Il-GRTU, Kamra tan-Negozji Zghar u Medji taqbel li t-taxxi ghandhom dejjem jithallsu u l-amnestiji ta' taxxi dovuti huma kefrija kontra min it-taxxi dejjem ihallashom fil-pront. Hu gust wkoll li l-gvern jimponi interessi fuq l-ammonti dovuti ghax mhux sewwa wiehed jaqbad u jiehu krediti minn fuq dahar il-Gvern. Izda hu ingust li l-Gvern jimponi penalitajiet amministrattivi bl-addocc u aktar u aktar ingust li hlasijiet dovuti minflok ta' natura civili jsiru ta' natura kriminali.
Il-Gvern ghalhekk jaghmel sewwa, u l-GRTU tinsisti dwar dan, li jtajjar l-multi aministrattivi u l-arretrati ta' hlasijiet ta' penalitajiet ingusti amminstrattivi marbutin ma' taxxi u licenzji. Din kienet sistema' burokratika u diskriminatorja kontra n-negozji.
Id-decizjoni tal-Gvern fil-passat li jfajjar il-penalitajiet amministrattivi marbutin ma' registrazzjoni u hlas tal-Eko-Kontribuzzjoni (Eco-Tax) kienet esagerazzjoni u decizjoni zbaljata. Il-GRTU ghalhekk kienet ilha titlob ghat-tnehhija ta' dawn il-penalitajiet ghaliex huma hziena fihom infushom kif ukoll huma diskriminatorji kontra n-negozji z-zghar. Hu ghalhekk li l-GRTU tesprimi sodisfazzjon ghall-pass ghaqli li ttiehed.