Fabian Demicoli

BAĠIT POŻITTIV NIEQES MILL-KREATTIVITA’ – MA JIRRIFLETTIX KEMM KIBRET L-EKONOMIJA

Budget2019finalDan il-baġit se jolqot b’mod pożittiv lin-negozji żgħar u medji għal erba’ punti prinċipali:

  1. Jogħlew il-pagi u l-benefiċċji, allura flus fil-but li se jiġġeneraw aktar negozju.
  2. Persuna self-employed li n-negozju tagħha jfalli u tispiċċa bla xogħol issa se tkun tista’ tibda tieħu l-benefiċċji li jieħdu l-ħaddiema bla xogħol.
  3. Li, kif ipproponiet il-GRTU, il-baġit żied is-sussidju biex in-negozjant iż-żgħir ikun jista’ jew tista’ jkollha pensjoni oħra u b’hekk ikollu żewġ pensjonijiet u futur aħjar.
  4. Tkun estiża l-iskema li meta persuna tgħaddi n-negozji tagħha lil uliedha se tkun qed tiffranka somom konsiderevoli f’taxxa tal-boll minn 5% għal 1.5%

 

 

 

 

B’ekonomija b’saħħitha u bis-surplus, in-negozjanti iż-żgħar stennew:

  1. Li titnaqqas b’mod sostanzjali t-taxxa.
  2. Li t-tnaqqis fit-taxxa jkun qed jindirizza l-vantaġġ li għandhom in-negozji barranin.
  3. Li tikber l-iskema tal-Microinvest li biha negozji jieħdu rifużjoni fit-taxxa fuq l-investiment li jkunu għamlu.
  4. Inizjattivi biex tindirizza l-problema serja ta’ nuqqas ta’ ħaddiema.

Il-GRTU filwaqt li tinnota b’sodisfazzjoni li diversi inċentivi mis-snin imgħoddija ġew estiżi, għal din is-sena tħoss nuqqas serju ħafna f’dawk li huma ideat ġodda li jinċentivaw in-negozji ż-żgħar. Qabel il-baġit, il-GRTU għamlet diversi proposti li baqgħu ma ġewx ikkunsidrati.

What we can do for you

INFORMATION POINT

BUSINESS SERVICES

MEMBERSHIP BENEFITS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

B2B NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

FUNDING ASSISTANCE

COURSES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).