SME Chamber

Budget li jbeghdna mill-inkwiet Budget li jistimola l-fiducja u tkattir tal-gid

 Il-GRTU tqis dan il-Budget bhala wiehed fit-triq it-tajba u li jkompli jbeghdna mill-inkwiet. Pajjizna m'ghandux jibqa' aktar imsallab b'budget deficit li ingibuh b'idejna, ghaliex kulhadd hekk irid u jippretendi mill-Gvern. Pajjiz li jghix bid-dejn sena wara sena ghax jonfoq aktar milli jdahhal hu pajjiz fjakk u din id-debbolizza tidher bil kbir fl-isfond taz-zona Ewro. Il-GRTU tqies il-Budget 2012 b'sahhtu u determinat fic-cirkustanzi tal-lum, u mmirat biex ibeghdna mill-inkwiet li sabu ruhhom fih bosta pajjizi ohra taz-zona Ewro. Budget 2012, bla ma jdahhal awsterita', li flok li tkattar il-gid tifni u ccekken, qed ikompli jinvesti sostanzjalment f'infieq kapitali gdid u fi skemi godda li jsahhu l-kapacita' produttiva tal-intraprizi zghar, esportaturi, turizmu, fil-waqt li jghin haddiema bil-familji u setturi vulnerabbli. Il-GRTU tqis li dan il-Budget ghandu jaghti stimolu gdid lill-consumer confidence li huwa mportanti f'dan iz-zmien fejn il-konsumatur qed jircivi wisq ahbarijiet negattivi min barra, u meta f'pajjizna ghadhom jiccirkulaw wisq frazijiet negattivi li inaffru u mhux jinkoraggixxu lill-konsumaturi. Il-GRTU ghalhekk tifrah lill-Ministru tal-Finanzi li Budget 2012 evita ghal kollox l-awsterita' u qed juri determinazzjoni li jnaqqas bis-serjeta' l-budget deficit u jistimola t-tkattir ekonomiku b'incentivi godda u tkattir sostanzjali tan-nefqa kapitali.

 

Il-Budget ghal 2012 iwassal ghal nefqa pubblika ta' tlett elef u mija u sitt miljun (3.106B) ewro li tirrapprezenta 45% ta' dak kollu li taqla' l-ekonomija Maltija fis-sena (GDP 6.776B) ewro. Din in-nefqa turi zieda ta' 7.4% fuq in-nefqa tas-sena l-ohra fi zmien meta l-ekonomija ta' pajjizna qieghda taht il-procedura ta' l-Unjoni Ewropeja ghal deficit eccessiv. Ghalkemm il-GRTU thoss li l-Ministru f'dan il-Budget qaghad relattivament lura milli jkabbar bla bzonn in-nefqa pubblika, il-GRTU xorta temmen li l-Ministru setgha irristringa aktar in-nefqa pubblika proposta kif jitolbu ic-cirkostanzi imwergha tal-lum. Seta', il-GRTU issostni, llimita z-zieda ghal wahda li tirrapprezenta biss ir-rata ta' inflazzjoni. Zidiet ohra kellhom isiru biss bit-tnaqqis ekwivalenti minn spejjez li setghu inqatghu. Id-Dhul totali tal-Gvern se jammonta ghal elfejn disa' mija u wiehed u sittin miljun (Ewro 2.961B) li juri deficit ta' mija u hamsa u erbghin miljun.

Il-GRTU tesprimi sodisfazzjon li finalment din il-marda tad-deficit qed tigi indirizzata pero' kienet tkun aktar sodisfatta kieku ntweriet aktar dixxiplina, ghaliex il-krettu li Malta tista' takkwista fis-swieq internazzjonali hiwa kbir wisq imqabbel mal-vantaggi fl-ekonomija interna li ngawdu mit-tigbid ta' din il-pjaga tad-deficit. Dan ghaliex l-ekonomija taghna hija wahda mill-aktar miftuha fid-dinja u niddependu l-aktar minn kif id-dinja tivvalida il-krettu taghha.

Il-GRTU tivvaluta b'mod pozittiv in-numru ta' skemi li l-Gvern qieghed ihaddem biex jghin lill-akbar numru ta' intraprizi f'Malta, dawk zghar u medji irrapprezentati mill-GRTU. Il-GRTU tesprimi ukoll sodisfazzjon li l-Gvern accetta il-proposta ewlenija tal-GRTU biex il-Gvern johloq skema ta' garanzija fuq self bankarju li l-intraprizi jitolbu minghand il-banek. Dan mhux biss ghas-self li kienu ntitolati ghalih taht il-micro credit scheme imma ghal self aktar intensiv li jservi mhux biss ghall-intraprizi li jridu ikabbru l-operat taghhom imma ukoll biex jghin numru kbir ta' intraprizi jinqalghu minn problemi kbar ta' cash flows.

Ir-ricerka tal-GRTU uriet li din hi problema qawwija fost in-negozji z-zghar u l-Gvern ghamel sew li sema' mill-GRTU u accetta din il-proposta. Il-GRTU tesprimi s-sodisfazzjon taghha ukoll ghall-iskemi li toffri l-ETC biex tghin lill-intraprizi z-zghar jaqtghu parti mill-infieq fuq salarji ta' impjegati godda u fuq tahrig ghall-impjegati taghhom. Il-Budget ukoll qieghed joffri numru ta' skemi ohra li jaghtu spinta lill-setturi differenti ta' intraprizi zghar specjalment fil-qasam tal-kreattivita' u l-kultura, tat-teknologija tal-informatika u f'oqsma ohra li jkomplu jkattru l-ghazliet ta' investiment ghall-imprendituri z-zghar. Il-GRTU ukoll turi sodisfazzjon li l-Gvern qieghed izied fl-isforzi tieghu biex aktar nies li jistghu jkunu produttivi, specjalment nisa, zghazagh u anzjani, jkunu mhajjra jippartecipaw fix-xoghol produttiv bhala rizultat ta' agevolazzjonijiet fit-taxxi li dan il-Budget qed jindirizza lejn setturi differenti.

Nota li pero tistona' hafna ghall-GRTU hi li l-Gvern m'accettax it-talba tal-GRTU li jehles lill-anzjani li jridu jibqghu jahdmu wara li jkunu wasslu fl-eta tal-pensjoni mill-hlas tal-kontribuzzjoni socjali. Dan huwa hlas ingust ghax dawn huma ndividwi li hallsu kollox bhala kontribuzzjoni socjali u issa messhom thallew igawdu l-frott li ghalieh hadmu tul hajjithom. Il-Gvern kellu wkoll jaccetta t-talba tal-GRTU li dawk il-persuni li x-xoghol produttiv taghhom hu mehtieg ghal-pajjiz jintalbu ihallsu biss ir-rata ta' 15% bhala taxxa li jkun appikabbli ghal xoghol part-time anke jekk huma jahdmu full-time. Is-sitwazzjoni tal-lum hi li dawn il persuni qed ikunu skoraggati milli jahdmu u ghalhekk mill aspett ta' taxxa u produzzjoni, l-alternattiva hi telf biss u ghalhekk il-Gvern kellu jaccetta' l-proposta tal-GRTU.

B'mod partikolari il-GRTU tesprimi s-sodisfazzjon taghha ghal iskema nnovattiva li tghin lil faxxa ta' familji fejn iz-zewg genituri jahdmu u ghandhom infieq kbir fit-trobbija tat-tfal biex dawn jiffrankaw mit-taxxa u jkunu agevolati fil-purchasing power taghhom. Il-membri tal-GRTU kienu qed jirrapportaw li dan is-settur kien kawza ewlenija ghaliex il-Gross Private Consumption fil-pajjiz u l-volum ta' bejgh mill-hwienet ma kienx qed jiccaqlaq possittivament f'dawn l-ahhar snin, ghalhekk kull ghajnuna barra z-zidiet fil-pagi hija ta' boost importanti ghal qasam tar-retailer.

Il-GRTU ukoll ipprezentat pakkett qawwi ta' proposti dwar x'ghandu jsir biex tkun assistita l-ekonmija fil-lokalitajiet u b'mod partikolari jkun incentivat l-uzu tal-hafna propjeta' vojta mifruxa ma' Malta kollha u jiddispjaciha li l-Gvern ha ftit wisq min dawn is-suggerimenti. Pero' hu ta' sodisfazzjon li l-Gvern qed jaghti spinta biex min ghandu propjeta' qadima jkun incentivat jizviluppha u ma jhallihiex vojta u jpoggiha fuq is-suq jew ghal bejgh jew ghall-kiri b'vantaggi fiskali.

Il-GRTU fl-istrategija' li pproponiet ghal Budget 2012 riedet li tinghata spinta akbar ghal fixed capital formation element essenzzjali f'kull zvilupp ekonomiku. Dan il-Budget jinkludi numru ta' incentivi nteressanti biex is-settur privat ikattar l-investiment kapitali tieghu u barra min hekk l-Gvern qed jivvota s-somma ta' erba' mija u hamsa u ghoxrin miljun bhala vot kapitali, nefqa li turi zieda ta' 37% fuq l-ispiza kapitali attwali tas-sena 2011. Ghall-GRTU din hi zieda mportanti u min issa qed tappella lill-Gvern biex jizgura li din id-darba n-nefqa kapitali tintefaq kollha ghaliex matul l-ahhar snin kien qed jigri li n-nefqa kapitali vvutata ma tintefaqx kollha. Hawnhekk, il-GRTU trid tenfasiza ukoll li l-infieq kapitali jibqa' jkun indirizzat ukoll lejn imprendituri zghar u mhux biss lejn kuntratturi kbar. Din is-sena kienu hafna l-kuntratturi zghar li hadu xoghol fuq it-toroq u l-Gvern ghandu jkompli jizgura li dan ikompli jsehh. Il-GRTU hawnekk tenfasizza li hafna min dawn il-fondi ghal infieq kapitali gejjin min barra, min fondi Ewropej ghalekk limpatt tat-tkattir fuq l-ekonomija huwa hafna ikbar u huwa ghalhekk essenzjali li l-fondi jintefqu kollha. Il-GRTU tixtieq li tara aktar firxa f'dan il-qasam.

Il-GRTU fil-pakkett ta' proposti li pprezentat qabel il-Budget ghamlet enfasi qawwija fuq il-htiega ta' agevolazzjonijiet biex jinholqu aktar green jobs. Waqt li l-Gvern ta widen ghal certi proposti tal-GRTU, ilBudget baqa' lura wisq fl-introduzzjoni ta' mizuri li jkattru n-nefqa pubblika li kienu izda joholqu atmosfera hafna aktar possittiva ghall-holqien ta' Green Jobs. Il-GRTU xtaqet b'mod partikolari li l-Gvern johloq l-istrutturi mehtiega biex tithaddem l-iskema li tutillizza l-iskart elettroniku u elettriku (WEEE) li ghandu jservi ta' fonti ta' impjiegi godda u specjalizzati f'dan is-settur partikolari tal-Waste Management. Mhux sewwa li n-negozji li jimportaw dan il-materjal qed ihallsu t-taxxa ta` l-Eko Kontribuzzjoni waqt li fl-istess hin ihallsu wkoll lill-iskemi awtorizzati biex jingabar dan l-iskart, spiza doppja li fil-bicca l-kbira tal-kazi qed ikollu jgorrha l-konsumatur u l-pajjiz mhux qed jiehu l-vantagg ekonomiku ta' holqien ta' mijjiet ta' green jobs ghal nies li jitghalmu jzarmaw dan l-iskart. Illum dan l-iskart qed ikun esportat u l green jobs flok Malta qed jinholqu barra. Dan ghaliex Budget 2012 baqa ma holoqx l-incentivi mitluba mill-GRTU. Il-GRTU tqis bhala pass pozittiv il-holqien ta' Producer Responsibility Monitoring and Enforcement Committee. Din ukoll kienet talba tal-GRTU.

Il-GRTU ukoll tqis bhala pozittivi l-iskemi li qieghed isostni l-Gvern ghat-tibdil ta' karozzi b'emissjoni qawwija ghal ohrajn li jhammgu anqas u ghall-iskema li ghandha tizgura li tispicca l-istorja ta' licenzji mhux imhallsa. Il-GRTU ukoll tifrah li finalment il-Gvern qed itajjar il-licenzja tat-televizjoni, haga li l-GRTU ilha tinsisti fuqha s-snin. Il-GRTU sodisfatta li Budget 2012 qed jaghti spinta ohra biex tissolva l-problema mposta fil-passat fuq dawk li jircievu pensjoni tas-servizzi Inglizi. Haga tajba wkoll hi li Budget 2012 qed jghin il-faxex ta' persuni vulnerabbli bhall-anzjani li jghixu wahedhom u nies b'dizabilita'. Il-GRTU tqis ukoll bhala b'sahhitha iz-zieda fic-children allowance. Hawnekk il-GRTU tinnota b'sodisfazzjon s-success ta` l-isforzi li qed isiru biex ikunu mrazzna l-abbuzi fil-hlasijiet taht l-iskema tas-servizzi socjali. Il-GRTU tistenna wkoll sforzi akbar f'dan il qasam fis-sena 2012 flimkien ma attenzjoni partikolari u deciziva kontra n-numru kbir ta' free riders li bla ma jhallsu taxxa qed joholqu kompetizzjoni mill-aktar ingusta lill-kummercjanti u self-employed onesti.

Il-GRTU tinnota b'sodisfazzjon il-vot qawwi ta' tlett mija u disa' u hamsin miljun ghall-edukazzjoni ghaliex dan huwa qasam li fih Malta bilfors trid tibqa' tinvesti bil-kbir jekk is-success li s'issa pajjizna akkwistat fl-istrategija mhaddma mill-Gvern biex isuq dejjem aktar lejn the Knowledge-based economy jibqa' jinzamm.

Dak li qed jigri madwarna b'mod partikolari fil-Grecja, fil-Portugal u fi Spanja u issa b'mod car fl-Italija, jurina kemm hu mportanti li din l-istorja negattiva tad-deficit u taz-zieda fid-dejn pubbliku ghandha tinqata' ghal dejjem. Ir-rata ta` 68.9%, li jirraprezenta' dejn pubbliku bhala proporzjon tal-Prodott Gross Domestiku, hi rata qawwija wisq ghal-pajjiz zghir b'ekonomija miftuha bhal Malta, u ghalkemm dan id-dejn huwa kwazi kollu kemm hu dejn mizmum mill-Maltin u istituzzjonijiet finanzjarji f'Malta pajjizna mhuwiex mirhun mill-barrannin u Malta lanqas m'ghanda zbilanci eccessivi ma barra (macro economic external imbalance) li jikkawzaw il htiega ta' dejn barrani qawwi biex jaghmel tajjeb ghal dawn l-izbilanci. Xorta wahda Malta ghandha taghmel sforzi ikbar halli fl-iqsar zmien possibli nnizlu d-dejn ghall-kriterju accettabli ta' tlieta u sittin fil-mija. Pajjizna m'ghandux ikun mhedded iktar minn zbilanci finanzjarji interni (budget deficit), kawza ta' mmanigjar hazin tal-finanzi pubblici u min zbilanci esterni ghax ma nkunux kapici naqalghu min barra bizzejjed biex naghmlu tajjeb ghax-xiri kollu li rridu min barra. Huma dawn l-izbilanci li jgieghlu lil pajjizna li jkun mhedded kull meta jkun hemm krizi bhal ma bhalissa hemm fiz-zona ewro.

Budget 2012 qed jaghmel sew li jiffoka aktar fuq li jghin lill-industrija kbira u zghira li trid tfittex swieq barra minn Malta u li jimmira biex jattira mhux biss investiment dirett barrani f'oqsma bhal manifattura imma ukoll f'oqsma godda bhas-settur finanzjarju u s-settur tal- elettronika u kreattivita' u servizzi godda bhal game directors u designers u l-attrazzjoni lejn Malta ta' persuni bi kwalifiki f'oqsma godda ta' innovazzjoni li pajjizna jrid johloq. Il-GRTU tinnota wkoll b'sodisfazzjon li l-firxa ta' investimenti godda li qed jimmiraw il-quddiem f'qasam gdid u interessantissimu ghal-pajjizna, nhal dak tal-BioMalta Campus. Dawn huma oqsma li jgibulna qliegh gdid min barra u li jghinuna biex l-izbilanc ma' barra ikun dejjem pozittiv.

Ghal aktar informazzjoni zur is-sit www.budget2012.com.mt

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).