SME Chamber

Biex tintrebah il-fiducja

Haga li jitkellmu fuqha n-nies meta jharsu madwarhom hi
n-nuqqas ta’ ppjanar serju f’pajjizna. Thares fejn thares. Jekk tiehu l-ambjent,
per ezempju, zgur li n-nies ma jifhmux kif wara 10 snin li ilna bl-Awtorita’ ta’
l-Ippjanar, li issa saret l-Awtorita’ Maltija ghall-Ambjent u l-Ippjanar
(il-MEPA), pajjizna jinsab fl-istat li hu llum. Hadd m’ghamel kalkoli kemm
hallasna f’pagi biss biex mit-taxxi taghna zammejna organizzazzjoni ta’ 350
impjegat, u b’ruxmata ohra ta’ spejjez f’konsultazzjoni, biex suppost li
indokrajna l-ambjent. Hadd ma ikkalokola x’qamu lill-pajjizna l-hafna
decizjonijiet zbaljati li hadu ta’ l-Ippjanar. Ghax fis-settur pubbliku hekk:
kulhadd jiftahar bl-eghgubijiet u hadd ma jsemmi kemm qamu u x’effett kellhom
id-decizjonijiet hziena. Il-fatt hu li n-nies iqisu li l-istat ta’ l-ambjent
Malti llum hu aghar milli kien 10 snin ilu. Zbaljati n-nies? Difficli tghid. Dan
ghax m’hemm l-ebda dubju li bid-difetti kollha li kien fih, il-Pjan Strutturali
ghal Malta u Ghawdex, li fuqu hadmet l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar u li qed tahdem
fuqu l-MEPA, u li bhalissa qed jigi rivedut, zgur li hu hafna u hafna ahjar
milli kieku bqajna nipprocedu bla pjan. Difficli li jkun ikkalokalat dan meta
wiehed jaqbad karozza u jdur ma’ Malta u Ghawdex ghax tant tara gharukazi
lissibha bi tqila biex temmen li l-Pjan hadem. Izda meta mbaghad toqghod tahseb
x’seta’ gara aktar bla Pjan, ikollok tghid li bl-izbalji kollha taghha, ahjar
ferm bil-MEPA milli minghajrha.


Inkonsistenti
In-nies, u mhux biss
dawk li ma jifhmux, izda wkoll periti ta’ esperjenza, jghidulek li problema
ewlenija hi l-inkonsistenza li biha timxi l-MEPA. Hadd ma jifhem kif fl-istess
zona bini jitla’, iehor le, wiehed jgholli, l-iehor jinzamm, wiehed jikser
il-ligi u jithalla sfaccatament u lill-iehor isalbuh. Ftit huma dawk li jemmnu
li l-MEPA hi accountable ghal xi hadd. Kulhadd stghageb, per ezempju, meta sema’
lill-Prim Ministru jghid fuq it-TV li huwa wkoll jiddejjaq kull meta jghaddi
mix-Xatt tal-Belt u jhares lejn il-Birgu u jara dik il-porkerija ta’ bini li
tiela’ u li ser ikerrah ghal dejjem wahda mill-isbah xenarji li ghandha Malta,
izda li hu bhala Prim Ministru ta’ pajjizna, ma jista jaghmel xejn. Kulhadd
l-istess reazzjoni kellu: jekk Prim Ministru ma jista jaghmel xejn biex igieghel
lill-MEPA twaqqaf l-gharukazijiet anke meta kulhadd hu ta’ fehma wahda: gvern,
oppozizzjoni, ambjentalisti, kommunita’ lokali u pubbliku in-generali, allura
min jista ghal dawn l-allat tal-MEPA?!

Min jappuntahom
In-nies
jistaqsu: lill-Awtorita’ min jappuntaha? Lil min huma accountable n-nies ta’ fuq
il-Bord ta’ l-Awtorita’? Ic-Chairman min jahtru? Kemm hu involut il-poplu f’dawn
l-ghazliet? Kemm hu nvolut il-Parlament? Kemm huma nvoluti l-imsiehba socjali?
X’arroganza assoluta hi li gvern (u anke oppozizzjoni) jaghzlu nies bla hadd ma
jaf min huma? X’ kwalifili ghandhom? U fuq kollox, lejn min huma accountable?
Jien ma rrid nitfa dell fuq hadd, imma ghalija la ma ndahaltx xejn anqas
bl-aktar mod remot fid-decizjoni ta’ l-ghazla, jien ma nhossx li b’xi mod xi
hadd fuq l-Awtorita’ jirraprezentani. Din hi xi haga li zgur trid tinbidel
f’demokrazija bhal taghna. Ma jistax ikun li l-ghazliet ta’ nies li huma tant
importanti ghal dak li jigri lil pajjizna, mhux ghal-lum, izda ghal dejjem,
jkunu l-ghazla privileggjata ta’ xi Ministru jew ta’ xi nies wara l-kwinti.
Il-process ta’ l-ghazla ghandu jinbidel.

Nibdew bic-Chairman: dan ghandu
jkun persuna li tidher li hi kwalifikata u tidher li hi ghandha r-rispett ta’
kulhadd. Qabel issir l-ghazla ghandu jinharaeg avviz lill-korpi kollha,
organizazzjonijiet, Kmamar t’esperti, assocjazzjonijiet, Kunsilli u s-Socjeta’
Civili biex jaghmlu r-rakkomandazzjonjiet u jressqu l-ismijiet. Kummissjoni ta’
esperti immexxija mill-President ta’ Malta, simili ghall-Kummissjoni dwar
il-Gustizzja, imbaghad taghmel l-ghazla u l-President ta’ Malta jappunta. Le,
mhux il-Parlament. Il-Parlament Malti hu l-aktar post demokratiku fejn issir
l-ghazla, izda mhux l-aktar post tekniku u zgur mhux l-anqas pregudikat.
Kummissjoni Nazzjonali maghzula bir-reqqa tkun anqas suggetta ghas-suspett u
ghalhekk ikollha aktar fiducja tan-nies u l-ghazla ghalhekk tkun aktar
accettabbli u tigbed l-ghola rispett.

Jista jsir l-istess ghall-membri
l-ohra kollha ta’ l-Awtorita’. Jista izda jkun hemm ghazla mod iehor billi kull
settur rapprezentat fuq l-Awtorita’ jkun nominat direttament min korpi
kostitwiti u mis-socjeta’ civili jew ambjentalisti, kamra tal-periti, etc… skond
il-kaz. L-ghazliet ghalhekk ikunu accountable. Illum hemm nies jirraprezentaw
lill-kummerc, per ezempju. Min huma dawn? Min ghazilhom? Lil min huma
accountable? Mhux bilfors lil Ministru li appuntahom allura jaghtu kaz l-aktar.
Dawn in-nies ghandhom fl-ewwel stadju jkunu, per ezempju, fil-kaz tal-kummerc u
ekonomija, nominati wara sejha apposta, mill-ghaqdiet kollha tal-kummerc, u mhux
min wara l-kwinti.

Sistema gdida
B’mod apert ghandhom jiltaqghu
l-ghaqdiet rikonoxxuti f’assembleja, u flimkien jaqblu, u jekk hemm bzonn
jivvutaw, ghall-persuna li tirraprezenta s-settur taghhom. U l-persuna maghzula
trid tibqa accountable lill-Assembleja li tkun ghazlitha u tibqa responsabbli li
tirraporta lill-istess Assembleja u li tirreferi lilha fuq kwistjonijiet
importanti u ta’ principju u ta’ mportanza nazzjonali.

L-ebda membru
tal-Awtorita’ ma ghandu jhossu li hu ma jirraprezenta lil hadd u ghalhekk ghandu
d-dritt jaghmel li jidhirlu, jivvota fis-sigriet kif jiddeciedi hu wahdu, bla
ebda obligu li jaghti rendikont ta’ ghemilu lil xi hadd jew li jiehu parir ta’
xi hadd.

Din is-sistema ghalhekk tkun tghodd ghal kull nominazzjoni fuq
l-Awtorita’. L-ambjentalisti fl-Assembleja taghhom, jaghzlu taghhom, bhal ma
jaghmlu tal-Kummerc, l-istess it-teknici, l-istess in-nies ta’ l-Awtorita’
stess, l-istess il-Kunsilli Lokali, l-istess is-Socjeta’ Civili u l-istess ukoll
il-Partit fl-Oppozizjzoni – kull settur li dwaru jaqbel il-Parlament li ghandhom
ikunu raprezentati fuq l-Awtorita’. U mhux kell persuna tkun tista’ tintghazel.
Jinkitbu wkoll il-kriterji li jidentifikaw il-kredibilita’ u s-serjeta’ ta’ dak
jew dik li tkun u wkoll il-kwalifika jew l-esperjenza li timmerithom jitkellmu
ghas-settur taghhom fuq kwistjonijiet ta’ Ambjent u Ippjanar. Din l-Awtorita’ li
issa jkollha forma ta’ accountablity tkun trid imbaghad tizgura li l-ghazliet
kollha ta’ nies interni ghall-MEPA jsiru wkoll minnha u tkun responsabbli ghal
ghemilhom hi.

Accountability
Jekk il-poplu jirbah il-fiducja
fl-Awtorita’ ghax jemmen li min jiddeciedi u jmexxi hu accountable ghalih,
allura forsi nibdew inkunu aktar fiducjuzi li pajjizna qieghed f’idejn tajba.
Illum din il-fiducja mhix hemm. Mhux ta’ b’xejn allura li hawn hafna diceriji u
jinstemghu hafna stejjer. Il-Prim Ministru la ammetta li la hu u la hadd ma
jista ghalihom, issa bil-fors li jrid jiccaqlaq. Jekk huwa suggett li jaqbel
fuqu kulhadd, hu x’inhu l-kulur politiku tieghu, hu li pajjizna ma jistax
jittollera aktar zdingar u nuqqas ta’ serjeta’ f’dak kollu li jirrigwarda
l-ambjent u l-patrimonju nazzjonali. Ghalhekk li min jikkmanda jrid ikun hu li
jidher li hu accountable. Qatt aktar m’ghndha tinstema li l-Prim Ministru ma
jista jaghmel xejn u li allura hadd ma jista jaghmel xejn.

 

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).