SME Chamber

Attakki Personali Sfaccjat minn Tony Zarb Kontra Vince Farrugia

 Is-Segretarju Generali tal-GWU Tony Zarb personalment u l-media li fuqha ghandu influwenza diretta u sahha intimidatorja ghadu ghaddej b'kampanja ta' mibeghda u ta' assassinju tal-karattru tad-Direttur Generali tal-GRTU Vince Farrugia. Il-kampanja kienet ilha sejra sa minn meta Vince Farrugia f'isem il-GRTU kien hareg pubblikament favur is-shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja u accenwat meta Vince Farrugia ikkontesta ghall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew.

Issa din il-kampanja ta' mibgheda hadet is-sura ta' attakk kontinwu ta' assassinju tal-karattru. Id-Direttur tal-GRTU ressaq l-kaz ghand il-Pulizija ghax il-GRTU tqies dan l-attakk fuq il-media bhala att kriminali.

L-perm tal-attakk tal-GWU hu l-frazi li Tony Zarb wara pressjoni ma tieqaf xejn fuq l-ufficjali tal-MCESD gieghel li tiddahhal fil-Minuti tal-MCESD minn wara dahar id-Direttur Generali tal-GRTU. Din xi haga li qatt ma grat qabel fl-MCESD. Qatt qabel ma giet approvata Minuta li tikkwota membru tal-MCESD minghajr l-approvazzjoni specifika tal-membru li jkun qed jigi ikkwotat. F'dan il-kas mhux biss Vince Farruigia gie ikkwotat b'mod falz u barra mill-kuntest imma ukoll ma giex ikkwotat fuq il-punt principali li qajjem f'dik il-laqgha tal-MCESD bhal ma dejjem isir meta jinkitbu l-Minuti tal-MCESD. Id-Direttur tal-GRTU f'isem il-GRTU kien attakka lil GWU li fi zmien ekonomikament difficli ghall-membri tal-EU kollha u l-aktar il-pajjizi z-zghar tal-EU. Il-GWU f'Malta minflok tikkopera ha halli flimkien nsahhu dak li akwistajna bhala pajjiz u li ghandna biex niftahhru bih b'paragun mad-disastri  li ghandhom pajjizi ohra akbar minnha, il-hin kollu teqred u tara kif taqta' qalb in-nies meta taf li b'fiducja u ghaqda nazzjonali biss nistghu nsahhu l-produttivita' nazzjonali li hi l-unika triq ta' progress ghall-haddiema u s-sidien tan-negozji Maltin. Minflok wiegeb ghall-kritika tal-GRTU a tempo vergine dak il-hin tal-Laqgha u talab kull kjarifika li kellu dritt ghaliha Tony Zarb, kontra kull procedura stabbilita' fl-MCESD, hareg mil-laqgha bla ma wiegeb xejn ghal li qal id-Direttur Generali u gimghat wara ivvinta din l-istorja dwar attakk minn Vince Farrugia fuq il-haddiema prekarji. Id-direttur Generali tal-GRTU Vince Farrugia cahad mal mal-ewwel u b'mod dak li qal Toni Zarb izda Vince Farrugia jichad u jibqa' jichad b'mod l-aktar kategoriku. Imkien u qatt Vince Farrugia, li ghandu warajh karriera twiela jaqbez ghaz-zghir, ma qat uza kliem spregudikattiv kontra xi settur ta' haddiema.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-GRTU jesprimi unanimament il-fiducja shiha tieghu u tal-imsiehba tal-GRTU f'Vince Farrugia u tesprimi il-graditudni u sodisfazzjon shih ghax-xoghol enormi li Vince Farrugia jaghmel f'isem is-Self-Employed u s-sidien tan-negozji Maltin li b'kuragg u hila juri f'kull cirkostanza f'Malta u fl-Unjoni Ewropeja kontra kull attakk anke jekk ta' natura personali li jsoffri f'isem il-GRTU. Il-GRTU tikkundanna bla riserva dan l-ahhar attakk mimli mibgheda u intimidazzjoni kontra persuna li qatt ma beza' jaqdi dmiru b'integrita'shiha. L-GRTU tinnota b'dispjacir li sfortunatament ghall-Malta, l-GWU ma tinbidel qatt; jew wiehed jaqbel maghha jew mal-linja tal-mexxejja, jew hu min hu, hi min hi, jkollu/ha jsofri l-madmad intimidatorju li f'Malta l-GWU ghandha s-sahha li torkestra. Sfortunatament il-GWU dejjem issib min hu dghajjef u joqghod ghall-intimidazzjoni. Il-GRTU u id-Direttur Generali tal-GRTU ma joqghodu qatt ghall-intimidazzjoni tal-GWU.

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).