SME Chamber

Dinja li qed tinbidel

Mhuh Miftuha
Haga li ttini pjacir meta nithallat
maz-zghazagh fuq grokk tal-Milied jew waqt xi diskussjoni bejn il-hbieb, hi kemm
hawn min jaf ihares lil hinn mill-medjokrita’ ta’ l-argumenti li ta’ kuljum
nisimghu fuq ir-radjijiet taghna. Aktar iva milli le, hafna argumenti li johorgu
bis-sahha tas-sistema tat-telefonati fuq ir-radjijiet huma argumenti b’doza
qawwija ta’ politika u ta’ pregudizzju. Mhux hekk izda meta toqghod bil-qedgha
maz-zghazagh intelligenti li llum fortunatament ghandna hafna minnhom. Tajjeb
infatti li l-politici jindunaw li ghalkemm imzazen baqa’ hafna, u baqa’ hafna
nies ta’ mohh maghluq, in-numru ta’ dawk li juzaw mohhhom, jahsbuha u joghmoduha
qabel jghiduha u qabel jiddeciduha, qieghed dejjem jikber.

 


Diskussjoni li
kelli dan l-ahhar haditna f’analizi ta’ kif inharsu lejn il-futur tac-civilta’
li l-aktar li naghmlu parti minnha. Dik li b’mod komuni nghidulha c-civilta’
tal-Punent. Mhux ghax kull min jaghmel parti minnha hu tal-Punent, izda ghax
l-gheruq huwa fil-fatt tal-Punent, anke jekk din ic-civilta’ tifrex mill-Amerika
ta’ Fuq ghall-Ewropa, ghall-Awstralja u ghal New
Zealand.

Il-Punent
Dak li jiddistingwi lill-pajjizi hekk imsejha
tal-Punent, huwa n-numru ta’ karatteristici partikolari. L-ewwelnett, il-pajjizi
tal-Punent, bhala medja huma ekonomikament aktar sinjuri mill-pajjizi li
flimkien jiffurmaw civiltajiet ohra. Dan anke meta dawn il-pajjizi ghaddew minn
zminijiet fejn ekonomikament ma tantx kienu sejrin tajjeb. Raguni ghala
l-ekonomiji ta’ dawn il-pajjizi ma zammewx ir-ritmu tat-tkattir tal-gid li raw
ghal snin twal hu fil-fatt karatteristika ohra tal-pajjizi tal-Punent: dik ta’
rata gholja ta’ konsum, kemm fuq skala individwali kif ukoll fuq livell
kollettiv.

Il-konsumizmu li hakem lil dawn il-pajjizi ha prijorita’ fuq
il-hila ta’ l-ekonomija ta’ dawn il-pajjizi li jinvestu u li joholqu aktar
kapacitajiet ghat-tishih ta’ dak kollu li johloq il-gid ghal futur kif ukoll
ghat-tishih tal-poter u ta’ dominanza ekonomika, politika u militari.

Karatteristika ohra hi li f’dawn il-pajjizi, ir-rata ta’ tkattir
tal-popolazzjoni hi baxxa hafna, specjalment meta din tkun imqabbla mar-rati
tat-tkattir tal-popolazzjonijiet f’civiltajiet ohra partikolarment fil-pajjizi
Islamici. Karatteristika pozittiva hi dik ta’ l-avvanz xjentifiku u tal-kapital
investit fir-ricerka. Dawn huma ragunijiet ewlenin ghalhiex il-pajjizi
tal-Punent komplew jistghanew matul is-snin. Karatteristika ohra li dahlet bhala
kumpens ghat-tnaqqis fir-rata tat-tkattir naturali tal-popolazzjoni hi dik ta’
l-immigrazzjoni. L-immigrazzjoni tat spinta lill-ekonomiji ta’ dawn il-pajjizi
ghax gabet maghha energiji godda u kapital uman. Dan kien tant mehtieg
specjalment fejn l-immigrant kien assorbit sewwa fil-kommunitajiet fejn emigra.

Dekadenza
Karatteristici ohra li fl-ahhar snin bdew jiddistingwu
ruhhom fil-pajjizi tal-Punent sfortunatament huma dawk tad-dekandenza morali u
kulturali. Meta l-argument jizvolgi dwar dan, wiehed irid jelenka kif din
id-dekadenza qed timmanifesta ruhha fil-pajjizi tal-Punent. Fost
il-karatteristici li jidhru car hemm:
ï‚· Zieda qawwija f’dik li hi dekadenza
tal-familja, bhalma hi r-rata dejjem tikber ta’ divorzji, il-legitimazzjoni,
tqala fost l-adoloxxenti, u zieda qawwija fil-familji b’genitur wiehed u
fin-numru ta’ tfal minghajr attenzjoni ta’ genituri.
ï‚· Zieda qawwija
fl-imgieba anti-socjali bhalma hi zieda fil-kriminalita’, iz-zieda fl-uzu u
t-traffikar tad-droga, zieda fil-korruzzjoni u zieda fil-vjolenza b’mod
generali.
ï‚· Waqa’ f’dak li konna nsejhulu l-“kapital socjali”, jigifieri
nuqqas fl-involviment ta’ l-individwi f’socjetajiet volontarji u ta’ assistenza
u f’partecipazzjoni kommunitarja u fuq livell lokali.
ï‚· Djufija f’dik li
tissejjah l-etika tax-xoghol: tnaqqis konsiderevoli fil-bzulija u
fir-rikonoxximent ta’ l-importanza tax-xoghol, tnaqqis fl-attenzjoni fuq il-post
tax-xoghol u tnaqqir tal-kapacita’ produttiva, u mill-banda l-ohra tishih
tal-kultura tat-tberbieq.
ï‚· Tnaqqir fir-rieda u l-kilba ghal aktar taghlim u
attivitajiet intelletwali. Dan qed jirrizulta f’rizultati skolastici ta’ livelli
baxxi f’pajjizi ewlenin bhal ma huma l-Istati Uniti, l-Ingilterra u
Franza.

Il-Futur
Ta’ sikwit naqraw u nisimghu dwar l-avvanz ekonomiku
u dak militari. L-aktar li nisimghu huma c-cifri ekonomici. Hafna drabi ma
nifhmux ghaliex ikun hemm tendenza li c-cifri ekonomici qishom jistallaw u qisu
li jsir xi jsir dawn ma jitrangawx. Ninsew hafna drabi li l-ekonomiji jiddependu
mis-socjeta’ li taghhom l-ekonomija hija l-magna. Jigifieri l-ekonomija mhux
“Il-Kollox”. Is-socjeta’ hija ikbar mill-ekonomija. Ninsew li l-ekonomiji
jirriflettu dak li jsir fis-socjeta’. M’hemm l-ebda dubbju li jekk il-pajjizi
tal-Punent mhux ser isibu tarf ta’ dawk il-karatteristici li qedghin idghajfu
c-civilta’ tal-Punent u jifnu minn gewwa l-energiji li dawn l-istess socjetajiet
jehtiegu biex jiggeneraw lilhom infushom, li l-futur tac-civilta’ tal-Punent
tkompli tmajna. Din iggib maghha wkoll tnaqqis fl-influenza u s-setgha li
l-pajjizi tal-Punent ghandhom fuq il-kumplament tad-dinja.

Il-Kumplament
tad-dinja
Diga llum qed tinhass li partijiet importani tad-dinja li fihom
jghixu miljuni kbar ta’ nies qed jifhmu li moralment m’hemm xejn x’jammiraw
fil-Punent. Anzi huma hafna dawk, specjalment f’pajjizi Islamici u f’pajjizi
Asjatici, li qed ihossuhom li moralment huma superjuri ghal dawk tal-Punent. Dan
il-fenomenu qed jirrifletti ruhu wkoll fl-istess pajjizi tal-Punent fejn
l-immigranti mhux qed jaddottaw aktar id-drawwiet u c-civilta’ tal-pajjizi li
jmorru jghixu fihom, izda qed jaghzlu li jzommu l-mod ta’ hajja, drawwiet u
valuri tas-socjeta’ tradizzjonali minn fejn ikunu emigraw. Dan il-fenomenu hu
evidenti hafna fost l-Islamici fl-Ewropa u l-Hispanics fl-Istati Uniti.

Il-Perm
Min-naha l-ohra l-gheruq tac-civilta’ li ddominat
lill-pajjizi tal-Punent ghal tant sekli li kienu msejjsa fuq religjon Kristjana
qed jitmermru hekk kif ikompli jonqos b’mod allarmanti l-proporzjon
tal-popolazzjoni fil-pajjizi tal-Punent li ghadhom izommu twemmin religjuz u li
ghadhom jiprattikaw ir-religjon Kristjana. Dan mhux argument ta’ ostilita’ lejn
religjon fundamentali tal-pajjizi tal-Punent, izda indifferenza li dejjem
tinfirex. Indifferenza li qed tnaqqar perm ewlieni u mportanti tac-civilta’
tal-Punent kif dejjem konna nafuha.

Hemm karatteristici ohra izda li
baqghu sodi hafna u li jorbtu flimkien il-mod kif in-nies fil-pajjizi tal-Punent
jifhmuha. Dan hu t-twemmin fil-liberta’, fid-demokrazija, fl-individwalizmu,
fl-egwalita’ quddiem il-ligi u fis-sahha tal-ligi, il-kostituzzjonalizmu u
d-dritt tal-proprjeta’ privata.

X’inhu jsir
Hu f’dan l-isfond li
wiehed irid jifhem ghaliex dawk li jikkmandaw fil-pajjizi dominanti tal-Punent,
kemm dawk ta’ l-Amerika ta’ Fuq kif ukoll dawk Ewropej, qedghin jistinkaw tant
biex isahhu l-istituzzjonijiet primarji li jghaqqdu flimkien il-pajjizi li
jaqghu fl-isfera tal-Punent. Sa ftit tas-snin ilu, t-theddida tal-gwerra
min-naha ta' l-Unjoni Sovjetika kienet izzomm lil dawn il-pajjizi bhal qisu
migbura u maghquda flimkien. It-theddida tal-gwerra u l-firda idjologika
fid-dinja kienet isservi bhala l-istruttura ta’ l-ghaqda. Mhux hekk izda wara
l-waqa’ tal-hajt ta’ Berlin. Hu ghalhekk allura li l-karatteristici tat-tmermir
ta’ l-ghaqda fost il-pajjizi tal-Punent li kien ilhom diga jimmanifestaw ruhhom
minn zmien twil qabel il-waq’ tal-hajt ta’ Berlin, issa accelleraw l-impatt
taghhom. Wiehed jifhem ghalhekk ghaliex ukoll il-mexxejja tal-Punent f’dawn
l-ahhar snin kattru l-isforzi taghhom biex jinghataw hajja mill-gdid
l-organizzazzjonijiet li kienu jservu ta’ ghaqda fost il-pajjizi tal-Punent.
Hawn wiehed jifhem l-isforzi kbar li saru biex titkattar u titwessa n-NATO li
tigbor flimkien il-pajjizi taz-zewg nahat ta’ l-Atlantiku. Nifhmu wkoll
l-energija kbira li ntefghet mill-kapijiet tal-pajjizi ewlenin ta’ l-Ewropa biex
titwessa u tissahhah l-ghaqda fost il-pajjizi ta’ l-Ewropa li jhaddnu t-twemmin
ibbazat fuq il-liberta’, id-demokrazija u l-kostituzzjonalizmu. Nifhmu ghaliex
dan l-entuzjazmu kollu dwar it-tkattir ta’ l-Unjoni Ewropea li se jkun
issigillat f’April li gej f’Ateni.

Id-dinja qed ticcaqlaq u qed jittiehdu
pozizzjonijiet biex l-izviluppi jsiru b’mod determinat umhux jithalla aktar ghal
rihu, jew jithalla f’idejn min mhux obligat jaghti rendikont. Pajjizna hu zghir
wisq biex jiddetermina jew jiddetta. Aktar iva milli le, irid isegwi dak li jsir
madwarna, jippartecipa kemm jista u fejn jista, u jiddeciedi b’intelligenza
x’inhi l-ahjar ghazla. Ahna wkoll wara kollox naghmlu parti minn din id-dinja li
qed tinbidel.

 

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).