Il-GRTU tqis dan il-Budget bhala wiehed fit-triq it-tajba u li jkompli jbeghdna mill-inkwiet. Pajjizna m'ghandux jibqa' aktar imsallab b'budget deficit li ingibuh b'idejna, ghaliex kulhadd hekk irid u jippretendi mill-Gvern. Pajjiz li jghix bid-dejn sena wara sena ghax jonfoq aktar milli jdahhal hu pajjiz fjakk u din id-debbolizza tidher bil kbir fl-isfond taz-zona Ewro. Il-GRTU tqies il-Budget 2012 b'sahhtu u determinat fic-cirkustanzi tal-lum, u mmirat biex ibeghdna mill-inkwiet li sabu ruhhom fih bosta pajjizi ohra taz-zona Ewro. Budget 2012, bla ma jdahhal awsterita', li flok li tkattar il-gid tifni u ccekken, qed ikompli jinvesti sostanzjalment f'infieq kapitali gdid u fi skemi godda li jsahhu l-kapacita' produttiva tal-intraprizi zghar, esportaturi, turizmu, fil-waqt li jghin haddiema bil-familji u setturi vulnerabbli. Il-GRTU tqis li dan il-Budget ghandu jaghti stimolu gdid lill-consumer confidence li huwa mportanti f'dan iz-zmien fejn il-konsumatur qed jircivi wisq ahbarijiet negattivi min barra, u meta f'pajjizna ghadhom jiccirkulaw wisq frazijiet negattivi li inaffru u mhux jinkoraggixxu lill-konsumaturi. Il-GRTU ghalhekk tifrah lill-Ministru tal-Finanzi li Budget 2012 evita ghal kollox l-awsterita' u qed juri determinazzjoni li jnaqqas bis-serjeta' l-budget deficit u jistimola t-tkattir ekonomiku b'incentivi godda u tkattir sostanzjali tan-nefqa kapitali.
Il-Budget ghal 2012 iwassal ghal nefqa pubblika ta' tlett elef u mija u sitt miljun (3.106B) ewro li tirrapprezenta 45% ta' dak kollu li taqla' l-ekonomija Maltija fis-sena (GDP 6.776B) ewro. Din in-nefqa turi zieda ta' 7.4% fuq in-nefqa tas-sena l-ohra fi zmien meta l-ekonomija ta' pajjizna qieghda taht il-procedura ta' l-Unjoni Ewropeja ghal deficit eccessiv. Ghalkemm il-GRTU thoss li l-Ministru f'dan il-Budget qaghad relattivament lura milli jkabbar bla bzonn in-nefqa pubblika, il-GRTU xorta temmen li l-Ministru setgha irristringa aktar in-nefqa pubblika proposta kif jitolbu ic-cirkostanzi imwergha tal-lum. Seta', il-GRTU issostni, llimita z-zieda ghal wahda li tirrapprezenta biss ir-rata ta' inflazzjoni. Zidiet ohra kellhom isiru biss bit-tnaqqis ekwivalenti minn spejjez li setghu inqatghu. Id-Dhul totali tal-Gvern se jammonta ghal elfejn disa' mija u wiehed u sittin miljun (Ewro 2.961B) li juri deficit ta' mija u hamsa u erbghin miljun.
Il-GRTU tesprimi sodisfazzjon li finalment din il-marda tad-deficit qed tigi indirizzata pero' kienet tkun aktar sodisfatta kieku ntweriet aktar dixxiplina, ghaliex il-krettu li Malta tista' takkwista fis-swieq internazzjonali hiwa kbir wisq imqabbel mal-vantaggi fl-ekonomija interna li ngawdu mit-tigbid ta' din il-pjaga tad-deficit. Dan ghaliex l-ekonomija taghna hija wahda mill-aktar miftuha fid-dinja u niddependu l-aktar minn kif id-dinja tivvalida il-krettu taghha.
Il-GRTU tivvaluta b'mod pozittiv in-numru ta' skemi li l-Gvern qieghed ihaddem biex jghin lill-akbar numru ta' intraprizi f'Malta, dawk zghar u medji irrapprezentati mill-GRTU. Il-GRTU tesprimi ukoll sodisfazzjon li l-Gvern accetta il-proposta ewlenija tal-GRTU biex il-Gvern johloq skema ta' garanzija fuq self bankarju li l-intraprizi jitolbu minghand il-banek. Dan mhux biss ghas-self li kienu ntitolati ghalih taht il-micro credit scheme imma ghal self aktar intensiv li jservi mhux biss ghall-intraprizi li jridu ikabbru l-operat taghhom imma ukoll biex jghin numru kbir ta' intraprizi jinqalghu minn problemi kbar ta' cash flows.
Ir-ricerka tal-GRTU uriet li din hi problema qawwija fost in-negozji z-zghar u l-Gvern ghamel sew li sema' mill-GRTU u accetta din il-proposta. Il-GRTU tesprimi s-sodisfazzjon taghha ukoll ghall-iskemi li toffri l-ETC biex tghin lill-intraprizi z-zghar jaqtghu parti mill-infieq fuq salarji ta' impjegati godda u fuq tahrig ghall-impjegati taghhom. Il-Budget ukoll qieghed joffri numru ta' skemi ohra li jaghtu spinta lill-setturi differenti ta' intraprizi zghar specjalment fil-qasam tal-kreattivita' u l-kultura, tat-teknologija tal-informatika u f'oqsma ohra li jkomplu jkattru l-ghazliet ta' investiment ghall-imprendituri z-zghar. Il-GRTU ukoll turi sodisfazzjon li l-Gvern qieghed izied fl-isforzi tieghu biex aktar nies li jistghu jkunu produttivi, specjalment nisa, zghazagh u anzjani, jkunu mhajjra jippartecipaw fix-xoghol produttiv bhala rizultat ta' agevolazzjonijiet fit-taxxi li dan il-Budget qed jindirizza lejn setturi differenti.
Nota li pero tistona' hafna ghall-GRTU hi li l-Gvern m'accettax it-talba tal-GRTU li jehles lill-anzjani li jridu jibqghu jahdmu wara li jkunu wasslu fl-eta tal-pensjoni mill-hlas tal-kontribuzzjoni socjali. Dan huwa hlas ingust ghax dawn huma ndividwi li hallsu kollox bhala kontribuzzjoni socjali u issa messhom thallew igawdu l-frott li ghalieh hadmu tul hajjithom. Il-Gvern kellu wkoll jaccetta t-talba tal-GRTU li dawk il-persuni li x-xoghol produttiv taghhom hu mehtieg ghal-pajjiz jintalbu ihallsu biss ir-rata ta' 15% bhala taxxa li jkun appikabbli ghal xoghol part-time anke jekk huma jahdmu full-time. Is-sitwazzjoni tal-lum hi li dawn il persuni qed ikunu skoraggati milli jahdmu u ghalhekk mill aspett ta' taxxa u produzzjoni, l-alternattiva hi telf biss u ghalhekk il-Gvern kellu jaccetta' l-proposta tal-GRTU.
B'mod partikolari il-GRTU tesprimi s-sodisfazzjon taghha ghal iskema nnovattiva li tghin lil faxxa ta' familji fejn iz-zewg genituri jahdmu u ghandhom infieq kbir fit-trobbija tat-tfal biex dawn jiffrankaw mit-taxxa u jkunu agevolati fil-purchasing power taghhom. Il-membri tal-GRTU kienu qed jirrapportaw li dan is-settur kien kawza ewlenija ghaliex il-Gross Private Consumption fil-pajjiz u l-volum ta' bejgh mill-hwienet ma kienx qed jiccaqlaq possittivament f'dawn l-ahhar snin, ghalhekk kull ghajnuna barra z-zidiet fil-pagi hija ta' boost importanti ghal qasam tar-retailer.
Il-GRTU ukoll ipprezentat pakkett qawwi ta' proposti dwar x'ghandu jsir biex tkun assistita l-ekonmija fil-lokalitajiet u b'mod partikolari jkun incentivat l-uzu tal-hafna propjeta' vojta mifruxa ma' Malta kollha u jiddispjaciha li l-Gvern ha ftit wisq min dawn is-suggerimenti. Pero' hu ta' sodisfazzjon li l-Gvern qed jaghti spinta biex min ghandu propjeta' qadima jkun incentivat jizviluppha u ma jhallihiex vojta u jpoggiha fuq is-suq jew ghal bejgh jew ghall-kiri b'vantaggi fiskali.
Il-GRTU fl-istrategija' li pproponiet ghal Budget 2012 riedet li tinghata spinta akbar ghal fixed capital formation element essenzzjali f'kull zvilupp ekonomiku. Dan il-Budget jinkludi numru ta' incentivi nteressanti biex is-settur privat ikattar l-investiment kapitali tieghu u barra min hekk l-Gvern qed jivvota s-somma ta' erba' mija u hamsa u ghoxrin miljun bhala vot kapitali, nefqa li turi zieda ta' 37% fuq l-ispiza kapitali attwali tas-sena 2011. Ghall-GRTU din hi zieda mportanti u min issa qed tappella lill-Gvern biex jizgura li din id-darba n-nefqa kapitali tintefaq kollha ghaliex matul l-ahhar snin kien qed jigri li n-nefqa kapitali vvutata ma tintefaqx kollha. Hawnhekk, il-GRTU trid tenfasiza ukoll li l-infieq kapitali jibqa' jkun indirizzat ukoll lejn imprendituri zghar u mhux biss lejn kuntratturi kbar. Din is-sena kienu hafna l-kuntratturi zghar li hadu xoghol fuq it-toroq u l-Gvern ghandu jkompli jizgura li dan ikompli jsehh. Il-GRTU hawnekk tenfasizza li hafna min dawn il-fondi ghal infieq kapitali gejjin min barra, min fondi Ewropej ghalekk limpatt tat-tkattir fuq l-ekonomija huwa hafna ikbar u huwa ghalhekk essenzjali li l-fondi jintefqu kollha. Il-GRTU tixtieq li tara aktar firxa f'dan il-qasam.
Il-GRTU fil-pakkett ta' proposti li pprezentat qabel il-Budget ghamlet enfasi qawwija fuq il-htiega ta' agevolazzjonijiet biex jinholqu aktar green jobs. Waqt li l-Gvern ta widen ghal certi proposti tal-GRTU, il–Budget baqa' lura wisq fl-introduzzjoni ta' mizuri li jkattru n-nefqa pubblika li kienu izda joholqu atmosfera hafna aktar possittiva ghall-holqien ta' Green Jobs. Il-GRTU xtaqet b'mod partikolari li l-Gvern johloq l-istrutturi mehtiega biex tithaddem l-iskema li tutillizza l-iskart elettroniku u elettriku (WEEE) li ghandu jservi ta' fonti ta' impjiegi godda u specjalizzati f'dan is-settur partikolari tal-Waste Management. Mhux sewwa li n-negozji li jimportaw dan il-materjal qed ihallsu t-taxxa ta` l-Eko Kontribuzzjoni waqt li fl-istess hin ihallsu wkoll lill-iskemi awtorizzati biex jingabar dan l-iskart, spiza doppja li fil-bicca l-kbira tal-kazi qed ikollu jgorrha l-konsumatur u l-pajjiz mhux qed jiehu l-vantagg ekonomiku ta' holqien ta' mijjiet ta' green jobs ghal nies li jitghalmu jzarmaw dan l-iskart. Illum dan l-iskart qed ikun esportat u l green jobs flok Malta qed jinholqu barra. Dan ghaliex Budget 2012 baqa ma holoqx l-incentivi mitluba mill-GRTU. Il-GRTU tqis bhala pass pozittiv il-holqien ta' Producer Responsibility Monitoring and Enforcement Committee. Din ukoll kienet talba tal-GRTU.
Il-GRTU ukoll tqis bhala pozittivi l-iskemi li qieghed isostni l-Gvern ghat-tibdil ta' karozzi b'emissjoni qawwija ghal ohrajn li jhammgu anqas u ghall-iskema li ghandha tizgura li tispicca l-istorja ta' licenzji mhux imhallsa. Il-GRTU ukoll tifrah li finalment il-Gvern qed itajjar il-licenzja tat-televizjoni, haga li l-GRTU ilha tinsisti fuqha s-snin. Il-GRTU sodisfatta li Budget 2012 qed jaghti spinta ohra biex tissolva l-problema mposta fil-passat fuq dawk li jircievu pensjoni tas-servizzi Inglizi. Haga tajba wkoll hi li Budget 2012 qed jghin il-faxex ta' persuni vulnerabbli bhall-anzjani li jghixu wahedhom u nies b'dizabilita'. Il-GRTU tqis ukoll bhala b'sahhitha iz-zieda fic-children allowance. Hawnekk il-GRTU tinnota b'sodisfazzjon s-success ta` l-isforzi li qed isiru biex ikunu mrazzna l-abbuzi fil-hlasijiet taht l-iskema tas-servizzi socjali. Il-GRTU tistenna wkoll sforzi akbar f'dan il qasam fis-sena 2012 flimkien ma attenzjoni partikolari u deciziva kontra n-numru kbir ta' free riders li bla ma jhallsu taxxa qed joholqu kompetizzjoni mill-aktar ingusta lill-kummercjanti u self-employed onesti.
Il-GRTU tinnota b'sodisfazzjon il-vot qawwi ta' tlett mija u disa' u hamsin miljun ghall-edukazzjoni ghaliex dan huwa qasam li fih Malta bilfors trid tibqa' tinvesti bil-kbir jekk is-success li s'issa pajjizna akkwistat fl-istrategija mhaddma mill-Gvern biex isuq dejjem aktar lejn the Knowledge-based economy jibqa' jinzamm.
Dak li qed jigri madwarna b'mod partikolari fil-Grecja, fil-Portugal u fi Spanja u issa b'mod car fl-Italija, jurina kemm hu mportanti li din l-istorja negattiva tad-deficit u taz-zieda fid-dejn pubbliku ghandha tinqata' ghal dejjem. Ir-rata ta` 68.9%, li jirraprezenta' dejn pubbliku bhala proporzjon tal-Prodott Gross Domestiku, hi rata qawwija wisq ghal-pajjiz zghir b'ekonomija miftuha bhal Malta, u ghalkemm dan id-dejn huwa kwazi kollu kemm hu dejn mizmum mill-Maltin u istituzzjonijiet finanzjarji f'Malta pajjizna mhuwiex mirhun mill-barrannin u Malta lanqas m'ghanda zbilanci eccessivi ma barra (macro economic external imbalance) li jikkawzaw il htiega ta' dejn barrani qawwi biex jaghmel tajjeb ghal dawn l-izbilanci. Xorta wahda Malta ghandha taghmel sforzi ikbar halli fl-iqsar zmien possibli nnizlu d-dejn ghall-kriterju accettabli ta' tlieta u sittin fil-mija. Pajjizna m'ghandux ikun mhedded iktar minn zbilanci finanzjarji interni (budget deficit), kawza ta' mmanigjar hazin tal-finanzi pubblici u min zbilanci esterni ghax ma nkunux kapici naqalghu min barra bizzejjed biex naghmlu tajjeb ghax-xiri kollu li rridu min barra. Huma dawn l-izbilanci li jgieghlu lil pajjizna li jkun mhedded kull meta jkun hemm krizi bhal ma bhalissa hemm fiz-zona ewro.
Budget 2012 qed jaghmel sew li jiffoka aktar fuq li jghin lill-industrija kbira u zghira li trid tfittex swieq barra minn Malta u li jimmira biex jattira mhux biss investiment dirett barrani f'oqsma bhal manifattura imma ukoll f'oqsma godda bhas-settur finanzjarju u s-settur tal- elettronika u kreattivita' u servizzi godda bhal game directors u designers u l-attrazzjoni lejn Malta ta' persuni bi kwalifiki f'oqsma godda ta' innovazzjoni li pajjizna jrid johloq. Il-GRTU tinnota wkoll b'sodisfazzjon li l-firxa ta' investimenti godda li qed jimmiraw il-quddiem f'qasam gdid u interessantissimu ghal-pajjizna, nhal dak tal-BioMalta Campus. Dawn huma oqsma li jgibulna qliegh gdid min barra u li jghinuna biex l-izbilanc ma' barra ikun dejjem pozittiv.
Ghal aktar informazzjoni zur is-sit www.budget2012.com.mt