nies bla kwalifika u kull abbuz iehor
 li jxekkel il-kompetizzjoni gusta fis-suq intern Malti.
 ï‚· Thaddiem ta’
 sistema li filwaqt li tgholli l-istandards ma tohloqx rigidita zejda u pizijiet
 bla bzonn.
 ï‚· Holqien ta skemi ta’ assistenza finanzjarja, agevolazzjonijiet
 fiskali, u fejn hemm bzonn progetti biex s-setturi li jistghu jintlaqtu hazin
 isibu l-mezzi biex jaddottaw u jizviluppaw.
 ï‚· Holqien ta’ instituzzjonijiet u
 skemi biex is-self employed u n-negozjant Malti jkabbar il-kummerc tieghu u jkun
 jista’ jiffaccja kull kompetizzjoni gejja minn fejn hi gejja.
 ï‚· Skemi u
 ghajnuniet biex matul is-snin in-negozjant Malti jkun f’pozizzjoni li jizviluppa
 l-intrapriza tieghu biex jiehu l-vantaggi kollha li jinfethulu hekk kif Malta
 tissieheb fis-Suq Wiehed kbir Ewropew.
 ï‚· Ghajnuna lill-GRTU u ghaqdiet ohra
 li jirraprezentaw lis-self employed u lin-negozjant Malti biex jinholqu skemi
 godda ta’ tahrig u skemi godda li jwasslu l-entrepreneur Malti biex juza l-aktar
 sistemi moderni ta’ komunikazzjoni elettronika li jghinuh ifendi fuq l-istess
 livell tan-negozjanti l-ohra Ewropej.
 ï‚· Assigurazzjoni li ma jsirux skemi li
 minnhom jabbuzaw il-ftit biex jikkompetu ngustament fis-suq Malti kontra
 n-negozji zghar Maltin.
 ï‚· Fuq kollox assigurazzjoni li l-Gvern isib tarf
 tal-problemi finanzjarji tieghu billi jgib finanzjamenti adekwati mill-Unjoni
 Ewropeja biex tkun finanzjata l-bidla u r-ristruttura mehtiega minghajr ma
 jkompli jghabbi aktar taxxi fuq in-negozjant Malti.
 ï‚· Koperazzjoni
 mill-Awtoritajiet kollha tal-Gvern biex is-self employed u n-negozjant Malti
 jinghata kull opportunita’ u zmien bizzejjed biex ilahhaq
 mal-bidla.
 			Il-GRTU hadmet bla gheda settur, settur u ppartecipat f’aktarlaqghat differenti tal-MEUSAC minn kull ghaqda ohra nazzjonali. Mijiet ta’
 membri taghna ppartecipaw f’dan l-akbar ezercizzjoni ta’ konsultazzjoni li qatt
 sar f’pajjizna. Idealment dan il-process kellu jsir fuq medda ta’ xi ghaxar snin
 izda sfortunatament sar biss fuq perjodu qasir ta’ dawn l-ahhar ftit snin. Pero,
 hu ta’ sodisfazzjon ghalina li wara tant sieghat ta’ konsultazzjoni, studji,
 laqghat u negozjati, fl-ahhar pajjizna ghalaq in-negozjati kollha ma l-Unjoni
 Ewropeja. L-esperjenza kollha kienet wahda pozittiva. Dan ifisser li l-pakkett
 in-negozjat mill-Gvern hu tajjeb jew li hu tajjeb ghal kulhadd? Din hi
 mistoqsija difficli hafna. Li tghid il-GRTU hu, li fil-kuntest ta’ dak li kien
 possibli li jintlahaq, il-principji li fuqhom ahna bnejna l-proposti u
 s-submissions taghna ntlahhqu u ghal setturi partikulari r-rapprezentati minna
 saru ukoll arrangamenti specjali. Il-GRTU illum qed tghid li aktar milli
 gudizzju fuq il-pakkett negozjat, in-negozjant Malti ghandu jiddeciedi dwar kemm
 ghandu fiducja fil-hila tas-settur pubbliku li jhaddem l-iskemi kollha ta’
 assistenza u support biex minn issa l’hemm dak li ghandu jsir jsir. Dan hu
 commitment li l-GRTU ser tesigi bil-kbir.
 			Il-GRTU m’ghandha l-ebda dubjuli jekk l-poplu Malti jiddeciedi li jiehu it-triq tas-Shubija fl-Unjoni
 Ewropeja, li s-self employed u n-negozjant Malti jkun lest li jilqa l-isfida u
 jasal biex ikattar il-gid tieghu ghalih, ghal familja tieghu u ghal l-impjegati
 tieghu, u li fuq kollox jghin fit-tkattir tal-gid ta’ pajjizna. Izda nalludu
 ruhna jekk nahsbu li dan in-negozjant u l-imprenditur Malti jista’ jaghmlu
 wahdu. Il-Gvern li ser imexxi lill-Malta jekk ser nissiehbu, irid ikun dinamiku
 u kapaci li jhaddem b’kapacita kbira s-sistemi kollha u l-iskemi kollha ta’
 support li jkunu disponibbli ghan-negozjant u s-self emloyed Malti.
 L-entrepreneur Malti, aktar minn qatt qabel irid ixammar u jkun lest ghal
 l-isfida. Dan lilna u lill-imsiehba taghna ma jbezzaghnix. Izda l-isfida irridu
 niffaccjawha flimkien, settur pubbliku u settur privat flimkien u msiehba
 socjali, employers u trade Unons, flimkien. Jekk nibqghu bil-marda tradizzjonali
 taghna li naha ma tafdax lill-ohra u wahda tghid mod u naha ohra tghid iehor ma
 naslux u hafna jbatu.
 			Illum il-GRTU mhux tghid lil-membri u lis-setturirapprezentati minnha, li Shubija fl-Unjoni Ewropeja hi l-unika ghazla.
 Il-Kunsill Ezekuttiv u l-Laqgha Generali ddecidew li jhallu d-decizjoni ahharija
 f’idejn is-sidien tan-negozji ndividwali. Dawn huma decision-makers u allahares
 m’humiex kapaci jiddeciedu huma x’inhu l-ahjar ghalihom. Il-GRTU izda, mhux
 qeghda gallarija. Il-GRTU qed tghin l-imsiehba taghha sezzjoni, sezzjoni biex
 dawn ikunu jistghu jaslu ghal konkluzzjoni taghhom.
 			Il-GRTU tqis li dinil-kwistjoni mhix wahda biss ta’ natura ekonomika. Id-decizjoni ta’ Shubija
 fl-Unjoni Ewropeja hi wahda li tolqotna hafna bhala self-employed u negozjanti
 Maltin izda hi aktar minn hekk. Din l-kwistjoni hi munita b’zewg ucuh. Fuq naha
 wahda hemm l-aspetti ekonomici, kummercjali, industrijali u ta’ xoghol u ta’
 thaddim tas-suq hieles. Fuq in-naha l-ohra hemm il-kwistjonijiet l-ohra:
 l-kwistjoni tas-sovranita’ u tan-newtralita’ u r-rabtiet li l-poplu Malti jrid
 li jkollu ma’ din l-familja kbira ta’ pajjizi Ewropej li bhalna batew mit-tifrik
 tal-ahhar gwerra u li bhalna jhaddnu l-principji ta’ demokrazija u liberta’, u
 l-kwistjoni kollha tas-sigurezza u d-difiza ta’ pajizna u l-harsien kulturali u
 ambjentali taghna.
 			Il-GRTU tqis li ghandha kompetenzi u hu l-obbligutaghha li tezercita dawn il-kompetenzi fuq l-ewwel naha tal-munita, dawk
 kummercjali, ekonomici u finanzjarji. Fuq dawn il-GRTU qed titkellem u titkellem
 bla tlaqliq. Fuq il-kwistjonijiet l-ohrajn ghalkemm ahna Malti b’responsabilta’
 ghandna opinjonijiet, ma nhossux izda li hi il-kompetenza taghna li naghtu
 pariri. U ghalhekk li ahna qed inhallu il-gudizzju totali dwar is-Shubija
 f’idejn l-imsiehba ndividwali.
 			Xtaqna u ghamilna hilitna kollha biexinwasslu l-mexxejja politici ta’ pajizna u l-imsiehba socjali halli jaqblu fuq
 x’inhi l-ahjar ghazla ghal pajjizna. Mhux tort taghna u ta’ l-ebda Korp
 Kostitwit li dan ma sarx. Id-dwejjaq taghna illum, infatti huma li jekk pajjizna
 qieghed f’salib it-toroq, il-poplu illum hu mifrud. Kieku hu mifrud fi zminijiet
 tajbin, kieku forsi mhux tant ta’ inkwiet. Il-kerha izda hi li pajjizna illum
 qieghed fi stat li ma jistax jibqa fih aktar.
 			Pajjizna llum ghanduproblemi ekonomici serji. Id-dejn nazzjonali lahaq livelli allarmanti. Jekk mhux
 ser niehdu decizjonijiet serji dan ser jibqa’ tiela b’dannu ghalina lkoll u ghal
 uliedna. Id-deficit fil-finanzi pubblici mhux vera li qed jissewwa u dan qed
 johloq sitwazzjoni kerha ghax kull sena il-gvern jrid jaghsar is-settur privat
 aktar, jrid jiddejjen aktar u l-ekonomija Maltija ma tistax ghalhekk tikber
 b’ritmu ta’ tkattir akbar. Fis-sena 2001 waqajna f’ricessjoni li bil-mod qed
 ninqalghu minnha. Biex pajjizna jsewwi l-problemi li ghandu jrid aktar
 investiment u jrid izid bil-kbir il-produzzjoni nazzjonali. Hu biss bit-tkattir
 ekonomiku ta’ aktar minn 4% f’termini reali fis-sena fuq medda ta’ snin li
 nistghu nibdew ikollna s-surpluses li l-ekonomija Maltija ghandha bzonn biex
 nibdew inrazznu u nnaqqsu d-dejn nazzjonali. Hu biss bit-tkattir ekonomiku fuq
 livelli hafna aktar gholja minn dawk li Malta hi kapaci tohloq illum
 bil-kapacitajiet eziztenti li nistghu naslu biex nsolvu darba ghal dejjem
 il-problema enormi tad-deficit pubbliku.
 			L-ahwa, ejjew ma nalludux ruhna.Pajjizna ghandu problemi kbar. Dawn il-problemi mhux ser nsolvuhom jekk mhux ser
 nsibu zbokk gdid ghal ekonomija Maltija. Mill-Independenza sal-lum morna tajjeb
 hafna. Issa qisu li ghasarna kull possibilita’ li ttina aktar tkabbir u dhalna
 fi sqaq. Bilfors irridu nohorgu minn dan l-isqaq. Ghalhekk id-deficit. Ghalhekk
 id-djun. Ghalhekk il-cash flow problems. Dan il-pajjiz irid zbokk gdid. Irridu
 bilfors niddeciedu. Iz-zmien hu kontrina. Haddiehor qieghed jiddeciedi u ser
 jaqdef il-quddiem. Waqt li m’ahniex niddeciedu l-incertezza dwar il-futur ta’
 pajjizna qed tkompli tkissirna. Irridu niddeciedu, u minn imexxi jrid iwettaq
 ir-rieda taghna.
 			Il-GRTU talbet studji ekonomici dwar l-impatttal-ghazliet li ghandu quddiemu l-poplu. Dawn il-gvern m’ghamilhomx u l-ghaqdiet
 li jirraprezentaw il-kummerc u l-industrija ghalhekk ghamluhom huma. Ir-rapport
 ekonomiku nkarigat mill-Korpi Kostitwiti u mfassal mill-ekonomist ewlieni
 l-Professur Ali Bayar juri li meta pajjiz, hu liema hu, u jekk b’mod partikulari
 jkun pajjiz ckejken bhal Malta meta jissieheb b’mod intelligenti suq regjonali
 kbir u l-pajjiz jilliberalizza u jirristruttura l-ekonomija biex ifendi f’dan
 is-suq, l-ekonomija tal-pajjiz tikber b’rati ta’ tkabbir hafna akbar milli kieku
 l-pajjiz jibqa jfendi ghar-rasu, wahdu. Dan hu gudizzju importanti hafna ghal
 pajjizna.
 			Dan il-cost/benefit analysis dwar is-Shubija ta’ Malta fis-suqwiehed Ewropej flimkien mal-kompetituri taghna mill-pajjizi tal-Lvant u c-Centru
 tal-Ewropa jgib mieghu bl-aktar mod car li s-Shubija ta’ Malta f’dan is-Suq
 ikollha l-effett tat-tkattir sostanzjali fir-ritmu ta’ zvulupp ta’ pajjizna. Dan
 l-istudju juri li jekk nibqghu kif ahna l-ekonomija taghna tibqa’ tkarkar u ma
 tikbirx bizzejjed waqt li s-Shubija fis-suq singolu kbir Ewropew iggibilna
 opportunitajiet godda. Dawn l-opportunitajiet jirrizultaw f’livell ta’ nfieq
 aktar fis-suq intern Malti, aktar flus fl-idejn u zieda konsistenti fil-livell
 generali ta’ konsum u fid-domanda ghas-servizzi u prodotti tan-negozjant Malti.
 Prof. Bayar ikejjel ukoll l-alternattivi u ma jqies li dawn huma ta’ paragun ma’
 dawn il-konkluzjonijiet.
 			Sfortunatament m’ghandniex studji ohra ekonomicita’ kwalita li fuqhom nistghu noqoghdu. Ghalhekk ahna qed nghidu abbazi
 tal-informazzjoni li ghandna quddiemna li l-isfidi u l-bidliet li ghandna
 quddiemna ma jbezzughniex u hu ghalhekk li ahna m’ahniex bl-ebda mod naqtghu
 nifisna jew mbezzghu lill-imsiehba taghna. Ahna certi minn haga wahda: jekk
 pajjizna ma jsibx l-izbokk li ghandu bzonn, kif ahna ser naslu.
 			Illumgibnilkom hawn kelliema tal-ghola livell biex jghinukom taslu ghal-konkluzzjoni
 gusta. Il-kelliema mill-Euro Commerce, mill-UEAPME u mill-hbieb taghna
 tal-Portugal huma ta’ l-ghola livell. L-istess ir-rapprezentanti tal-Kummissjoni
 Ewropeja. Il-mexxejja Politici Maltin fl-ahhar jghaddulna l-gudizzju taghhom.
 Isimghu u saqsu. Il-parir tal-GRTU hu: ghamlu il-kalkoli taghkom, iddeciedu, u
 fit-8 ta’ Marzu 2003 esprimu bic-car d-decizjoni taghkom. Nawguralkom nofs ta’
 nhar ta’ sodisfazzjon. Nirringrazzjakom li gejtu taqsmu maghna dan il-Hadd u
 nirringrazzja lill-kollegi tieghi fil-GRTU u lill-dawk kollha li ghenuna biex
 din l-okkazzjoni tal-lum tkun possibli.
 
 |